<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0015</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: assistenza lill-Italja, lis-Slovenja, lill-Awstrija, lill-Greċja u lil Franza fir-rigward ta’ sitt diżastri naturali li seħħew fl-2023 </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0002/2024 - Rapporteur: Georgios Aftias)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja, lis-Slovenja, lill-Awstrija, lill-Greċja u lil Franza fir-rigward ta’ sitt diżastri naturali li seħħew fl-2023 (COM(2024)0325 – C10-0088/2024 – 2024/0212(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0325 – C10‑0088/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 107(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2012/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0082.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar l-effikaċja li biha l-Istati Membri jużaw il-flus tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE f’każijiet ta’ diżastri naturali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 184, 5.5.2022, p. 82.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2021 dwar ir-rieżami tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Nru 1/2024 tal-EEA - Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa (EUCRA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0002/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi bejn l-1 u s-17 ta’ Mejju 2023, ir-reġjun tal-Emilia-Romagna tal-Italja esperjenza xita estremament intensa li wasslet għal għargħar li rriżulta fi ħsarat diretti totali stmati mill-awtoritajiet Taljani li ammontaw għal EUR 8,5 biljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi bejn it-3 u s-6 ta’ Awwissu 2023, is-Slovenja ntlaqtet minn xita qawwija li wasslet għal għargħar madwar il-pajjiż u dan kien l-agħar diżastru naturali li qatt esperjenzat, li rriżulta fi ħsarat diretti totali ta’ EUR 7,3 biljun skont il-Kummissjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi bejn it-3 u s-6 ta’ Awwissu 2023, l-Awstrija ntlaqtet minn xita qawwija li wasslet għal għargħar fir-reġjuni tan-Nofsinhar tal-Awstrija li rriżulta fi ħsarat diretti totali stmati mill-awtoritajiet Awstrijaċi li ammontaw għal EUR 208 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi bejn l-4 u l-11 ta’ Settembru 2023, il-Greċja ntlaqtet mill-maltempata Mediterranja “Daniel” li kkawżat xita qawwija u rriżultat f’għargħar f’diversi postijiet fil-Greċja ċentrali, b’mod partikolari fir-reġjun ta’ Thessaly, li rriżulta fi ħsarat diretti totali stmati mill-awtoritajiet Griegi li ammontaw għal EUR 2,3 biljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi bejn il-25 ta’ Ottubru u l-10 ta’ Novembru 2023, ir-reġjun tat-Toskana tal-Italja esperjenza xita estremament intensa li wasslet għal għargħar għal għarrieda li rriżulta fi ħsarat diretti totali stmati mill-awtoritajiet Taljani li ammontaw għal EUR 2,7 biljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi bejn it-2 u d-9 ta’ Novembru 2023, l-eks reġjun tan-Nord-Pas-de-Calais fir-reġjun tal-Hauts-de-France ta’ Franza ntlaqat minn xita qawwija li kkawżat għargħar li rriżulta fi ħsarat diretti totali stmati mill-awtoritajiet Franċiżi li ammontaw għal EUR 1,9 biljun;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi l-akbar solidarjetà tiegħu mal-vittmi kollha, mal-familji tagħhom u mal-individwi kollha affettwati mill-għargħar distruttiv fl-Italja, fis-Slovenja, fl-Awstrija, fil-Greċja u fi Franza kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali involuti fl-isforzi tas-sokkors;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni bħala forma tanġibbli u viżibbli tas-solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tagħha u mar-reġjuni fiż-żoni affettwati fl-Italja, fis-Slovenja, fl-Awstrija, fil-Greċja u fi Franza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni l-importanza li l-benefiċċji tanġibbli pprovduti permezz tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jiġu kkomunikati lill-pubbliku, sabiex ukoll tkompli tikber is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-għodod u l-programmi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza l-għadd dejjem jikber ta’ diżastri naturali severi u distruttivi fl-Ewropa u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestu aktar f’miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil tal-klima u adattament għalih biex jiġu evitati t-telf ta’ ħajjiet u t-telf ekonomiku; iqis li l-baġit tal-FSUE jew l-ekwivalenti tiegħu għandu jiġi estiż fid-dawl tal-proposta li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid u tan-negozjati interistituzzjonali sussegwenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-baġit tar-Riżerva ta’ Solidarjetà Ewropea u tiżgura li l-ammont globali tal-finanzjament u l-modalitajiet tal-allokazzjoni jiżguraw effettività ottimali tal-FSUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq li, minħabba t-tibdil fil-klima, ir-reġjuni insulari u kostali huma partikolarment vulnerabbli għad-diżastri naturali; jirrikonoxxi li fenomeni bħal terremoti, għargħar, żbroffi vulkaniċi, u nixfiet - li jaffettwaw ukoll il-lagi u x-xmajjar - jirrappreżentaw theddida dejjem akbar għal ħafna reġjuni Ewropej, b’mod partikolari dawk fil-Mediterran; jistaqsi jekk il-FSUE huwiex allinjat b’mod adegwat mal-ħtiġijiet ta’ emerġenza relatati mal-adattament għat-tibdil fil-klima f’dawn it-territorji partikolarment fraġli; jemmen, għalhekk, li r-reġjuni insulari u kostali għandhom jirċievu finanzjament adegwat fil-qafas tal-FSUE biex jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet speċifiċi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li l-FSUE huwa biss strument kurattiv u li l-Unjoni għandha wkoll tkompli tindirizza l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu billi tappoġġja l-politiki Ewropej u nazzjonali għall-prevenzjoni tad-diżastri naturali; jissottolinja li r-Rapport Nru 1/2024 tal-EEA “Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa” wissa li l-blokk mhuwiex ippreparat għall-effetti tat-tibdil fil-klima u jisħaq fuq il-ħtieġa għal azzjoni biex jiġi evitat li r-riskji klimatiċi identifikati jilħqu livelli kritiċi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jwettqu l-kontribut tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi miftiehma fis-Summit ta’ Pariġi dwar il-Klima; ifakkar fil-ħtieġa ta’ sinerġiji effettivi ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni u jissottolinja li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond Soċjali Ewropew +, mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura, mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-programmi tal-iżvilupp rurali; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa ta’ miżuri preventivi, mhux biss biex tiġi mitigata l-ħsara fil-futur iżda anki biex jiġi evitat li l-kundizzjonijiet ta’ riskju jaggravaw wara eventi katastrofiċi, bħal nirien fil-foresti, uqigħ tal-art jew l-inxif ta’ lagi u xmajjar; jissottolinja l-importanza ta’ flessibbiltà adegwata bejn il-programmi differenti; jissottolinja li assistenza mogħtija fl-ambitu tal-FSUE ma għandhiex tkun għad-detriment tal-finanzjament tal-Unjoni riċevut mill-Istati Membri fl-ambitu ta’ programmi jew politiki oħra tal-Unjoni; ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat, f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari għan-negozji agrikoli li jkunu sofrew danni minħabba diżastri naturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar fl-importanza ta’ valutazzjoni rapida u solida tal-ħsarat li tqis kif xieraq ir-riperkussjonijiet ekonomiċi u jitlob li jsiru aktar sforzi operazzjonali sabiex jitnaqqas iż-żmien medju għar-rilaxx ta’ avvanzi, filwaqt li jiġi żgurat li l-baġit tal-Unjoni jkun protett; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissimplifika l-proċedura u tqassar iż-żmien meħtieġ għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE, taċċelera l-ħinijiet ta’ rispons u tiżgura li l-fondi jilħqu lir-reġjuni affettwati fil-pront peress li d-diżastri naturali jikkawżaw ħsara sinifikanti li tfixkel il-ħajja ta’ kuljum u l-ekonomiji lokali; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ flessibbiltà raġonevoli meta l-pajjiżi riċevituri jiffaċċjaw dewmien u sfidi ġustifikabbli biex japplikaw u jużaw il-finanzjament allokat; jistieden lill-Istati Membri jqisu li l-popolazzjonijiet vulnerabbli jiġu affettwati b’mod partikolari mid-diżastri naturali minħabba fatturi soċjoekonomiċi li jkomplu jfixklu l-kapaċità tagħhom li jirkupraw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata assistenza finanzjarja immedjata permezz tal-FSUE biex jiġi żgurat li l-appoġġ ikun jista’ jilħaq lir-reġjuni affettwati fi żmien xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja, lis-Slovenja, lill-Awstrija, lill-Greċja u lil Franza fir-rigward ta’ sitt diżastri naturali li seħħew fl-2023</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2024/2772.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>