<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0022</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0010/2024 - Rapporteurs: Jens Gieseke, Johan Danielsson)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2024 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni) (08311/2024 – C10-0114/2024 – 2013/0186(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (08311/2024 – C10‑0114/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 378, 9.11.2017, p. 546.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0410),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2020)0579),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2020)0577 – 2020/0264(COD)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A10-0010/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li, minħabba l-inkorporazzjoni tal-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2020)0577 f’dik il-pożizzjoni, il-proċedura leġiżlattiva 2020/0264(COD) skadiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-att qed jiġi adottat f’konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on">DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA</STRING></STI>
Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali u għas-setgħat tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-abbozz tal-baġit, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tipproponi fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali l-ħolqien ta’ linja baġitarja ta’ appoġġ amministrattiv addizzjonali taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet disponibbli tal-FNE kif identifikati fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva pprovduta mill-Kummissjoni. Din il-linja baġitarja l-ġdida tkun tkopri l-kost tal-aġenti kuntrattwali u nfiq amministrattiv ieħor għas-Segretarjat tal-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni, il-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni u l-Bord ta’ Kooperazzjoni tal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali bħall-assistenza teknika, il-kostijiet tal-esperti, il-kuntratti għall-forniment tad-data, l-istudji esterni u għal servizzi ta’ konsulenza addizzjonali, filwaqt li l-pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal ser jiġu ffinanzjati mil-linja baġitarja amministrattiva taħt l-Intestatura 7, b’rispett sħiħ tar-Regolament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali. Sa fejn ikun possibbli, tali finanzjament taħt l-FNE għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-fondi diġà allokati fl-aħħar Programm ta’ Ħidma dwar it-Trasport tal-FNE.

Il-finanzjament taħt l-FNE ta’ aġenti kuntrattwali u nefqiet amministrattivi oħra għas-Segretarjat tal-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni, il-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni u l-Bord ta’ Kooperazzjoni tal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali ma għandux jistabbilixxi preċedent għall-finanzjament tas-Segretarjat ta’ bordijiet oħra. Ma għandu jippreġudika bl-ebda mod l-arranġamenti ta’ finanzjament li għandhom jiġu miftiehma fil-qafas tar-Regolament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>