<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0023</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024: Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2023</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0005/2024 - Rapporteur: Siegfried Mureşan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2024 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 li jdaħħal il--bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2023 (12081/2024 – C10-0107/2024 – 2024/0089(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari, l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat b’mod definittiv fit-22 ta’ Novembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta’ April 2024 (COM(2024)0920),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024, adottata mill-Kunsill fit-13 ta’ Settembru 2024 u mibgħuta lill-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Settembru 2024 (12081/2024 – C10‑0107/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 98 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0005/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024 huwa mfassal biex idaħħal fil-baġit 2024 is-surplus mis-sena finanzjarja 2023, li jammonta għal EUR 633 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-komponenti ewlenin ta’ dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta’ EUR 238,7 miljun, u sottoinfiq ta’ EUR 393,9 miljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, min-naħa tad-dħul, il-fatturi ewlenin primarji għall-volum tas-surplus huma ammont ta’ EUR 1 766 miljun fi dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza u multi, filwaqt li d-dazji doganali ammontaw għal EUR 1 649 miljun taħt iċ-ċifra mistennija; billi s-surplus ta’ EUR 107 miljun fi dħul amministrattiv huwa prinċipalment attribwibbli għal rata ta’ kontribuzzjoni tal-pensjoni ogħla minn dik imbassra u l-applikazzjoni ta’ aġġornament intermedju tas-salarji f’Jannar 2023, li żied il-livell tat-taxxa u l-imposti u l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi min-naħa tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni ammontat għal EUR 70 miljun (0,1% tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati); billi l-istituzzjonijiet l-oħra kkanċellaw EUR 48 miljun f’pagamenti, u b’hekk żammew ir-rata baxxa ta’ sottoimplimentazzjoni mill-baġit tal-2022;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, bl-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024, it-tnaqqis annwali ta’ somma f’daqqa tal-ING li jgawdu minnu l-Ġermanja, in-Netherlands, id-Danimarka, l-Iżvezja u l-Awstrija jammonta għal madwar EUR 5,4 biljun netti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-marġnijiet u l-flessibbiltà fil-baġit tal-Unjoni għadhom stretti ħafna minkejja r-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u l-introduzzjoni tal-Istrument EURI l-ġdid biex jiġu sottoskritti ż-żieda fil-kostijiet tas-self għall-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, li huma karatteristikament volatili, u dan jikkawża inċertezza għall-baġit; billi, f’dan il-kuntest diffiċli, il-ħtiġijiet baġitarji qed jiżdiedu;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa mfassal biex jibbaġitja s-surplus tal-2023, għal ammont ta’ EUR 633 miljun, f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-surplus tal-2023 huwa konsiderevolment aktar baxx mis-surplus tal-2022, li jindika tbassir u ġestjoni baġitarji mtejba mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li s-surplus inaqqas il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri għall-finanzjament tal-baġit tal-2024 fi żmien meta l-ħtiġijiet ta’ finanzjament għadhom kbar u l-ispazju fi ħdan il-baġit tal-Unjoni huwa estremament limitat; jissottolinja li l-baġit irid iżomm biżżejjed flessibbiltà biex l-Unjoni tkun tista’ tlaħħaq ma’ avvenimenti mhux previsti u prijoritajiet emerġenti ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li l-multi u t-tariffi għandhom jintużaw bħala dħul supplimentari għall-baġit tal-Unjoni u ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jieħu nota tal-kalkolu tat-tnaqqis annwali aġġustat ta’ somma f’daqqa tal-ING għall-ħames Stati Membri benefiċjarji, li jammonta għal madwar EUR 5,4 biljun netti; jenfasizza l-fatt li dawn ir-ribassi huma marbuta mal-inflazzjoni u għalhekk żdiedu b’rata ogħla mil-limiti massimi tal-QFP, li jiġu aġġustati kull sena abbażi tad-deflatur ta’ 2 %; jisħaq li din l-anomalija żżid il-piż fuq l-Istati Membri l-oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ dħul sostenibbli għall-baġit tal-Unjoni; jiddeplora, għalhekk, in-nuqqas ta’ progress fil-Kunsill dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji f’konformità mal-pjan direzzjonali fil-Ftehim Interistituzzjonali; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu b’appoġġ għall-proposti emendati tal-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta dawk il-proposti malajr sabiex iżid ir-riżorsi proprji disponibbli għall-baġit tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2024 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>