<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0009</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni gravi tal-priġunieri politiċi fil-Belarussja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0026, 0051, 0052, 0053, 0054 u 0055/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Settembru 2024 dwar is-sitwazzjoni gravi tal-priġunieri politiċi fil-Belarussja (2024/2804(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diversi riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja minn Awwissu 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-reġim ta’ Lukashenka ilu mill-elezzjoni presidenzjali frawdolenti tad-9 ta’ Awwissu 2020 irażżan b’mod sistematiku lill-attivisti politiċi, lis-soċjetà ċivili, lill-media, lit-trade unions u lid-dissidenti kollha u lid-difensuri tagħhom, u arbitrarjament żamm għexieren ta’ eluf ta’ persuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi Lukashenka ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni presidenzjali tal-2025 għas-seba’ mandat;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi ħafna mill-1 350 priġunier politiku fil-Belarussja huma soġġetti għal kundizzjonijiet ta’ theddida għal ħajjithom u bosta mietu fil-ħabs;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jitlob li l-awtoritajiet Belarussi jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-priġunieri politiċi kollha u lill-persuni kollha detenuti b’mod arbitrarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi tħassib kbir dwar is-sitwazzjoni ta’ ħafna priġunieri politiċi, inklużi Maria Kalesnikava, Siarhei Tsikhanouski, Mikalai Statkevich, Ales Bialiatski, Maksim Znak, Viktar Babaryka, Ihar Losik, Palina Szarenda-Panasiuk, Pavel Seviarynets, Aliaksandr Yarashuk, Mikita Zalatarou u Yana Pinchuk, li ħafna minnhom ilhom jinżammu f’iżolament għal xhur jew snin, jiffaċċjaw problemi serji ta’ saħħa, bħal Maria Kalesnikava u Andrzej Poczobut, u huma soġġetti għal iżolament, trattament ħażin u tortura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddispjaċih li l-priġunieri politiċi Belarussi ma setgħux jibbenefikaw mill-isforzi reċenti biex jinħelsu l-priġunieri politiċi u ċ-ċittadini tal-Punent fir-Russja u fil-Belarussja; jappella għal sforzi intensifikati biex dawn jinħelsu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Belarussi jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tad-detenuti, jipprovdu informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tagħhom, jipprovdu t-trattament mediku meħtieġ u jippermettu aċċess għall-avukati, għall-membri tal-familja u għall-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jappoġġjaw lill-priġunieri politiċi u lill-familji tagħhom billi jitolbu, f’kull opportunità, il-ħelsien immedjat tagħhom, isejħu lill-ambaxxaturi tar-reġim biex jitolbu prova tal-kundizzjoni u l-post tagħhom, jissimplifikaw il-proċeduri għall-kisba ta’ viżi u dokumenti ta’ identifikazzjoni proviżorja għal dawk li qed jaħarbu mill-Belarussja, u jipprovdu riabilitazzjoni, u appoġġ prattiku u finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jwessgħu u jsaħħu s-sanzjonijiet kontra l-individwi u l-entitajiet responsabbli għar-repressjoni fil-Belarussja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-persekuzzjoni fl-eżilju, eż. l-abbuż tal-mandati ta’ arrest tal-Interpol biex tinkiseb l-estradizzjoni ta’ avversarji politiċi minn pajjiżi mhux tal-UE; jistieden lis-Serbja żżomm lura milli testradixxi lill-ġurnalist Belarussu Andrei Hnyot u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jimmonitorjaw il-każ tiegħu; jesprimi tħassib dwar it-300 000 Belarussu li ġew imġiegħla jitilqu mill-Belarussja mill-2020 u jiffaċċjaw persekuzzjoni politika barra mill-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu biex ir-reġim ta’ Lukashenka jinżamm responsabbli għar-reati tiegħu u japplikaw il-prinċipju ta’ ġuriżdizzjoni universali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Serbja, lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lir-rappreżentanti tal-forzi demokratiċi Belarussi u lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tar-Repubblika tal-Belarussja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>