<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0008</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tan-nisa fl-Afganistan minħabba l-adozzjoni reċenti tal-liġi dwar il-“Promozzjoni tal-Virtù u l-Prevenzjoni tal-Vizzju”</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0024, 0038, 0045, 0047, 0048 u 0050/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Settembru 2024 dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tan-nisa fl-Afganistan minħabba l-adozzjoni reċenti tal-liġi dwar il-“Promozzjoni tal-Virtù u l-Prevenzjoni tal-Vizzju” (2024/2803(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-Talibani kisru n-normi internazzjonali, reġgħu bdew ir-repressjoni, b’mod partikolari tan-nisa u l-bniet, tal-minoranzi etniċi, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-persuni LGBTIQ+, u iżolaw lill-Afganistan, u żiedu l-ġuħ u l-faqar;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-Talibani implimentaw l-interpretazzjoni estrema tagħhom tax-Xarija u eliminaw lin-nisa mill-ħajja pubblika; billi dan jinkludi l-projbizzjoni tan-nisa mix-xogħol, l-aċċess għall-kura tas-saħħa mingħajr qarib maskili u l-edukazzjoni lil hinn mis-sitt livell, l-infurzar vjolenti ta’ kodiċi tal-ilbies diżumanizzanti, iċ-ċaħda tal-preżenza tan-nisa fl-ispazju pubbliku u ż-żarmar tas-sistema ta’ appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza; billi r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tan-nisa Afgani jżommuhom milli jiksbu viżi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi digriet reċenti tat-Talibani, l-hekk imsejħa liġi dwar il-“Promozzjoni tal-Virtù u l-Prevenzjoni tal-Vizzji”, jestendi dawn ir-restrizzjonijiet billi saħansitra jirrikjedi li l-ilħna nisa ma jinstemgħux fil-pubbliku, u b’hekk in-nisa Afgani jiġu mċaħħda aktar mid-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, li jammontaw għal apartheid tal-ġeneru;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna d-digriet reċenti tat-Talibani u l-interpretazzjoni u l-infurzar tal-liġi tax-Xarija, l-eliminazzjoni tan-nisa u l-bniet mill-ħajja pubblika, li jiġu sfurzati jidħlu fi żwiġijiet mhux mixtieqa u bikrija u jiġu esposti għal vjolenza sesswali, u l-introduzzjoni mill-ġdid tas-swat u t-tħaġġir għall-mewt pubbliku tan-nisa; ifaħħar il-kuraġġ tan-nisa Afgani li, minkejja r-riskji ta’ theddida għall-ħajja, jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom, u jinsab f’solidarjetà magħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Afganistan jabolixxu l-prattiki u l-liġijiet tagħhom li jiddiskriminaw kontra n-nisa; jappella sabiex terġa’ tiġi introdotta b’mod immedjat il-parteċipazzjoni sħiħa, ugwali u sinifikattiva tan-nisa u l-bniet fil-ħajja pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Afganistan jeħilsu lin-nisa u l-bniet arrestati arbitrarjament u jiftħu mill-ġdid is-sistema ta’ appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza, filwaqt li jiżguraw li l-vittmi jkunu jistgħu jfittxu kenn, kura medika, rikors legali u riparazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jappella sabiex l-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Afganistan jinżammu responsabbli, b’mod partikolari permezz tal-investigazzjoni tal-QKI u l-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu ta’ Investigazzjoni Indipendenti tan-NU, u jitlob lill-VP/RGħ jagħti bidu għal sanzjonijiet ġodda tal-UE kontra t-Talibani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaderixxu strettament mal-ħames punti ta’ riferiment tal-Kunsill, li bħalissa mhumiex issodisfati, u jappoġġjaw it-tiġdid tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna lill-gvernijiet li jirrikonoxxu lit-Talibani billi jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet; jappella lill-UE u lill-Istati Membri biex jiżguraw il-parteċipazzjoni sinifikattiva tan-nisa Afgani fil-fora u n-negozjati internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappella lill-UE biex tappoġġja r-rikonoxximent tal-apartheid tal-ġeneru bħala delitt kontra l-umanità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Membri u lil stati donaturi oħra jżidu l-għajnuna umanitarja u l-finanzjament biex jappoġġjaw il-ħtiġijiet bażiċi u l-għajxien u s-soċjetà ċivili Afgana, jiżguraw finanzjament flessibbli għall-NGOs u l-ħaddiema umanitarji nisa tagħhom u jagħtu viżi umanitarji u viżi mwiegħda għall-eks impjegati Afgani tal-koalizzjoni internazzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-komunità internazzjonali tivvaluta l-impatt tad-digriet reċenti fuq l-operazzjonijiet umanitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri, lin-NU u lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Afganistan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>