<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0006</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Oġġezzjoni skont l-Artikolu 115(2) u (3), u (4)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura: Il-livelli massimi ta’ residwi għall-karbendażim u għat-tijofanat-metil</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0020/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2024 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwi għall-benomil, għall-karbendażim u għat-tijofanat-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom (D089819/05 – 2024/2758(RPS))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwi għall-benomil, għall-karbendażim u għat-tijofanat-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom (D089819/05),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu (4)(1) u l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) u l-punti 3.6.2, 3.6.4 u 3.6.5 tal-Anness II,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 11, 13, 168 u 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni motivata adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-5 ta’ Lulju 2021, u ppubblikata fit-23 ta’ Awwissu 2021<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni motivata tal-EFSA dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi u l-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għas-sustanzi benżimidażol karbendażim u tijofanat-metil, Ġurnal tal-EFSA 2021;19(8):e06773, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6773.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni motivata aġġornata adottata mill-EFSA fl-10 ta’ Jannar 2024, u ppubblikata fl-20 ta’ Frar 2024<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni motivata aġġornata tal-EFSA dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi u l-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għas-sustanzi benżimidażol karbendażim u tijofanat-metil, Ġurnal tal-EFSA 2024;22(2):e8569, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8569.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjoni dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-pestiċidi adottata mill-EFSA fit-30 ta’ April 2010, u ppubblikata fit-12 ta’ Mejju 2010<FOOTNOTE><FIELD> Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva karbendażim, Ġurnal tal-EFSA 2010;8(5):1598, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2010.1598.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjoni dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-pestiċidi adottata mill-EFSA fit-8 ta’ Diċembru 2017, u ppubblikata fis-17 ta’ Jannar 2018<FOOTNOTE><FIELD> Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tijofanat-metil; Ġurnal tal-EFSA 2018;16(1):e05133, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5133.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata mill-EFSA fis-27 ta’ Marzu 2024, u ppubblikata fit-13 ta’ Mejju 2024<FOOTNOTE><FIELD> Dikjarazzjoni tal-EFSA dwar il-valutazzjoni tal-kwalità tad-data disponibbli għall-EFSA biex jinkisbu l-valuri ta’ gwida bbażati fuq is-saħħa għall-karbendażim, Ġurnal tal-EFSA 2024;22(5):e8756, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8756.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fil-5 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni tal-RAC li tipproponi klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati fil-livell tal-UE tal-karbendażim (ISO); benżimidażol-2-ilkarbamat tal-metil; https://www.echa.europa.eu/documents/10162/5eb9760e-6c73-7f2c-1226-98d92ed847d1</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3), il-punt (b), u l-Artikolu 5a(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-protesti tal-bdiewa li seħħew fl-ewwel nofs tal-2024 kellhom bħala waħda mit-talbiet ewlenin tagħhom trattament ġust u ugwali għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi, li għandu jsegwi l-istess standards bħall-prodotti manifatturati fl-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-adozzjoni tal-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni tippermetti li jibqgħu għaddejjin fl-Unjoni importazzjonijiet li ma jikkonformawx mal-istandards li jirrispettaw il-bdiewa tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi tali sitwazzjoni tpoġġi lill-bdiewa tal-Unjoni fi żvantaġġ kompetittiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-approvazzjoni tas-sustanza attiva karbendażim skadiet fit-30 ta’ Novembru 2014 u ma ġiet preżentata l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-karbendażim jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala mutaġenu tal-kategorija 1B u tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> u tnejn mill-kriterji persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBT) (P u T) skont il-punt 3.7.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-karbendażim huwa klassifikat ukoll, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, bħala tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi, huwa tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’effetti dejjiema u jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) eżistenti stabbiliti għall-karbendażim fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (a), u l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, fl-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni, madankollu, qed tipproponi li żżomm l-MRLs ibbażati fuq it-tolleranzi tal-importazzjoni għall-karbendazim ’il fuq mil-limitu ta’ determinazzjoni għall-użu fil-lumi, fil-lajm, fil-mandolin, u fil-bamja għal skopijiet ta’ importazzjoni abbażi tal-opinjoni motivata tal-EFSA tal-5 ta’ Lulju 2021;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, fl-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tipproponi li l-MRLs ibbażati fuq it-tolleranzi tal-importazzjoni għal-lumi, il-lajm u l-mandolin jinżammu fil-livelli eżistenti ta’ 0,7 mg/kg, u li jiġu stabbiliti l-MRLs għall-bamja f’livell ġdid ta’ 1,5 mg/kg stabbilit mill-EFSA;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-approvazzjoni tas-sustanza attiva tijofanat-metil ma ġietx imġedda fil-15 ta’ Ottubru 2020 wara li l-applikazzjoni għat-tiġdid ġiet irtirata mill-applikant;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi t-tijofanat-metil jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala mutaġenu tal-kategorija 2 u tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fl-opinjoni motivata aġġornata tagħha tal-10 ta’ Jannar 2024, l-EFSA identifikat it-tijofanat-metil bħala interferent endokrinali (modalità T) ta’ rilevanza għall-bnedmin skont il-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-karbendażim huwa metabolit ewlieni tal-pjanti tat-tijofanat-metil;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari dwar il-pestiċidi tat-8 ta’ Diċembru 2017 ikkonkludiet li, minħabba l-potenzjal klastoġeniku tat-tijofanat‑metil, il-valuri ta’ referenza tossikoloġiċi għall-valutazzjoni tar-riskju tal-konsumatur u tal-operatur ma setgħux jiġu derivati;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi, fl-2024, il-Kummissjoni naqqset l-MRLs għat-tijakloprid, sustanza attiva klassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B, għal-limitu rilevanti ta’ determinazzjoni bl-argument li “sakemm tiġi konkluża din il-valutazzjoni tar-riskju addizzjonali [dwar l-effetti relatati mas-sistema endokrinali] mill-Awtorità, u minħabba l-informazzjoni pertinenti disponibbli fir-rigward tal-effetti potenzjalment dannużi fuq is-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq li jitbaxxew provviżorjament l-MRLs ... [għal dawk il-prodotti]”<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/transparency/comitology-register/screen/documents/089880/5/consult?lang=mt</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs eżistenti stabbiliti għat-tijofanat-metil fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 14(1), il-punt (a), u l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi, fl-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni, madankollu, qed tipproponi li żżomm l-MRLs ibbażati fuq it-tolleranzi tal-importazzjoni għat-tijofanat-metil ’il fuq mil-limitu ta’ determinazzjoni għall-użu fil-lajm u fil-bamja għal skopijiet ta’ importazzjoni abbażi tal-opinjoni motivata tal-EFSA tal-5 ta’ Lulju 2021; billi l-MRL għat-tijofanat-metil fuq il-lajm huwa stabbilit għal 6 mg/kg, 600 darba aktar mil-limitu ta’ determinazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-premessa (5) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tistipula li r-residwi jenħtieġ li ma jkunux preżenti f’livelli li joħolqu riskju inaċċettabbli għall-bnedmin u, fejn rilevanti, għall-annimali;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jistipula li r-residwi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti m’għandu jkollhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi dawk fuq gruppi vulnerabbli, jew fuq is-saħħa tal-annimali, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa; billi l-punt 3.6.2 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li sustanza attiva klassifikata, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, bħala kategorija ta’ mutaġeni 1A jew 1B m’għandhiex tiġi approvata; billi l-punt 3.6.4 ta’ dak l-Anness jipprevedi li sustanza attiva klassifikata, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B, m’għandhiex tiġi approvata sakemm ir-“residwi ta’ sustanza attiva [...] ikkonċernati fuq ikel u għalf ma jeċċedux il-valur standard imniżżel skont il-punt (b) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005”; billi l-punt 3.6.5 ta’ dak l-Anness jipprevedi li sustanza attiva m’għandhiex tiġi approvata jekk ikollha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrina sakemm ir-“residwi tas-sustanza attiva [...] ikkonċernati fuq ikel u għalf ma jeċċedux il-valur standard stabbilit skont il-punt (b) tal-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005”; billi l-Artikolu 18(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jistabbilixxi valur prestabbilit (default) ta’ 0,01 mg/kg;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-Artikolu 3(2), il-punt (g), tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jistipula li t-tolleranza tal-importazzjoni hija MRL stabbilit għall-prodotti importati meta “l-użu tas-sustanza attiva fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fuq xi prodott speċifiku mhuwiex awtorizzat fil-Komunità għal raġunijiet minbarra raġunijiet ta’ saħħa pubblika għall-prodott speċifiku u l-użu speċifiku”; billi l-karbendażim ma jissodisfax dawk il-kriterji peress li ma jistax jibqa’ jiġi approvat fl-Unjoni minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu bħala mutaġeniku tal-kategorija 1B u tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B; billi t-tijofanat-metil ukoll ma jissodisfax dawk il-kriterji peress li ġie identifikat bħala interferent endokrinali (modalità T) ta’ rilevanza għall-bnedmin skont il-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/605;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula li l-liġi dwar l-ikel għandha ssegwi wieħed jew aktar mill-objettivi ġenerali ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, inklużi prattiki ġusti fil-kummerċ tal-ikel, b’kunsiderazzjoni, fejn xieraq, tal-protezzjoni tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi fil-komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Mejju 2020 dwar “Strateġija Mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent”<FOOTNOTE><FIELD> COM(2020)0381.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Kummissjoni ħabbret li “l-UE se tappoġġa t-tranżizzjoni dinjija lejn sistemi sostenibbli ta’ ikel agrikolu, f’konformità mal-objettivi ta’ din l-Istrateġija u mal-SDGs”, u li “l-UE tista’ taqdi rwol ewlieni fl-istabbiliment ta’ standards dinjija b’din l-istrateġija”; billi l-Kummissjoni ddikjarat b’mod espliċitu fl-istrateġija li “sistema tal-ikel tal-UE aktar sostenibbli tirrikjedi wkoll prattiki dejjem aktar sostenibbli mis-sħab kummerċjali tagħna. Sabiex tippromwovi pass gradwali lejn l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti aktar sikuri, l-UE se tikkunsidra, f’konformità mar-regoli tad-WTO u wara valutazzjoni tar-riskju, li tirrieżamina t-tolleranzi għall-importazzjoni tas-sustanzi li jissodisfaw il-“kriterji ta’ limitu” u li jippreżentaw livell għoli ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem”;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-Kummissjoni jeħtiġilha tipproteġi l-ambjent u liċ-ċittadini Ewropej abbażi tal-informazzjoni xjentifika disponibbli, bl-użu tal-obbligi u l-possibbiltajiet legali li r-Regolamenti (KE) Nru 396/2005 u (KE) Nru 178/2002 jipprevedu biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-MRLs proposti ma jipproteġux is-saħħa taċ-ċittadini fl-Ewropa, u għalhekk imorru kontra r-Regolamenti (KE) Nru 396/2005 u (KE) Nru 178/2002;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-MRLs m’għandhomx jiġu stabbiliti għal sustanzi attivi li mhumiex approvati fl-Unjoni minħabba tħassib dwar is-saħħa; billi għalhekk jenħtieġ li ma tiġi stabbilita l-ebda tolleranza tal-importazzjoni għat-tijofanat-metil peress li huwa identifikat bħala interferent endokrinali jew għall-karbendażim peress li huwa klassifikat bħala mutaġeniku tal-kategorija 1B u tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-prattika li jiġu stabbiliti MRLs għoljin qed tippromwovi standard doppju bejn il-bdiewa tal-Unjoni u l-bdiewa f’pajjiżi terzi, peress li l-bdiewa mhux tal-Unjoni jistgħu jkomplu jipproduċu l-ikel ikkonċernat bl-użu tal-karbendażim u t-tijofanat-metil u jesportawh lejn l-Unjoni, u dan ipoġġi lill-bdiewa tal-Unjoni fi żvantaġġ kompetittiv; billi min-naħa l-oħra, l-użu ta’ dawk il-pestiċidi qed jipperikola s-saħħa tal-ħaddiema agrikoli, is-saħħa tal-popolazzjoni ġenerali u l-ambjent fil-pajjiżi produtturi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni mhuwiex kompatibbli mal-għan u mal-kontenut tar-Regolamenti (KE) Nru 396/2005 u (KE) Nru 178/2002, kif ukoll mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, inklużi l-punti 3.6.2, 3.6.4 u 3.6.5 tal-Anness II tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ regolament tagħha u tippreżenta wieħed ġdid lill-kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta abbozz ta’ regolament ġdid lill-kumitat li jnaqqas l-MRLs kollha għall-karbendażim u t-tijofanat-metil għal-limitu rilevanti ta’ determinazzjoni għall-użi kollha u tirrifjuta kwalunkwe talba għal tolleranzi tal-importazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>