<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0010</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-każ ta’ José Daniel Ferrer García f’Kuba</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0022, 0043 u 0049/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Settembru 2024 dwar il-każ ta’ José Daniel Ferrer García f’Kuba (2024/2805(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Kuba,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem u mexxej tal-oppożizzjoni José Daniel Ferrer García ġie arrestat fil-11 ta’ Lulju 2021 fil-kuntest ta’ protesti mifruxa f’Kuba, u ilu jinżamm iżolat mill-14 ta’ Awwissu 2021; billi r-reġim Kuban żammu l-ħabs, iffastidjah u intimidah għal aktar minn għaxar snin minħabba l-attiviżmu politiku paċifiku tiegħu; billi huwa ilu minn Marzu 2023 jinżamm detenut f’iżolament u l-familja tiegħu ma rċeviet l-ebda informazzjoni dwar saħħtu u ċċaħdilha d-dritt li żżuru;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-reġim Kuban iżomm lill-priġunieri politiċi fl-aktar kundizzjonijiet terribbli; billi hemm rapporti li jindikaw li José Daniel Ferrer jinsab f’kundizzjoni kritika u qed jinżamm mingħajr aċċess għal trattament mediku, b’ikel inadegwat u f’kundizzjonijiet mhux sanitarji, li jikkostitwixxu forom ta’ tortura, u trattament inuman jew degradanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba hija allarmanti, b’mod partikolari għad-dissidenti, li huma soġġetti għal livelli inkwetanti ta’ sorveljanza u detenzjoni arbitrarja; billi l-għadd ta’ priġunieri politiċi mhuwiex magħruf iżda sorsi affidabbli jiddikjaraw li r-reġim qed iżomm aktar minn elf priġunier, inklużi minorenni; billi fost il-ħafna priġunieri politiċi hemm Luis Manuel Otero Alcántara u Lizandra Gongora, li l-kundizzjoni tas-saħħa tagħhom hija kritika;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iħeġġeġ lir-reġim Kuban jeħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil José Daniel Ferrer u lill-persuni kollha detenuti politikament u arbitrarjament talli eżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna l-ksur u l-abbużi sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mir-reġim Kuban kontra d-dimostranti, id-dissidenti politiċi, il-mexxejja reliġjużi u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, fost l-oħrajn; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kubani jtemmu minnufih ir-repressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna t-tortura u t-trattament inuman, degradanti u ħażin imwettqa mill-awtoritajiet Kubani kontra José Daniel Ferrer u l-priġunieri politiċi l-oħra; jitlob li l-familji tal-vittmi tal-persekuzzjoni tar-reġim jingħataw aċċess immedjat għalihom, sakemm huma jinħelsu, u li l-vittmi jingħataw kura medika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Itenni l-appoġġ mingħajr kundizzjonijiet tiegħu għall-poplu Kuban u għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba għad-dedikazzjoni tagħhom għal-libertajiet u d-drittijiet li r-reġim ċaħħad għal għexieren ta’ snin; jistieden lir-reġim jisma’ liċ-ċittadini tiegħu u jinvolvi ruħu fi djalogu nazzjonali inklużiv immirat lejn il-modernizzazzjoni u d-demokratizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex japplika r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) u jadotta sanzjonijiet kontra dawk responsabbli għall-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni l-pożizzjonijiet preċedenti tiegħu rigward il-possibbiltà li tiġi attivata l-klawżola ta’ sospensjoni tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni, peress li l-klawżoli ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehim inkisru kontinwament mir-reġim Kuban;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-reġim Kuban, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>