<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0029</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni fl-Ażerbajġan, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali u rrelazzjonijiet mal-Armenja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0133, 0136, 0139, 0141 u 0142/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2024 dwar is-sitwazzjoni fl-Ażerbajġan, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali u r-relazzjonijiet mal-Armenja (2024/2890(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ażerbajġan, l-Armenja u s-sitwazzjoni fin-Nagorno-Karabakh,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokumenti rilevanti u l-ftehimiet internazzjonali, li jinkludu iżda li mhumiex limitati għall-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Att Finali ta’ Ħelsinki u d-Dikjarazzjoni ta’ Alma-Ata tal-21 ta’ Diċembru 1991,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950, ratifikata mill-Ażerbajġan fl-2002 u l-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1954 għall-Ħarsien tal-Beni Kulturali f’Każ ta’ Konflitt Armat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni tat-22 ta’ April 1996 bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan mill-parti l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 246, 17.9.1999, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/614/oj<STRING ITALIC="on">. </STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-29 ta’ Mejju 2024 mill-portavuċi tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ażerbajġan u tat-3 ta’ Settembru 2024 dwar l-elezzjonijiet parlamentari bikrija fl-Ażerbajġan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2527 (2024) tal-24 ta’ Jannar 2024 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa bit-titolu “Sfida, għal raġunijiet sostantivi, tal-kredenzjali li għadhom ma ġewx ratifikati tad-delegazzjoni parlamentari tal-Ażerbajġan”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Sejbiet u l-Konklużjonijiet Preliminari tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali għall-Elezzjonijiet Presidenzjali Bikrija li saru fis-7 ta’ Frar 2024 u d-Dikjarazzjoni tas-Sejbiet u l-Konklużjonijiet Preliminari tal-Missjoni Internazzjonali ta’ Osservazzjoni Elettorali għall-Elezzjonijiet Parlamentari Bikrija fl-Ażerbajġan li saru fl-1 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-29 ta’ Marzu 2023 tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Ażerbajġan u l-memorandum tal-21 ta’ Ottubru 2021 tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-konsegwenzi umanitarji u għad-drittijiet tal-bniedem wara li fl-2020 faqqgħu ostilitajiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan fir-rigward tan-Nagorno-Karabakh,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-digrieti tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Frar 2023, tas-6 ta’ Lulju 2023 u tas-17 ta’ Novembru 2023 dwar it-talba għall-indikazzjoni ta’ miżuri proviżorji għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali (l-Armenja vs l-Ażerbajġan),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-għażla ta’ Baku, il-belt kapitali tal-Ażerbajġan, bħala l-post għad-29 Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP29), skedata li ssir mill-11 sat-22 ta’ Novembru 2024, qajmet kontroversja, b’mod partikolari minħabba d-deterjorament tar-rekord tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ażerbajġan, kif ukoll ksur reċenti u sfaċċat tad-dritt internazzjonali, inkluża mġiba aggressiva fil-konfront tal-Armenja, pajjiż ġar tiegħu; billi r-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili huma minquxa fil-ftehim tal-pajjiż ospitanti li permezz tiegħu l-Gvern tal-Ażerbajġan impenja ruħu li jħares dawn id-drittijiet; billi fit-tħejjija għal din il-konferenza internazzjonali ewlenija, l-awtoritajiet tal-Ażerbajġan intensifikaw ir-repressjoni tagħhom fil-konfront tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-attivisti, tal-politiċi tal-oppożizzjoni u tal-bqija tal-media indipendenti permezz ta’ detenzjonijiet u vessazzjoni ġudizzjarja; billi l-korruzzjoni u n-nuqqas ta’ indipendenza ġudizzjarja jkomplu jikkompromettu l-governanza;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jelenkaw aktar minn 300 priġunier politiku fl-Ażerbajġan, inklużi Gubad Ibadoghlu, Anar Mammadli, Bakhtiyar Hajiyev, Tofig Yagublu, Ilhamiz Guliyev, Aziz Orujov, Bahruz Samadov, Akif Gurbanov u ħafna oħrajn; billi hemm rapporti kredibbli ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-priġunieri, inklużi d-detenzjoni f’kundizzjonijiet inumani, it-tortura u r-rifjut ta’ kura medika adegwata;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Anar Mammadli, difensur prominenti tad-drittijiet tal-bniedem u attivist favur il-klima, ilu taħt arrest preventiv mit-30 ta’ April 2024 abbażi ta’ akkużi foloz ta’ reat ta’ assoċjazzjoni bl-għan li tiddaħħal munita barranija fil-pajjiż, u saħħtu marret lura b’mod sinifikanti matul id-detenzjoni; billi Gubad Ibadoghlu, ekonomista politiku, figura tal-oppożizzjoni u wieħed mill-finalisti għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024, ġie arrestat mill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan f’Lulju 2023 u baqa’ f’detenzjoni sat-22 ta’ April 2024, meta ġie trasferit għal arrest domiċiljari; billi saħħtu ddeterjorat b’mod sinifikanti minn mindu ġie arrestat, bħala riżultat ta’ tortura, kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani u rifjut ta’ kura medika adegwata, li b’hekk poġġew ħajtu f’periklu; billi s-saħħa tal-mara ta’ Gubad Ibadoghlu, Irada Bayramova, qed tkompli tiddeterjora minħabba l-vjolenza fiżika li sofriet matul id-detenzjoni tagħha mill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan; billi fl-4 ta’ Diċembru 2023 l-attivist tad-drittijiet tal-bniedem Ilhamiz Guliyev ġie arrestat fuq akkużi politikament motivati ftit xhur wara li ta intervista anonima lil Abzas Media dwar l-allegata prattika tal-pulizija li jpoġġu drogi fuq attivisti politiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-awtoritajiet tal-Ażerbajġan ilhom aktar minn għaxar snin u b’determinazzjoni dejjem tiżdied inaqqsu l-ispazju għas-soċjetà ċivili, billi b’mod arbitrarju jagħlqu l-organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) u jarrestaw lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jew iġegħluhom jeżiljaw ruħhom; billi f’dawn l-aħħar snin, l-awtoritajiet tal-Ażerbajġan imponew restrizzjonijiet dejjem aktar stretti fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; billi attivisti, ġurnalisti, avversarji politiċi u oħrajn intbagħtu l-ħabs fuq akkużi ffabbrikati u politikament motivati;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi skont id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, seħħ trażżin tas-soċjetà ċivili fl-okkażjoni ta’ avvenimenti internazzjonali ewlenin oħra ospitati mill-Ażerbajġan, inklużi l-Eurovision tal-2012 u l-Logħob Ewropew tal-2015;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-reġim tal-Ażerbajġan jidher li jestendi l-azzjonijiet repressivi tiegħu lil hinn mill-fruntieri tiegħu; billi t-trażżin kontinwu tal-libertà tal-espressjoni fl-Ażerbajġan huwa rifless ukoll f’rapporti ta’ repressjoni u rappreżalji transnazzjonali kontra membri tal-familja tad-detenuti; billi, mill-2020, Mahammad Mirzali, blogger dissidenti tal-Ażerbajġan, kien fil-mira ta’ diversi tentattivi ta’ qtil fi Franza; billi, fid-29 ta’ Settembru 2024, Vidadi Isgandarli, kritiku tar-reġim tal-Ażerbajġan li jgħix bħala rifuġjat politiku fi Franza, ġie attakkat f’daru u miet mill-ġrieħi tiegħu jumejn wara; billi l-awtoritajiet tal-Ażerbajġan involvew ruħhom ukoll fi prosekuzzjonijiet politikament motivati ta’ ċittadini tal-UE, bħal fil-każ ta’ Théo Clerc, li wassal biex mill-inqas Stat Membru wieħed iwissi formalment liċ-ċittadini tiegħu kontra l-ivvjaġġar lejn l-Ażerbajġan minħabba r-riskju ta’ detenzjoni arbitrarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Ażerbajġan implimenta politika sistematika ta’ tixħim tal-uffiċjali u tar-rappreżentanti eletti fl-Ewropa sabiex iċekken l-importanza tar-rekord tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ażerbajġan u jsikket lill-kritiċi, bħala parti minn strateġija użata b’mod wiesa’ deskritta bħala “diplomazija tal-kavjar”; billi ġew investigati xi każijiet u xi wħud minn dawk involuti ttieħdu passi kontrihom u nstabu ħatja mill-qrati nazzjonali f’diversi Stati Membri tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi għadd ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabu li l-Ażerbajġan kiser id-drittijiet tal-bniedem; billi skont l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, aktar minn 320 sentenza tal-qorti kontra l-Ażerbajġan għadhom ma ġewx eżegwiti jew ġew implimentati biss parzjalment, l-ogħla numru fost l-istati kollha li huma parti għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fit-3 ta’ Lulju 2024, il-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti (CPT) tal-Kunsill tal-Ewropa ddenunzja pubblikament ir-“rifjut li tittejjeb is-sitwazzjoni fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat” min-naħa tal-Ażerbajġan u n-“nuqqas persistenti ta’ kooperazzjoni tal-awtoritajiet tal-Ażerbajġan mas-CPT”;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi f’Jannar 2024 l-APKE ddeċidiet li ma tirratifikax il-kredenzjali tad-delegazzjoni tal-Ażerbajġan, filwaqt li nnotat “it-tħassib serju ħafna dwar …ir-rispett [tal-Ażerbajġan] tad-drittijiet tal-bniedem” tagħha; billi l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa nnotat li r-rapporteurs tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ tagħha ma tħallewx jiltaqgħu ma’ persuni li kienu ġew detenuti fuq akkużi allegatament politikament motivati, u li d-delegazzjoni tal-Ażerbajġan irrifjutat li tħalli lir-rapporteur għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem iżur il-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi skont il-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali mmexxija mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODIHR), l-elezzjoni presidenzjali bikrija li saret fis-7 ta’ Frar 2024 seħħet f’ambjent restrittiv u kienet ikkaratterizzata mit-tiskit ta’ vuċijiet kritiċi u min-nuqqas ta’ alternattivi politiċi; billi l-Ażerbajġan organizza elezzjonijiet parlamentari bikrija fl-1 ta’ Settembru 2024 f’dak li l-Missjoni Internazzjonali ta’ Osservazzjoni Elettorali mmexxija mill-OSKE/ODIHR iddeskriviet bħala ambjent politiku u legali restrittiv li ma ppermettiex pluraliżmu ġenwin u li rriżulta f’kompetizzjoni mingħajr konkorrenza; billi fil-perjodu li wassal għall-elezzjonijiet parlamentari, diversi kritiċi tal-gvern ġew detenuti;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-leġiżlazzjoni dwar il-media fl-Ażerbajġan saret dejjem aktar repressiva, u l-liġi dwar il-media ta’ Frar 2022 effetivament tillegalizza ċ-ċensura; billi diversi liġijiet oħra li jaffettwaw il-media jiksru wkoll l-obbligi internazzjonali tal-pajjiż fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa; billi l-kritika pubblika tal-awtoritajiet hija soġġetta għal penali ħorox;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi skont Reporters Mingħajr Fruntieri, kważi s-settur kollu tal-media fl-Ażerbajġan jinsab taħt kontroll uffiċjali, mingħajr xandir indipendenti tat-televiżjoni jew tar-radju minn ġewwa l-pajjiż, u l-gazzetti stampati kritiċi kollha ngħalqu; billi l-awtoritajiet qed ikomplu jrażżnu l-aħħar media indipendenti li fadal u jrażżnu lill-ġurnalisti li jirrifjutaw l-awtoċensura; billi l-Ażerbajġan intensifika r-repressjoni tiegħu kontra l-media indipendenti li fadal, bħal Abzas Media, Kanal 13 u Toplum TV, permezz ta’ detenzjonijiet u vessazzjoni ġudizzjarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-liġijiet tal-Ażerbajġan li jirregolaw ir-reġistrazzjoni, l-operazzjoni u l-finanzjament tal-NGOs huma restrittivi ferm u implimentati b’mod arbitrarju, u b’hekk effettivament jikkriminalizzaw l-attivitajiet tal-NGOs mhux irreġistrati; billi l-indiċi ta’ Freedom House għall-2024 jikklassifika lill-Ażerbajġan fost il-pajjiżi l-inqas ħielsa fid-dinja, taħt ir-Russja u l-Belarussja;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-kuntratti tal-gass bejn Gazprom u SOCAR għall-konsenja ta’ biljun metru kubiku ta’ gass mir-Russja lejn l-Ażerbajġan, bejn Novembru 2022 u Marzu 2023, qajmu tħassib sinifikanti dwar l-esportazzjoni mill-ġdid tal-gass Russu lejn is-suq Ewropew, b’mod partikolari fil-kuntest tal-memorandum ta’ qbil iffirmat dwar is-sħubija strateġika fil-qasam tal-enerġija; billi l-UE għandha l-għan li tnaqqas id-dipendenza Ewropea fuq il-gass Russu, iżda dan il-ftehim jista’ jitqies bħala ostaklu għal dak l-għan, peress li l-gass Russu xorta jkun qed jgħaddi mill-Ażerbajġan, u b’hekk jista’ jippermetti żieda fl-esportazzjoni mill-ġdid tal-gass tal-Ażerbajġan lejn l-UE; billi hemm ukoll rapporti inkwetanti li l-gass Russu qed jiġi riklassifikat bħala gass li jkun ġej mill-Ażerbajġan għall-bejgħ fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-mexxejja tal-Ażerbajġan impenjaw ruħhom fir-retorika kontra l-UE u kontra l-Punent; billi l-Ażerbajġan intensifika l-kampanji ta’ diżinformazzjoni tiegħu mmirati lejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, b’enfasi speċifika fuq Franza; billi l-Ażerbajġan interferixxa b’mod attiv fil-politika Ewropea bl-iskuża ta’ “antikolonjaliżmu”, b’mod partikolari f’pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej bħal New Caledonia;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi barra minn hekk, f’Settembru 2023, wara xhur mill-imblokk illegali tan-Nagorno-Karabakh, l-Ażerbajġan nieda attakk militari mhux ġustifikat u ppjanat minn qabel fuq it-territorju, li ġiegħel lil aktar minn 100 000 Armen etniku jaħarbu lejn l-Armenja, u dan huwa ekwivalenti għal tindif etniku; billi b’riżultat ta’ dan, in-Nagorno-Karabakh tbattal kważi għalkollox mill-popolazzjoni Armena tiegħu, liema popolazzjoni kienet ilha tgħix hemm għal sekli sħaħ; billi dan l-attakk jirrappreżenta ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali, ksur ċar tad-dikjarazzjoni trilaterali ta’ waqfien mill-ġlied tad-9 ta’ Novembru 2020 u nuqqas ta’ rispett tal-impenji meħuda matul in-negozjati medjati mill-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Armeni tan-Nagorno-Karabakh tilfu l-proprjetà u l-affarijiet personali tagħhom waqt li kienu qed jaħarbu mill-offensiva militari mill-Ażerbajġan fl-2023 u ma setgħux jirkuprawhom minn dak iż-żmien ’l hawn; billi l-azzjonijiet li jammontaw għal tindif etniku komplew minn dak iż-żmien ’l hawn; billi l-UE pprovdiet għajnuna umanitarja lill-persuni spostati min-Nagorno-Karabakh; billi rapporti kredibbli jikkonfermaw il-qerda organizzata tal-patrimonju kulturali u reliġjuż Armen fin-Nagorno-Karabakh; billi l-mexxejja u l-uffiċjali tal-Ażerbajġan ripetutament jużaw diskors ta’ mibegħda kontra l-Armeni;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi kemm l-Ażerbajġan kif ukoll l-Armenja huma marbuta bid-dritt umanitarju internazzjonali u t-Tielet Konvenzjoni ta’ Ġinevra tipproteġi lill-priġunieri tal-gwerra minn kull forma ta’ tortura u trattament krudili; billi r-rapporti jindikaw li bħalissa 23 priġunier Armen qed jinżammu fil-ħabsijiet tal-Ażerbajġan mingħajr rappreżentanza legali adegwata, inklużi tmien eks mexxejja tan-Nagorno-Karabakh, li wħud minnhom ingħataw sentenzi twal ta’ ħabs;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi fi Frar 2023, l-UE bagħtet lill-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) biex tosserva l-iżviluppi fil-fruntiera internazzjonali mal-Ażerbajġan; billi l-Ażerbajġan irrifjuta li jikkoopera mal-EUMA u l-missjoni kienet il-mira ta’ diżinformazzjoni mill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan u mill-media kkontrollata mill-gvern; billi t-tmexxija tal-Ażerbajġan qed tkompli tagħmel dikjarazzjonijiet irredentisti b’referenza għat-territorju sovran tal-Armenja; billi l-armata tal-Ażerbajġan għadha tokkupa mhux anqas minn 170 km<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> tat-territorju sovran tal-Armenja;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-Armenja u l-Ażerbajġan impenjaw ruħhom f’negozjati dwar trattat ta’ paċi, in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom u d-delimitazzjoni tal-fruntiera, kemm qabel kif ukoll wara l-attakk tal-2023 fuq in-Nagorno-Karabakh; billi, minkejja l-isforzi ta’ medjazzjoni mill-UE u oħrajn, ma ġie ffirmat l-ebda ftehim ta’ paċi bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja; billi, għalkemm iż-żewġ gvernijiet iddikjaraw li huma qrib ftehim, kummenti reċenti mill-President tal-Ażerbajġan iqajmu tħassib dwar ir-rieda ta’ Baku li jinstab kompromess biex jiġu konklużi n-negozjati;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-UE tappoġġja bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali kemm tal-Ażerbajġan kif ukoll tal-Armenja u tappoġġja b’mod attiv l-isforzi lejn ftehim ta’ paċi sostenibbli bejn iż-żewġ pajjiżi, miksub b’mezzi paċifiċi u li jirrispetta d-drittijiet tal-popolazzjoni kkonċernata;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Ażerbajġan approfondixxa r-relazzjonijiet tiegħu mar-Russja, inklużi r-rabtiet politiċi u ekonomiċi, kif ukoll żied il-kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-intelligence tagħhom; billi r-Russja appoġġjat b’mod miftuħ lill-Ażerbajġan fl-imġiba aggressiva tiegħu lejn l-Armenja;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa r-repressjoni domestika u ekstraterritorjali mir-reġim tal-Ażerbajġan kontra l-attivisti, il-ġurnalisti, il-mexxejja tal-oppożizzjoni u oħrajn, inklużi ċittadini tal-UE, li intensifikat b’mod notevoli qabel il-COP29; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan jeħilsu lill-persuni kollha detenuti jew miżmuma l-ħabs b’mod arbitrarju minħabba l-fehmiet politiċi tagħhom, iwaqqgħu l-akkużi kollha motivati politikament u jwaqqfu kull forma ta’ repressjoni, kemm fl-Ażerbajġan kif ukoll lil hinn minnu; ifakkar f’dan il-kuntest l-ismijiet ta’ Tofig Yagublu, Akif Gurbanov, Bakhtiyar Hajiyev, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti, inklużi Ulvi Hasanli, Sevinj Vagifgizi, Nargiz Absalamova, Hafiz Babali u Elnara Gasimova, Aziz Orujov, Rufat Muradli, Avaz Zeynalli, Elnur Shukurov, Alasgar Mammadli, Ilhamiz Guliyev u Farid Ismayilov, kif ukoll ta’ attivisti tas-soċjetà ċivili arrestati wara Marzu 2024 bħal Anar Mammadli, Farid Mehralizade, Igbal Abilov, Bahruz Samadov, Emin Ibrahimov u Famil Khalilov; jesprimi tħassib kbir dwar l-ambjent ta’ biża’ li dan ħoloq fil-pajjiż, u li ħalla lis-soċjetà ċivili effettivament bla leħen;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan biex iwaqqgħu l-akkużi kollha kontra Dr Gubad Ibadoghlu u jħalluh jivvjaġġa barra mill-pajjiż, mingħajr xkiel u lejn il-pajjiż tal-għażla tiegħu, jerġa’ jingħaqad mal-familja tiegħu, jirċievi l-kura medika li jeħtieġ b’mod urġenti u jattendi ċ-ċerimonja tal-Premju Sakharov fi Strażburgu f’Diċembru 2024; jistieden lill-Ażerbajġan jiżgura li jirċievi eżami mediku indipendenti minn tabib tal-għażla tiegħu stess u li jitħalla jirċievi trattament barra mill-pajjiż; jistieden lir-rappreżentanti kollha tal-UE u lill-Istati Membri individwali jappoġġjaw b’mod attiv il-ħelsien mill-arrest domiċiljari ta’ Dr Gubad Ibadoghlu u jinsistu fuq il-ħelsien tiegħu f’kull skambju mal-awtoritajiet tal-Ażerbajġan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jeżiġi li tiġi ggarantita l-libertà tal-istampa u tal-espressjoni u li l-organizzazzjonijiet tal-media ma jiġux ristretti; jistieden, għalhekk, lill-Gvern tal-Ażerbajġan jeħles lill-ġurnalisti li jaħdmu għal Abzas Media u Toplum TV, inklużi Ulvi Hasanli, Sevinj Vagifqizi u Alasgar Mammadli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkunsidra li l-abbużi kontinwi tad-drittijiet tal-bniedem mill-Ażerbajġan huma inkompatibbli mal-ospitar tiegħu tal-COP29; iħeġġeġ lill-mexxejja tal-UE, b’mod partikolari lill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen, jużaw il-COP29 bħala opportunità biex ifakkru lill-Ażerbajġan dwar l-obbligi internazzjonali tiegħu u jindirizzaw b’mod sinifikanti r-rekord tad-drittijiet tal-bniedem tal-pajjiż fl-interazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet tal-Ażerbajġan, inkluż billi jitolbu l-ħelsien mingħajr kundizzjonijiet tal-persuni kollha detenuti arbitrarjament jew miżmuma l-ħabs minħabba l-fehmiet politiċi tagħhom u billi jitolbu li jiltaqgħu ma’ priġunieri politiċi waqt li jkunu fil-pajjiż; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li l-konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ma jiġux ospitati f’pajjiżi b’rekords ħżiena tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan dwar l-obbligi tagħhom li jirrispettaw il-libertajiet fundamentali u jistedinhom jirrevokaw il-leġiżlazzjoni repressiva li twassal lill-NGOs u lill-media għal sitwazzjonijiet fejn ikunu fil-marġini tal-liġi; jistieden lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan iħassru l-leġiżlazzjoni repressiva dwar ir-reġistrazzjoni u l-finanzjament tal-NGOs biex iġibuhom konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni tal-1996 bejn l-UE u l-Ażerbajġan, li huwa l-bażi legali għar-relazzjonijiet bilaterali, huwa msejjes fuq ir-rispett għad-demokrazija u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem u li dawn inkisru b’mod sistematiku fl-Ażerbajġan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar lill-Gvern tal-Ażerbajġan fl-obbligi internazzjonali tiegħu li jissalvagwardja d-dinjità u d-drittijiet tad-detenuti, filwaqt li jiżgura li dawn jirċievu kura medika adegwata, jinżammu f’kundizzjonijiet umani u jkunu protetti minn kwalunkwe trattament ħażin; jistieden lill-Gvern tal-Ażerbajġan jikkonforma malajr mar-rakkomandazzjonijiet li ilhom jeżistu tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar is-suġġett tar-rikors mifrux għal trattament fiżiku ħażin – inkluża, xi kultant, it-tortura – mill-pulizija fl-Ażerbajġan; jistieden lill-Gvern tal-Ażerbajġan jimplimenta d-deċiżjonijiet kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu li s-sanzjonijiet tal-UE għandhom jiġu imposti fl-ambitu tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem fuq uffiċjali tal-Ażerbajġan li wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem jitlob laqgħat mal-priġunieri politiċi fl-Ażerbajġan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinsisti li kwalunkwe ftehim ta’ sħubija futur bejn l-UE u l-Ażerbajġan isir kundizzjonali fuq il-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha, l-implimentazzjoni ta’ riformi legali u t-titjib ġenerali tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, kif ukoll fuq il-fatt li l-Ażerbajġan juri r-rieda ġenwina tiegħu li jimpenja ruħu b’mod leali fin-negozjati ta’ ftehim ta’ paċi mal-Armenja u li jirrispetta d-drittijiet tal-Armeni tan-Nagorno-Karabakh;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jitlob lill-UE ttemm id-dipendenza tagħha fuq l-esportazzjonijiet tal-gass mill-Ażerbajġan; jistieden lill-Kummissjoni tissospendi l-Memorandum ta’ Qbil tal-2022 dwar is-Sħubija Strateġika fil-Qasam tal-Enerġija u taġixxi kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali kemm tal-Ażerbajġan kif ukoll tal-Armenja u jappoġġja bil-qawwa n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom abbażi tal-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku tal-integrità territorjali u l-invjolabbiltà tal-fruntieri, f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Alma-Ata tal-1991; itenni t-talba tiegħu li t-truppi tal-Ażerbajġan jiġu rtirati mit-territorju sovran kollu tal-Armenja; jitlob lill-Ażerbajġan jimpenja ruħu mingħajr ekwivoku biex jirrispetta l-integrità territorjali tal-Armenja; jenfasizza li l-kwistjonijiet ta’ konnettività tal-Ażerbajġan mal-exclave tiegħu ta’ Nakhchivan għandhom jiġu solvuti b’rispett sħiħ għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Armenja; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-UE għandha tkun lesta timponi sanzjonijiet fuq kwalunkwe individwu u entità li jheddu s-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Armenja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jikkundanna kwalunkwe aggressjoni militari, użu ta’ forza jew theddid ibridu kontra l-Armenja, kif ukoll interferenza barranija u tentattivi biex tiġi destabbilizzata s-sitwazzjoni politika fl-Armenja; jilqa’ wkoll id-deċiżjoni li tiġi adottata l-ewwel miżura ta’ assistenza fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-forzi armati Armeni u jitlob li l-kooperazzjoni bejn l-Armenja u l-UE tissaħħaħ aktar fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża; jilqa’ l-azzjonijiet meħuda minn diversi Stati Membri biex jiġi pprovdut appoġġ militari difensiv lill-Armenja u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw inizjattivi simili; jilqa’ l-momentum ġdid fir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Armenja, li huwa appoġġjat bil-qawwa mill-awtoritajiet ta’ Yerevan; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jappoġġjaw b’mod attiv ix-xewqa tal-Armenja għal aktar kooperazzjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-attivitajiet tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) u jissottolinja r-rwol importanti li għandha; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-kampanji ripetuti ta’ malafama li joriġinaw mill-Ażerbajġan kontra l-EUMA; jistieden lill-EUMA tkompli ssegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tevolvi fil-prattika, tipprovdi rapportar trasparenti lill-Parlament u tikkontribwixxi b’mod attiv għall-isforzi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-mandat tal-EUMA, iżidu d-daqs tagħha u jestendu d-durata tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jappoġġja l-inizjattivi u l-attivitajiet kollha li jistgħu jwasslu għall-paċi bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan u għall-iffirmar ta’ ftehim ta’ paċi li ilu mistenni; jistieden lill-Ażerbajġan juri sforzi ġenwini għal dan l-għan; iwissi lill-Ażerbajġan li kwalunkwe azzjoni militari kontra l-Armenja tkun inaċċettabbli u jkollha konsegwenzi serji għas-sħubija bejn l-Ażerbajġan u l-UE; jilqa’ d-dikjarazzjoni konġunta bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan tas-7 ta’ Diċembru 2023 dwar miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja; jilqa’ l-progress li sar fil-qafas tal-proċess ta’ delimitazzjoni tal-fruntieri bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan, li wassal għal ftehim dwar diversi sezzjonijiet tal-fruntiera; iħeġġeġ liż-żewġ naħat jieħdu passi ulterjuri rigward is-sezzjonijiet li jifdal: jitlob lill-UE twaqqaf l-assistenza teknika u finanzjarja kollha lill-Ażerbajġan li taf tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari jew ta’ sigurtà tiegħu; jistieden lill-Istati Membri jiffriżaw l-esportazzjonijiet tat-tagħmir militari u ta’ sigurtà kollu lejn l-Ażerbajġan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tad-digrieti kollha maħruġa mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, inkluż id-digriet tas-17 ta’ Novembru 2023, liema digriet jindika l-miżuri proviżorji rigward ir-ritorn sikur, mingħajr xkiel u rapidu ta’ persuni li ħarbu min-Nagorno-Karabakh; ifakkar li d-deċiżjoni li tiġi ospitata l-COP29 f’Baku ttieħdet wara li l-Ażerbajġan naqas milli jikkonforma mad-digriet tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja msemmi hawn fuq kif ukoll ma’ dawk tas-7 ta’ Diċembru 2021 u tat-22 ta’ Frar 2023; itenni l-appell tiegħu għal investigazzjonijiet indipendenti dwar l-abbużi mwettqa mill-forzi tal-Ażerbajġan fin-Nagorno-Karabakh; itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan biex jippermettu r-ritorn sikur tal-popolazzjoni Armena lejn in-Nagorno-Karabakh, biex ġenwinament jinvolvu ruħhom fi djalogu komprensiv u trasparenti magħhom, biex jipprovdu garanziji robusti għall-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom, inklużi d-drittijiet tal-art u tal-proprjetà tagħhom, il-protezzjoni tal-identità distinta tagħhom u d-drittijiet ċiviċi, kulturali, soċjali u reliġjużi tagħhom, u biex joqogħdu lura minn kwalunkwe retorika xewwiexa li tista’ tinċita d-diskriminazzjoni kontra l-Armeni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan jeħilsu lit-23 priġunier tal-gwerra Armen kollha detenuti wara li l-Ażerbajġan reġa’ ħa r-reġjun tan-Nagorno-Karabakh;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex ikomplu joffru assistenza lill-Armenja biex tassisti lir-rifuġjati min-Nagorno-Karabakh; jitlob lill-UE, f’dan ir-rigward, tipprovdi pakkett ġdid ta’ assistenza lill-Armenja biex tgħin lill-Gvern Armen jindirizza l-ħtiġijiet umanitarji tar-rifuġjati; jilqa’ l-isforzi kollha tal-Gvern tal-Armenja biex jipprovdi kenn u għajnuna lill-Armeni spustati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jesprimi tħassib serju rigward il-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali, reliġjuż u storiku fin-Nagorno-Karabakh wara l-eżodu massiv tal-popolazzjoni Armena tiegħu; iħeġġeġ lill-Ażerbajġan jastjeni milli jeqred, jittraskura jew jaltera aktar l-oriġini tal-patrimonju kulturali, reliġjuż jew storiku fir-reġjun u minflok jistiednu biex jippreserva, jipproteġi u jippromwovi din id-diversità rikka; jeżiġi l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali, storiku u reliġjuż tal-Armenja fin-Nagorno-Karabakh f’konformità mal-istandards tal-Unesco u l-impenji internazzjonali tal-Ażerbajġan; jinsisti li l-Ażerbajġan jippermetti missjoni tal-Unesco fin-Nagorno-Karabakh u jagħtiha l-aċċess meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jiddeplora l-passi meħuda mill-Ażerbajġan fil-konfront tal-entità seċessjonista fil-parti okkupata ta’ Ċipru, li jmorru kontra d-dritt internazzjonali u d-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 541 (1983) u 550 (1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jistieden lill-Ażerbajġan jirrispetta l-prinċipji tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-istati u ma jistedinx lill-entità seċessjonista fil-parti okkupata ta’ Ċipru għal-laqgħat tal-Organizzazzjoni tal-Istati Turkiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jikkundanna t-tentattivi ripetuti tal-Ażerbajġan biex jimmalafama u jiddestabbilizza lill-Istati Membri, inkluż permezz tal-hekk imsejjaħ Grupp ta’ Inizjattiva ta’ Baku; jikkundanna, b’mod partikolari, l-appoġġ tiegħu għall-gruppi irredentisti u għall-operazzjonijiet ta’ diżinformazzjoni kontra Franza, speċjalment fid-dipartimenti u fit-territorji Franċiżi ta’ New Caledonia, Martinique u Korsika; ifakkar li dawn il-metodi ntużaw kontra l-Ġermanja fl-2013; jiddenunzja l-kampanji ta’ malafama immirati lejn id-Danimarka; jiddispjaċih dwar il-kampanja ta’ malafama bl-għan li ssir ħsara lir-reputazzjoni ta’ Franza billi jitqajmu dubji dwar il-kapaċità tagħha li tospita l-Logħob Olimpiku tal-2024, kampanja mibdija minn atturi ssuspettati li huma qrib ir-reġim tal-Ażerbajġan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jikkundanna l-arresti arbitrarji ta’ ċittadini tal-UE abbażi ta’ akkużi foloz ta’ spjunaġġ u s-sentenzi sproporzjonati fil-konfront tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-insulti pubbliċi u t-theddid dirett li saru minn rappreżentanti diplomatiċi jew governattivi tal-Ażerbajġan, jew minn membri tal-Parlament tal-Ażerbajġan, fil-konfront ta’ uffiċjali eletti ta’ Stati Membri tal-UE; jeżiġi, f’dan ir-rigward, li jiġi miċħud l-aċċess għall-bini istituzzjonali tal-UE lill-uffiċjali tal-Ażerbajġan ikkonċernati sakemm jingħata avviż ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Armenja, lid-Direttur Ġenerali tal-Unesco, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tal-Ewropa.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>