<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0025</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2024/001 BE/Match-Smatch</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0009/2024 - Rapporteur: Michalis Hadjipantela)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2024/001 BE/Match-Smatch) (COM(2024)0275 – C10-0101/2024 – 2024/0226(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0275 – C10‑0101/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE>(“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj<STRING ITALIC="on">).</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0009/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-għajnuna hija fornuta permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li għalihom ikunu ħadmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2024/001 BE/Match-Smatch għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara għadd totali ta’ 513-il sensja<FOOTNOTE><FIELD> Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-diviżjoni 47 tan-NACE Reviżjoni 2 (Kummerċ bl-imnut, ħlief ta’ vetturi bil-mutur u muturi) fil-provinċji ta’ Hainaut (BE32), Liège (BE33), u Namur (BE35) b’444 sensja f’perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni mill-11 ta’ Diċembru 2023 sal-11 ta’ April 2024, u 69 sensja qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni tirrigwarda 444 sensja fil-perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni li l-attività tagħhom waqfet f’Match-Smatch;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-applikazzjoni tirrigwarda 69 sensja li l-attività tagħhom waqfet qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, meta tkun tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li wassal għall-waqfien tal-attività tal-ħaddiema ssensjati matul il-perjodu ta’ referenza kif meħtieġ mill-Artikolu 6, it-tieni paragrafu tar-Regolament dwar il-FEG;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedu l-waqfien tal-attività ta’ mill-inqas 200 ħaddiem issensjat fuq perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema ssensjati f’fornituri u produtturi downstream u/jew persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-settur Belġjan tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel irreġistra tnaqqis sinifikanti fil-volumi mibjugħa fl-2023, minħabba l-kriżi tal-enerġija u tal-inflazzjoni, u żieda fix-xiri transfruntier u fil-kummerċ elettroniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi Match-Smatch iffaċċja sitwazzjoni ekonomika diffiċli għal diversi snin u eventwalment irrapporta telf totali ta’ EUR 36,5 miljun fl-2022, u sabiex tiġi evitata akkumulazzjoni ulterjuri ta’ telf, Match-Smatch aċċetta l-offerta tal-Grupp Colruyt li jakkwista 57 mill-84 ħanut f’Settembru 2023, u li jimpjega wkoll lill-persunal tal-ħwienet (1 069 persuna); billi tmien ħwienet oħra ħaduhom Carrefour, Delhaize, Intermarché u Delfood;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi b’riżultat ta’ dan, total ta’ 513-il impjegat kienu soġġetti għal proċedura ta’ sensji kollettivi; 339 impjegat tad-19-il ħanut li għalihom ma seta’ jinstab l-ebda akkwirent, kif ukoll 174 impjegat tal-kwartieri ġenerali ta’ Match-Smatch;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u f’dik tal-UE rigward is-sensji kollettivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 aċċellerat id-domanda għal ħaddiema aktar kwalifikati fis-suq tax-xogħol Belġjan, u dan għamilha aktar diffiċli għall-eks ħaddiema ta’ Match-Smatch biex jintegraw mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu diretti prinċipalment lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom l-għan li jintegraw mill-ġdid u malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan is-settur ta’ attività inizjali tagħhom jew barra minnu, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi r-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tnaqqas l-ammont annwali massimu tal-FEG minn EUR 186 miljun għal EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765; billi l-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-FEG u l-istituzzjonijiet kollha għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, minkejja dan it-tnaqqis, il-ħaddiema ssensjati jkunu jistgħu jiddependu mis-solidarjetà tal-Unjoni permezz tal-appoġġ tal-FEG;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 2 661 564 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 85 % tal-ispiża totali ta’ EUR 3 131 252, liema spiża tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 3 009 752 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar ta’ EUR 121 500;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw l-applikazzjoni fit-3 ta’ Ġunju 2024, u li, wara li l-Belġju ta informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fis-16 ta’ Settembru 2024 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess jum;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni tirrigwarda 513-il ħaddiem issensjat li l-attività tagħhom waqfet f’Match-Smatch; jinnota wkoll li total ta’ 365 ħaddiem issensjat se jkunu benefiċjarji fil-mira u huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-Belġju applika għal kofinanzjament mill-FEG biss biex jappoġġja lill-eks ħaddiema ta’ Match-Smatch li jgħixu fir-reġjun ta’ Wallonia minħabba s-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol reġjonali (rata tal-qgħad tal-2023 ta’ 8,2 %) u minħabba li aktar minn 70 % tas-sensji huma kkonċentrati fir-reġjun ta’ Wallonia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li nofs il-ħaddiema ta’ Match-Smatch li ngħataw is-sensja (46 %) għandhom ħamsin sena jew aktar, grupp ta’ età li jiffaċċja aktar ostakli għall-impjieg, u li fl-aħħar kwart tal-2023 kien hemm differenza ta’ 18,3 punti perċentwali bejn ir-rata ta’ impjieg għall-grupp ta’ età ta’ bejn l-20 u l-54 sena (76,8 %) u r-rata ta’ impjieg għall-grupp ta’ età ta’ aktar minn 55 sena (58,5 %) fil-livell nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> Statbel. Emploi et chômage (13.6.2024). Chiffres.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema f’konformità mad-domanda tas-suq tax-xogħol għall-impjiegi kwalifikati se jkunu ta’ sfida, l-aktar meta jitqies l-għadd kbir ta’ persuni ssensjati fl-istess ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal mill-Belġju b’konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira, ir-rappreżentanti tagħhom u s-sħab soċjali biex iż-żoni affettwati, u s-suq tax-xogħol ġenerali, isiru aktar sostenibbli u reżiljenti fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li s-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti lill-ħaddiema u lill-persuni li jaħdmu għal rashom jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin: servizzi ta’ informazzjoni, gwida okkupazzjonali u assistenza għar-rikollokament, taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, appoġġ u kontribuzzjoni għall-ħolqien ta’ negozju, kif ukoll inċentivi u benefiċċji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru jkunu parti integrali tal-implimentazzjoni u jiġu promossi matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jenfasizzaw il-valur miżjud tal-UE tal-intervent, billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil diversi udjenzi, inkluża informazzjoni mmirata lill-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-media u l-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li sabiex jitħejja pakkett sod ta’ miżuri mfassla apposta sabiex jappoġġja l-isforzi tal-ħaddiema ta’ Match-Smatch biex jirritornaw għax-xogħol, is-Servizz Pubbliku Reġjonali għall-Impjiegi u t-Taħriġ Vokazzjonali ta’ Wallonia (Le Forem), it-trade unions (FGTB u CSC) u sħab oħra ltaqgħu f’diversi okkażjonijiet fl-2024 biex jifhmu aħjar il-ħtiġijiet ta’ taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema, li l-konsulenti soċjali li akkumpanjaw lill-ħaddiema wara s-sensja tagħhom ġew ikkonsultati wkoll, u li dawn il-laqgħat irriżultaw f’pakkett ikkoordinat ta’ miżuri tal-FEG li jikkonforma mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament dwar il-FEG;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-inklużjoni ta’ modulu dwar l-ekonomija ċirkolari u l-użu effiċjenti tar-riżorsi li ġie żviluppat għall-eks ħaddiema ta’ Swissport (EGF/2020/005 BE/Swissport) bħala parti mill-offerta standard ta’ taħriġ tas-Servizz Pubbliku Reġjonali għall-Impjiegi u t-Taħriġ Vokazzjonali (Forem), li se jiġi kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+); itenni, f’dan il-kuntest, ir-rwol importanti li l-Unjoni għandu jkollha biex tipprovdi l-kwalifiki meħtieġa għat-trasformazzjoni doppja; jappoġġja bil-qawwa l-fatt li, matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, il-FEG se jkompli juri solidarjetà mal-persuni affettwati u jżomm l-enfasi fuq l-impatt tar-ristrutturar fuq il-ħaddiema; jappella biex l-applikazzjonijiet futuri jimmassimizzaw il-koerenza tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iqis li hija responsabbiltà soċjali tal-Unjoni li tipprovdi lil dawn il-ħaddiema li ngħataw is-sensja bil-kwalifiki meħtieġa għat-trasformazzjoni diġitali u ekoloġika tal-industrija u l-ekonomija tal-Unjoni, li se jkollhom ukoll effett fuq is-suq tax-xogħol; jappella, għalhekk, li tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni kwalifikata u rilevanti, inkluż it-taħriġ vokazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda joffri s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-1 ta’ Jannar 2024 u li n-nefqa fuq il-miżuri, għaldaqstant, se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-1 ta’ Jannar 2024 sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda jġarrab in-nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fit-22 ta’ Settembru 2023 u li għaldaqstant, in-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-22 ta’ Settembru 2023 sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux għajnuna minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u li l-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u n-nondiskriminazzjoni se jiġu rrispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi, jew kwalunkwe benefiċċju jew dritt tal-ħaddiema ssensjati, biex tiġi żgurata l-addizzjonalità sħiħa tal-allokazzjoni; ifakkar li l-Istati Membri li japplikaw għal appoġġ finanzjarju mill-FEG jeħtiġilhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar is-sensji kollettivi u li l-kumpanija kkonċernata tkun ipprovdiet għall-ħaddiema tagħha kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2024/001 BE/Match-Smatch</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta’ dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2024/2854.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>