<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0019</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-każijiet ta’ Ujguri inkarċerati inġustament fiċ-Ċina, b’mod partikolari Ilham Tohti u Gulshan Abbas </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0101, 0115, 0116, 0117 u 0118/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2024 dwar il-każijiet ta’ Ujguri inkarċerati inġustament fiċ-Ċina, b’mod partikolari Ilham Tohti u Gulshan Abbas (2024/2857(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 4 u 36 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fl-2014 Ilham Tohti nstab ħati ta’ akkużi politikament motivati ta’ “separatiżmu” u ġie kkundannat għal għomru l-ħabs; billi ħadem biex irawwem djalogu bejn l-Ujguri u ċ-Ċiniżi Han; billi rebaħ il-Premju Sakharov tal-2019;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi Gulshan Abbas qed tiskonta sentenza ta’ 20 sena fuq akkużi foloz relatati mat-terroriżmu li jirrigwardaw l-attivitajiet ta’ oħtha, difensur tad-drittijiet tal-bniedem tal-Ujguri ppersegwitati fir-RPĊ;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi dan jirrifletti r-repressjoni sistemika tal-awtoritajiet tar-RPĊ fil-konfront tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (XUAR); billi l-Ujguri huma detenuti b’mod arbitrarju f’kampijiet ta’ internament u mġiegħla jirrinunzjaw l-identità etnika u t-twemmin reliġjuż tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt għandha tkun fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-RPĊ;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-ksur min-naħa tar-RPĊ tad-drittijiet tal-bniedem tal-Ujguri u tal-poplu fit-Tibet, f’Hong Kong, fil-Makaw u fiċ-Ċina kontinentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lir-RPĊ teħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil Ilham Tohti u Gulshan Abbas, kif ukoll lil dawk detenuti b’mod arbitrarju fiċ-Ċina u dawk imsemmija mill-UE matul is-57 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, tiggarantixxi l-aċċess tagħhom għall-kura medika u l-avukati, tipprovdi informazzjoni dwar fejn jinsabu u tiżgura d-drittijiet għall-aċċess tal-familja; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri japplikaw pressjoni f’dan ir-rigward f’kull kuntatt ta’ livell għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jadottaw sanzjonijiet addizzjonali kontra uffiċjali u entitajiet ta’ grad għoli involuti fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-RPĊ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob li l-awtoritajiet tar-RPĊ jieqfu milli jrażżnu u jattakkaw lill-Ujguri b’politiki abbużivi, inklużi sorveljanza intensa, xogħol furzat, sterilizzazzjoni, miżuri ta’ prevenzjoni tat-twelid u l-qerda tal-identità Ujgura, li jammontaw għal delitti kontra l-umanità u riskju serju ta’ ġenoċidju; jitlob li jingħalqu l-kampijiet ta’ internament kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa lir-RPĊ talli ma implimentatx ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR); jistieden lir-RPĊ tippermetti lill-OHCHR aċċess indipendenti għar-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang u jistieden lill-OHCHR joħroġ aġġornament komprensiv tas-sitwazzjoni u pjan ta’ azzjoni biex ir-RPĊ tinżamm responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ impenn min-naħa tar-RPĊ għad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u n-nuqqas ta’ riżultati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali jissospendu t-trattati ta’ estradizzjoni mar-RPĊ u ma’ Hong Kong, jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement u jimplimentaw ir-rapport tal-OHCHR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw ir-repressjoni transnazzjonali tad-dissidenti Ċiniżi u tal-Ujguri fit-territorju tagħhom u jħarrku lill-individwi responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ r-regolament tal-UE dwar ix-xogħol furzat u jinsisti fuq l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu; jistieden lin-negozji li joperaw fir-RPĊ, b’mod partikolari fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang, jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-VP/HR, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lin-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>