<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0024</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 għall-baġit ġenerali 2024 – Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti f’xi aġenziji deċentralizzati</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0007/2024 - Rapporteur: Siegfried Mureşan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2024 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 – aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti għal xi aġenziji deċentralizzati (13195/2024 – C10-0109/2024 – 2024/0185(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj?locale=mt#.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj?locale=mt</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat b’mod definittiv fit-22 ta’ Novembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024, adottat mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Lulju 2024 (COM(2024)0931),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024, adottata mill-Kunsill fit-23 ta’ Settembru 2024 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-24 ta’ Settembru 2024 (13195/2024 – C10‑0109/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 98 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10‑0007/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-għan ewlieni tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 huwa li jaġġorna n-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi u, barra minn hekk, li jaġġusta n-naħa tan-nefqa tal-baġit fir-rigward ta’ għadd ta’ aġenziji deċentralizzati,
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 jinvolvi reviżjoni tal-previżjonijiet tar-riżorsi proprji fir-rigward tad-dazji doganali, li huma 18,3 % anqas mill-previżjoni ta’ Mejju 2023, fil-bażi tal-VAT mhux limitata, li hija 0,6 % anqas mill-previżjoni ta’ Mejju 2023, fl-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat, li huwa 0,6 % ogħla meta mqabbel mal-previżjoni ta’ Mejju 2023, u fil-bażi totali tal-ING tal-UE, li hija 0,3 % ogħla mill-previżjoni ta’ Mejju 2023,
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 jaġġorna wkoll il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-2024 skont il-ftehim dwar il-ħruġ, liema kontribuzzjoni tammonta għal EUR 2,38 biljun, tnaqqis sinifikanti ta’ EUR 1,52 biljun meta mqabbel mal-istima inkluża fil-baġit tal-2024; billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 iqis ukoll il-multi u l-penali msarrfa sal-aħħar ta’ Mejju 2024, li jżid il-previżjoni inizjali għall-multi u l-penali fil-baġit tal-2024 b’EUR 513-il miljun,
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 jipproponi għadd ta’ aġġustamenti għall-finanzjament tal-aġenziji deċentralizzati, b’żieda netta ta’ EUR 12-il miljun b’mod ġenerali u proposta biex jiġi mobilizzat l-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 13,2-il miljun bil-għan li jkopri żidiet għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u għall-Eurojust fin-nuqqas ta’ kwalunkwe marġni disponibbli taħt l-Intestatura 2b tal-qafas finanzjarju pluriennali (“il-QFP”),
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024, kif imressaq mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota li t-tnaqqis fl-ammont ta’ riżorsi proprji għajr l-ING (b’mod partikolari fir-rigward tad-dazji doganali) u fid-daqs tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-baġit jirriżulta f’żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-ING ta’ EUR 5,63 biljun; jinnota li hemm diverġenza sinifikanti mit-tbassir inizjali tad-dazji doganali u l-kontribuzzjoni tar-Renju Unit u jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-ambitu bil-għan li jittejjeb it-tbassir tagħha, liema tbassir huwa vitali għall-prevedibbiltà tal-ippjanar baġitarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li, bl-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024, it-tnaqqis ta’ somma sħiħa tal-ING għall-ħames Stati Membri benefiċjarji jammonta għal ftit anqas minn EUR 5,4 biljun netti; jisħaq fuq il-fatt li dawn ir-ribassi huma marbuta mal-inflazzjoni u għalhekk żdiedu b’rata ogħla mil-limiti massimi tal-QFP, liema limiti jiġu aġġustati kull sena abbażi tad-deflatur ta’ 2 %; jissottolinja li din l-anomalija żżid il-piż fuq l-Istati Membri l-oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ dħul sostenibbli għall-baġit tal-Unjoni, li ġie mġebbed ħafna biex jirreaġixxi għal diversi kriżijiet f’dawn l-aħħar snin; jiddeplora, għalhekk, in-nuqqas ta’ progress fil-Kunsill dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji f’konformità mal-pjan direzzjonali fil-Ftehim Interistituzzjonali; ifakkarfil-pożizzjoni tiegħu b’appoġġ għall-proposti emendati tal-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-Kunsill u l-Istati Membri jadottaw dawk il-proposti malajr sabiex jiżdiedu r-riżorsi proprji disponibbli għall-baġit tal-Unjoni; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan li l-multi u l-imposti għandhom jintużaw bħala dħul supplimentari għall-baġit tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan li prijoritajiet ġodda jirrikjedu flus ġodda; jinnota s-serje ta’ aġġustamenti għall-baġits tal-aġenziji deċentralizzati, primarjament f’konformità mal-kompiti assenjati lilhom skont il-leġiżlazzjoni adottata reċentement; ifakkar li l-aġenziji jeħtiġilhom ikollhom il-persunal u l-baġit meħtieġa biex jissodisfaw il-mandati tagħhom sew; jiddeplora li, f’diversi każijiet, riżorsi addizzjonali għal aġenzija deċentralizzata jinvolvu tnaqqis korrispondenti fil-pakkett tal-programm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddispjaċih li, fil-QFP attwali, total ta’ EUR 1,5 biljun s’issa ġie, jew huwa propost li jiġi, riallokat minn programmi għal aġenziji deċentralizzati; jissottolinja li l-kobor tar-riallokazzjonijiet huwa sintomatiku tar-riżorsi mġebbda disponibbli għall-baġit tal-Unjoni u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ flessibbiltà baġitarja biex jiġu aġġustati r-riżorsi tal-aġenziji f’konformità mal-bidliet fil-mandati u l-kompiti tagħhom matul il-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 jinvolvi żieda ta’ EUR 2 miljun għall-Eurojust minħabba pressjoni inflazzjonarja; jissottlinja li l-pressjoni inflazzjonarja hija biċ-ċar sfida għall-aġenziji deċentralizzati kollha, bl-inflazzjoni taqbeż id-deflatur annwali ta’ 2 % u li bih jiżdiedu l-limiti massimi tal-QFP kif ukoll l-ispejjeż tal-persunal u dawk operattivi għall-aġenziji deċentralizzati taħt pressjoni sostanzjali b’riżultat ta’ dan; jikkunsidra li t-trattament attwali tal-baġits tal-aġenziji deċentralizzati bħala separat mill-infiq amministrattiv taħt l-Intestatura 7 jirrikjedi aktar riflessjoni bħala parti mit-tħejjijiet tal-Kummissjoni għall-QFP ta’ wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 4/2024 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>