<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0030</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-interpretazzjoni ħażina tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-provokazzjonijiet militari kontinwi tagħha madwar it-Tajwan</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0134, 0135, 0137, 0138 u 0140/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2024 dwar l-interpretazzjoni ħażina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU u l-provokazzjonijiet militari kontinwi tagħha madwar it-Tajwan (2024/2891(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) u t-Tajwan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar strateġija UE-Ċina ġdida<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 40.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2021 lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà rigward ir-relazzjonijiet politiċi u l-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tajwan<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 184, 5.5.2022, p. 170.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar l-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 32.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar is-sitwazzjoni fl-Istrett tat-Tajwan<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 149.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar ir-relazzjonijiet UE-Tajwan fir-rigward tal-kummerċ u l-investiment<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4174, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4174/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Settembru 2021 intitolata “L-Istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku” (JOIN(2021)0024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-politika ta’ “Ċina Waħda” tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-summit UE-Ċina tas-7 ta’ Diċembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar iċ-Ċina tat-30 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra ż-żjarat fit-Tajwan tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin mill-25 sas-27 ta’ Lulju 2023 u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali mid-19 sal-21 ta’ Diċembru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-1 ta’ Settembru 2024 mill-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-azzjonijiet perikolużi l-aktar reċenti fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-eżerċizzji militari taċ-Ċina madwar it-Tajwan, inkluża d-dikjarazzjoni l-aktar reċenti tal-14 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-G7 tat-18 ta’ April 2023 u tat-3 ta’ Awwissu 2022 dwar il-preservazzjoni tal-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 tat-23 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri tad-Difiża tal-G7 tad-19 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni ta’ urġenza dwar it-Tajwan li għaddiet mis-Senat Awstraljan fil-21 ta’ Awwissu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2758 (XXVI) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25 ta’ Ottubru 1971,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni dwar ir-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU adottata mill-Kamra tar-Rappreżentanti Netherlandiża fit-12 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni għall-istampa tad-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti tat-13 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), konkluża fid-9 ta’ Mejju 1992,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura Permanenti tal-Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tat-Kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (Interpol),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 8 u l-Artikolu 18(h) tal-Kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU għaddiet mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta’ Ottubru 1971 u ttrasferiet ir-rikonoxximent uffiċjali mir-Repubblika taċ-Ċina (it-Tajwan) għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ); billi llum, it-Tajwan, għalkemm mhuwiex membru tan-Nazzjonijiet Uniti, iżomm relazzjonijiet diplomatiċi ma’ 11 mill-193 stat membru tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll mas-Santa Sede;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE u t-Tajwan huma sħab tal-istess fehma u li jikkondividu l-valuri komuni tal-libertà, tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt; billi t-Tajwan huwa demokrazija vibranti, b’soċjetà ċivili li qed tiffjorixxi; billi t-Tajwan wettaq elezzjonijiet paċifiċi u organizzati tajjeb fit-13 ta’ Jannar 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU, it-Tajwan tilef l-aċċess tiegħu għall-parteċipazzjoni f’forums multilaterali, bħad-WHO;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-Tajwan qatt ma kien parti mir-RPĊ; billi r-Repubblika taċ-Ċina ġiet stabbilita fl-1912 u r-RPĊ fl-1949;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU tindirizza l-istatus tar-RPĊ, iżda ma tiddeterminax li r-RPĊ tgawdi s-sovranità fuq it-Tajwan, u lanqas ma tagħti xi ġudizzju dwar l-inklużjoni futura tat-Tajwan fin-NU jew fi kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali oħra; billi, madankollu, ir-RPĊ qed tkompli tinterpreta ħażin ir-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU biex timblokka l-parteċipazzjoni sinifikattiva tat-Tajwan fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u b’mod unilaterali tibdel l-istatus quo; billi dawn l-azzjonijiet ipoġġu fid-dieher l-ambizzjoni tar-RPĊ li tbiddel l-ordni internazzjonali multilaterali eżistenti u ddgħajjef id-dritt internazzjonali, u jistgħu jitqiesu bħala espressjoni ta’ rivalità sistemika;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE qed tkompli żżomm il-politika tagħha ta’ “Ċina Waħda”, li hija differenti mill-prinċipju ta’ “Ċina Waħda” tar-RPĊ; billi l-pożizzjoni li ilha żmien twil tħaddan l-UE hija li tappoġġja l-istatus quo u r-riżoluzzjoni paċifika tad-differenzi fl-Istrett tat-Tajwan, filwaqt li tħeġġeġ id-djalogu u l-impenn kostruttiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi permezz tad-dikjarazzjoni tagħhom tat-23 ta’ Settembru 2024 il-membri tal-G7, fost affarijiet oħra, enfasizzaw l-appoġġ tagħhom għall-“parteċipazzjoni sinifikattiva tat-Tajwan fl-organizzazzjonijiet internazzjonali bħala membru fejn is-sovranità statali mhijiex prerekwiżit u bħala osservatur jew mistieden fejn din tkun”;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-appoġġ għall-parteċipazzjoni tat-Tajwan fl-organizzazzjonijiet internazzjonali ma jdgħajjifx l-impenn tal-UE għall-politika tagħha ta’ “Ċina Waħda”, li tibqa’ l-pedament politiku tar-relazzjonijiet UE-Ċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi matul dawn l-aħħar għaxar snin ir-RPĊ ippruvat b’mod persistenti żżid l-influwenza tagħha fuq l-istituzzjonijiet internazzjonali, billi użat dan biex twarrab lit-Tajwan u tipprevjeni lid-detenturi ta’ passaport Tajwaniż, inklużi ġurnalisti, ħaddiema ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u attivisti politiċi, milli jaċċessaw l-istituzzjonijiet internazzjonali; billi r-RPĊ teżerċita repressjoni transnazzjonali billi tuża ħażin it-trattati ta’ estradizzjoni biex tolqot persuni Tajwaniżi barra mill-pajjiż u għalhekk tpoġġihom f’riskju ta’ persekuzzjoni arbitrarja u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-istatuti tal-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet internazzjonali bil-kompitu li jindirizzaw kwistjonijiet globali, inklużi d-WHO, l-UNFCCC, l-Interpol u l-ICAO, jipprovdu opportunitajiet biex entitajiet bħat-Tajwan jipparteċipaw mingħajr ma jiksru d-drittijiet tal-istati membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi t-Tajwan wera b’mod konsistenti attitudni paċifika u kooperattiva globalment, saħħaħ b’mod sinifikanti l-iżviluppi globali u b’hekk seta’ jikkontribwixxi bil-kbir għall-ħidma ta’ diversi organizzazzjonijiet internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi r-RPĊ hija stat b’partit wieħed li huwa kompletament ikkontrollat u mmexxi mill-Partit Komunista Ċiniż;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi f’diskors fil-jum nazzjonali tat-Tajwan tal-10 ta’ Ottubru 2024, il-President tat-Tajwan Lai Ching-te iddikjara li r-RPĊ ma għandha “l-ebda dritt li tirrappreżenta lit-Tajwan” u tenna li ż-żewġ naħat “mhumiex subordinati” għal xulxin; billi r-RPĊ iġġustifikat l-eżerċizzju militari reċenti tagħha billi sostniet li l-President Lai Ching-te qed isegwi strateġija separatista;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi fl-14 ta’ Ottubru 2024 ir-RPĊ varat eżerċizzju militari fuq skala kbira, bl-isem Joint Sword-2024B, li wettaq simulazzjoni ta’ imblokk tat-Tajwan; billi matul dan l-eżerċizzju ġew individwati għadd rekord ta’ 153 inġenju tal-ajru, 18-il bastiment tal-gwerra u 17-il bastiment tal-gwardja tal-kosta tar-RPĊ madwar it-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi matul l-eżerċizzi erba’ formazzjonijiet tal-gwardja tal-kosta tar-RPĊ għamlu pattulja tal-gżira u għal ftit ħin daħlu fl-ilmijiet ristretti tagħha; billi l-iskjeramenti frekwenti ħafna tal-gwardja tal-kosta mir-RPĊ fl-Istrett f’dawk li r-RPĊ tqis bħala missjonijiet ta’ “infurzar tal-liġi” qed ipoġġi pressjoni kostanti fuq l-awtoritajiet Tajwaniżi u jikkawża żieda perikoluża fir-riskju ta’ kolliżjonijiet, f’dik li hija waħda mill-aktar indikazzjonijiet konkreti tal-intenzjoni tar-RPĊ li therri l-istatus quo; billi l-eżerċizzji varati fl-14 ta’ Ottubru 2024 kienu r-raba’ ċiklu ta’ manuvri militari fuq skala kbira mir-RPĊ fi ftit aktar minn sentejn;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi dawn l-attivitajiet ġew ikkundannati mit-Tajwan bħala “provokazzjoni mhux raġonevoli” u huma l-aħħar f’sensiela ta’ manuvri militari mwettqa mir-RPĊ kontra t-Tajwan; billi dawn l-eżerċizzji militari ġew jiem wara li Lai Ching-te, il-President il-ġdid tat-Tajwan, għamel diskors fejn ħalef li jipproteġi s-sovranità tat-Tajwan quddiem l-isfidi min-naħa tar-RPĊ;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-linja medjana, li ġiet stabbilita fi ftehim taċitu li ilu għaddej għal deċennji bejn iż-żewġ naħat tal-Istrett tat-Tajwan, kienet imfassla biex tnaqqas ir-riskju ta’ kunflitt billi l-inġenji tal-ajru militari miż-żewġ naħat tal-Istrett jinżammu f’distanza sikura u b’hekk jiġu evitati kalkoli żbaljati fatali; billi l-Armata Popolari għal-Liberazzjoni tar-RPĊ qasmet bi ksur il-linja medjana erba’ darbiet biss bejn l-1954 u l-2020, iżda issa l-inkursjonijiet ta’ rutina jirriflettu l-intenzjoni ta’ Beijing li tistabbilixxi mill-ġdid u b’mod irriversibbli punti ta’ riferiment li ilhom jeżistu;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi d-dikjarazzjonijiet għall-istampa tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tad-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti jaffermaw mill-ġdid li l-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan huma ta’ importanza strateġika għas-sigurtà u l-prosperità reġjonali u globali; billi d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tfakkar fil-ħtieġa li jiġi ppreservat l-istatus quo fl-Istrett tat-Tajwan, topponi kwalunkwe azzjoni unilaterali li tbiddel l-istatus quo bil-forza jew bil-koerċizzjoni u tistieden lill-partijiet kollha jeżerċitaw ir-rażan u jevitaw kwalunkwe azzjoni li tista’ tkompli teskala t-tensjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-Istrett;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi fit-23 ta’ Mejju 2024 ir-RPĊ varat eżerċizzju militari msejjaħ Joint Sword-2024A, ftit jiem biss wara l-inawgurazzjoni ta’ Lai Ching-te bħala l-President il-ġdid tat-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi matul dawn l-aħħar ftit snin, ir-RPĊ wettqet eżerċizzji militari simili madwar it-Tajwan; billi dawn l-eżerċizzji militari żdiedu fl-intensità u tressqu dejjem eqreb lejn ix-xtut tat-Tajwan; billi matul eżerċizzju preċedenti f’Awwissu 2022 ir-RPĊ sparat ukoll missili fiż-żona ekonomika esklużiva tal-Ġappun;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi minbarra l-pressjoni militari r-RPĊ ilha żmien twil twettaq strateġija sofistikata b’manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin (FIMI) immirati kontra t-Tajwan, inklużi attakki ibridi u ċibernetiċi bil-għan li timmina s-soċjetà demokratika tat-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi r-RPĊ, taħt it-tmexxija ta’ Xi Jinping, qalet li mhijiex se tirrinunzja għall-użu tal-forza biex tfittex l-unifikazzjoni mat-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-Liġi Kontra s-Seċessjoni tar-RPĊ tal-2005 tinkludi l-użu ta’ mezzi mhux paċifiċi, skattati minn limiti ambigwi, biex jinkiseb dak li r-RPĊ issejjaħ “unifikazzjoni” mat-Tajwan; billi tali azzjoni militari hija theddida serja għas-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun kollu, b’konsegwenzi globali potenzjalment gravi; billi d-deterrenza tal-UE u tal-Istati Uniti hija ta’ importanza strateġika biex tiskoraġġixxi lir-RPĊ milli tieħu kwalunkwe azzjoni unilaterali kontra t-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-imġiba dejjem aktar aggressiva tar-RPĊ, b’mod partikolari fil-viċinat tagħha stess, bħall-Istrett tat-Tajwan u l-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, tippreżenta riskju għas-sigurtà reġjonali u globali; billi mill-2019 ’l hawn, ir-RPĊ daħlet fiż-żona ta’ identifikazzjoni tad-difiża tal-ajru (ADIZ) tat-Tajwan b’aktar regolarità; billi r-RPĊ qed taġixxi b’mod aggressiv f’żoni vasti tar-reġjun Indo-Paċifiku u qed teżerċita gradi differenti ta’ koerċizzjoni militari jew ekonomika, li wasslu għal tilwim mal-pajjiżi ġirien bħall-Ġappun, l-Indja, il-Filippini u l-Awstralja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-UE kkundannat l-azzjonijiet perikolużi mwettqa mill-bastimenti tal-gwardja tal-kosta Ċiniżi kontra operazzjonijiet marittimi legali tal-Filippini fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar fil-31 ta’ Awwissu 2024; billi dan l-inċident huwa l-aħħar wieħed f’sensiela ta’ azzjonijiet li jipperikolaw is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar u li jiksru d-dritt għal-libertà tan-navigazzjoni u tat-titjir li jgħaddi minn fuq territorju f’konformità mad-dritt internazzjonali; billi s-sigurtà marittima u l-libertà tan-navigazzjoni jridu jiġu żgurati f’konformità mad-dritt internazzjonali u, b’mod partikolari, l-UNCLOS;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi r-RPĊ qed tappoġġja l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, b’mod partikolari permezz tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju lejn ir-Russja, u l-involviment kontinwu ta’ kumpaniji bbażati fir-RPĊ fl-evażjoni u fiċ-ċirkumvenzjoni tas-sanzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, ir-RPĊ għandha r-responsabbiltà li taħdem għall-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun u b’mod partikolari fl-Istrett tat-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi permezz tal-istrateġija tagħha tal-2021 għall-kooperazzjoni fir-reġjun Indo-Paċifiku, l-UE u l-Istati Membri tagħha żiedu l-preżenza tagħhom fir-reġjun, inkluż permezz ta’ preżenza militari ogħla ta’ ċerti Stati Membri u l-passaġġ kontinwu ta’ bastimenti militari mill-Istrett tat-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi t-Tajwan jinsab f’pożizzjoni strateġika f’termini ta’ kummerċ, b’mod partikolari fil-ktajjen tal-provvista ta’ teknoloġija avvanzata; billi l-Istrett tat-Tajwan huwa r-rotta primarja għall-vapuri li jivvjaġġaw miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Korea t’Isfel u mit-Tajwan lejn l-Ewropa; billi t-Tajwan jiddomina s-swieq tal-manifattura tas-semikondutturi, peress li l-produtturi tiegħu jimmanifatturaw madwar 50 % tal-produzzjoni dinjija tas-semikondutturi; billi l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku hija favur żieda fil-kooperazzjoni kummerċjali u ta’ investiment mat-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-UE hija r-raba’ l-akbar sieħeb kummerċjali tat-Tajwan wara r-RPĊ, l-Istati Uniti u l-Ġappun; billi fl-2022, it-Tajwan kien it-12 l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE; billi l-UE hija s-sors prinċipali ta’ investiment dirett barrani fit-Tajwan; billi l-investimenti Tajwaniżi fl-UE għadhom inferjuri għall-potenzjal tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-membri tas-Senat Awstraljan u tal-Kamra tar-Rappreżentanti Netherlandiża reċentement adottaw mozzjonijiet dwar id-distorsjoni tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU mir-RPĊ, u appellaw għal appoġġ għall-parteċipazzjoni akbar tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet multilaterali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni li t-Tajwan huwa sieħeb ewlieni tal-UE u pajjiż ħabib li jikkondividi l-istess prinċipji demokratiċi fir-reġjun Indo-Paċifiku; ifaħħar lit-Tajwan u lill-poplu Tajwaniż għad-demokrazija b’saħħitha u s-soċjetà ċivili vibranti tagħhom, murija għal darb’oħra bl-elezzjonijiet paċifiċi u organizzati tajjeb tat-13 ta’ Jannar 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jopponi d-distorsjoni kostanti tar-RPĊ tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU u l-isforzi tagħha biex timblokka l-parteċipazzjoni tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet multilaterali; jappella lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jappoġġjaw il-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħad-WHO, l-ICAO, l-Interpol u l-UNFCCC; jistieden ukoll lis-Segretarjat tan-NU jagħti lin-nazzjonali u lill-ġurnalisti Tajwaniżi d-dritt li jaċċessaw il-bini tan-NU għal żjarat, laqgħat u attivitajiet ta’ ġbir ta’ aħbarijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-eżerċizzji militari mhux iġġustifikataitar-RPĊ tal-14 ta’ Ottubru 2024, il-provokazzjonijiet militari kontinwi tagħha kontra t-Tajwan u t-tisħiħ tal-forzi militari kontinwu tagħha li qed ibiddel il-bilanċ tal-poter fir-reġjun Indo-Paċifiku, u jtenni r-rifjut sod tiegħu ta’ kwalunkwe bidla unilaterali fl-<STRING ITALIC="on">istatus quo</STRING> fl-Istrett tat-Tajwan; ifaħħar it-trażżin u r-reazzjoni dixxiplinata tal-awtoritajiet Tajwaniżi u jappella biex isiru skambji regolari bejn l-UE u l-kontropartijiet Tajwaniżi tagħha dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-<STRING ITALIC="on">istatus quo</STRING> fl-Istrett tat-Tajwan; jissottolinja li kwalunkwe tentattiv biex jinbidel unilateralment l-<STRING ITALIC="on">istatus quo</STRING> fl-Istrett tat-Tajwan, b’mod partikolari permezz tal-forza jew il-koerċizzjoni, ma jiġix aċċettat u jiġi indirizzat b’reazzjoni deċiżiva u soda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li r-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU ma tieħu l-ebda pożizzjoni dwar it-Tajwan; jirrifjuta bil-qawwa u jirrifjuta t-tentattivi tar-RPĊ li tgħawweġ l-istorja u r-regoli internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni l-impenn tal-UE għall-politika tagħha ta’ “Ċina Waħda” bħala l-pedament politiku tar-relazzjonijiet UE-Ċina; ifakkar li l-istrateġija tal-UE rigward iċ-Ċina tenfasizza li r-relazzjonijiet kostruttivi bejn iż-żewġ naħat tal-Istrett huma parti mill-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà fir-reġjun kollu tal-Asja-Paċifiku u li l-UE tappoġġja inizjattivi mmirati lejn id-djalogu u l-bini tal-fiduċja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja li fit-Tajwan, huwa f’idejn il-poplu li jiddeċiedi b’mod demokratiku kif jixtieq jgħix u li l-<STRING ITALIC="on">istatus quo</STRING> fl-Istrett tat-Tajwan ma għandux jinbidel b’mod unilaterali bl-użu jew bit-theddid tal-forza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni l-kundanna qawwija tiegħu tad-dikjarazzjonijiet tal-President Ċiniż Xi Jinping li r-RPĊ qatt mhi se tirrinunzja d-dritt li tuża l-forza fir-rigward tat-Tajwan; jissottolinja li l-użu tal-forza jew tat-theddid mir-RPĊ jew ta’ miżuri oħra koerċittivi ħafna biex tinkiseb l-unifikazzjoni huwa inkompatibbli mad-dritt internazzjonali; jesprimi tħassib serju dwar l-użu mir-RPĊ ta’ diżinformazzjoni ostili biex timmina l-fiduċja fid-demokrazija u l-governanza tat-Tajwan; itenni t-talbiet preċedenti tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha sabiex jikkooperaw mas-sħab internazzjonali biex jgħinu fis-sostenn tad-demokrazija fit-Tajwan, filwaqt li jżommuha ħielsa mill-interferenza u mit-theddid barranin; jissottolinja li l-gvern elett b’mod demokratiku tat-Tajwan biss jista’ jirrappreżenta lill-poplu Tajwaniż fix-xena internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jikkundanna l-azzjonijiet militari sistematiċi taż-żona griża tar-RPĊ, inklużi kampanji ċibernetiċi u ta’ diżinformazzjoni kontra t-Tajwan, u jħeġġeġ lir-RPĊ twaqqaf dawn l-attivitajiet immedjatament; jappella, f’dan ir-rigward, li jkun hemm approfondiment ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tajwan biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni strutturali dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-interferenza barranija; jilqa’ l-istazzjonar ta’ uffiċjal ta’ kollegament fl-Uffiċċju Ewropew tal-Ekonomija u l-Kummerċ fit-Tajwan sabiex jikkoordina l-isforzi konġunti biex jiġu indirizzati d-diżinformazzjoni u l-interferenza bħala l-ewwel pass importanti lejn kooperazzjoni aktar profonda bejn l-UE u t-Tajwan, u jappella lill-UE biex tkompli tapprofondixxi l-kooperazzjoni mat-Tajwan f’dan il-qasam ewlieni; ifaħħar il-kuraġġ tal-poplu Tajwaniż u r-reazzjonijiet proporzjonati u dinjitużi tal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet Tajwaniżi quddiem l-intensifikazzjoni tat-theddid u l-attivitajiet Ċiniżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jirrifjuta bil-qawwa l-koerċizzjoni ekonomika tar-RPĊ kontra t-Tajwan u pajjiżi oħra, kif ukoll kontra l-Istati Membri tal-UE, u jissottolinja li prattiki bħal dawn mhumiex biss illegali skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, iżda għandhom ukoll effett devastanti fuq ir-reputazzjoni tar-RPĊ madwar id-dinja u se jwasslu għal aktar telf ta’ fiduċja fir-RPĊ bħala attur responsabbli; jisħaq fuq id-dritt indipendenti tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jiżviluppaw relazzjonijiet mat-Tajwan f’konformità mal-interessi u l-valuri kondiviżi tagħhom tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, mingħajr interferenza barranija; jistieden lill-missjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri barra mill-pajjiż jindirizzaw u jipprovdu alternattivi għal prattiki kummerċjali malizzjużi tar-RPĊ, speċjalment fin-Nofsinhar Globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar l-adozzjoni tal-hekk imsejħa linji gwida għall-ikkastigar ta’ “separatisti fanatiċi dwar l-indipendenza tat-Tajwan” għat-twettiq tad-delitti tas-seċessjoni jew l-inċitament tas-seċessjoni mħabbra b’mod konġunt mill-Qorti Suprema tal-Poplu, il-Prokuratur Suprem tal-Poplu, il-ministeri għas-sigurtà pubblika u s-sigurtà tal-Istat u l-ministeru għall-ġustizzja f’Ġunju 2024, li jistgħu jwasslu għal pieni ħorox għad-delitt tas-seċessjoni, sa u inkluża l-piena tal-mewt; jikkundanna bil-qawwa s-sentenza ta’ disa’ snin ħabs mogħtija f’Settembru 2024 lil attivist Tajwaniż, wara l-arrest tiegħu fir-RPĊ fl-2022, kif ukoll il-fastidju kostanti ta’ persuni Tajwaniżi li jaħdmu u jgħixu fir-RPĊ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinsab imħasseb serjament dwar is-sitwazzjoni fl-Ibħra taċ-Ċina tal-Lvant u tan-Nofsinhar; ifakkar fl-importanza li jiġi rispettat id-dritt internazzjonali, inkluża l-UNCLOS u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-obbligu li t-tilwim jissolva b’mezzi paċifiċi, u dwar iż-żamma tal-libertà tan-navigazzjoni u tat-titjir li jgħaddi minn fuq territorju; jistieden lill-pajjiżi kollha li għadhom ma għamlux dan biex jirratifikaw malajr l-UNCLOS; jappella lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex iżidu l-kapaċitajiet marittimi tagħhom fir-reġjun; ifakkar lir-RPĊ fir-responsabbiltajiet tagħha, bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li tirrispetta d-dritt internazzjonali u jenfasizza l-obbligu li t-tilwim jissolva b’mod paċifiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jafferma mill-ġdid it-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda fl-investimenti u l-kapaċitajiet militari taċ-Ċina; jesprimi tħassib serju dwar l-impenn imġedded Ċiniż u Russu biex ikomplu jsaħħu r-rabtiet militari tagħhom u jikkundanna l-provvista Ċiniża ta’ komponenti u tagħmir lill-industrija militari ta’ Moska; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill li jimponi sanzjonijiet fuq il-kumpaniji Ċiniżi għall-appoġġ tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna; jiddeplora s-sħubija “bla limiti” bejn ir-Russja u r-RPĊ; jilqa’ ż-żieda fl-impenn u fil-preżenza militari tal-Istati Uniti fir-reġjun Indo-Paċifiku; itenni t-talbiet tiegħu għal approċċ koordinat biex tiġi approfondita l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà, inkluż permezz ta’ djalogu parlamentari trans-Atlantiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ bil-qawwa il-kooperazzjoni mill-qrib u l-allinjament tat-Tajwan mal-UE u mal-Istati Uniti fir-rispons għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-ħruġ ta’ sanzjonijiet b’rispons għal dan il-ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali; ifakkar fl-għajnuna tat-Tajwan fil-kriżi umanitarja kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u fl-involviment u l-appoġġ kontinwi tiegħu għall-gvern Ukren u għall-pajjiżi li jospitaw rifuġjati Ukreni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza li d-diversi azzjonijiet tar-RPĊ fil-qasam tal-gwerra konjittiva u ġuridika qed jimminaw bil-mod il-mod l-<STRING ITALIC="on">istatus quo</STRING>, kif ukoll jintensifikaw l-attivitajiet taż-żona griża li huma maħsuba biex jiċċirkumventaw id-detezzjoni, il-liġijiet eżistenti u l-limiti ta’ rispons; jappella lill-UE biex tistabbilixxi u tinforza l-linji ħomor tagħha permezz tas-sett ta’ għodod tagħha ta’ sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet settorjali, kontra l-attivitajiet ibridi u t-theddid ċibernetiku, u tikkoordina miżuri ta’ deterrenza diplomatiċi u ekonomiċi b’saħħithom mas-sħab tal-istess fehma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jesprimi l-gratitudni tiegħu għall-għajnuna u l-assistenza tat-Tajwan matul il-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tat-Tajwan fl-iżgurar tal-ktajjen tal-provvista globali, speċjalment fis-settur tat-teknoloġija avvanzata fejn it-Tajwan huwa l-produttur ewlieni tas-semikondutturi, u jappella lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni aktar mill-qrib mat-Tajwan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tniedi, mingħajr dewmien, miżuri preparatorji għal negozjati dwar ftehim bilaterali ta’ investiment, jew tipi oħra ta’ ftehimiet, mat-Tajwan; jenfasizza l-potenzjal għall-kooperazzjoni dwar il-politika ta’ skrinjar tal-investiment dirett barrani u dwar l-indirizzar tal-koerċizzjoni ekonomika u r-ritaljazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifaħħar iż-żieda fil-libertà tal-eżerċizzji tan-navigazzjoni mwettqa minn għadd ta’ pajjiżi tal-UE, inklużi Franza, in-Netherlands u l-Ġermanja; jinnota li dawn l-attivitajiet huma f’konformità mad-dritt internazzjonali u jappella għal aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni mas-sħab reġjonali sabiex tiżdied il-libertà tal-operazzjonijiet ta’ navigazzjoni fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ ż-żjarat minn politiċi Tajwaniżi preċedenti u attwali fl-Ewropa, inkluża ż-żjara reċenti tal-ex President Tsai Ing-wen fil-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Ottubru 2024; jilqa’, barra minn hekk, l-iskambji kontinwi tal-Membri tiegħu mat-Tajwan u jħeġġeġ aktar żjarat mid-delegazzjonijiet uffiċjali tal-Parlament Ewropew fit-Tajwan; iħeġġeġ, barra minn hekk, aktar skambji bejn l-UE u t-Tajwan fil-livelli kollha, inklużi laqgħat politiċi u laqgħat bejn il-persuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Iħeġġeġ, f’dan id-dawl, aktar interazzjonijiet u skambji ekonomiċi, xjentifiċi u kulturali, li jiffukaw, fost oqsma oħra, fuq iż-żgħażagħ, l-akkademja, is-soċjetà ċivili, l-isport, il-kultura u l-edukazzjoni, kif ukoll sħubijiet bejn il-bliet u r-reġjuni; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni teknika sinifikanti u strutturali mal-Aġenzija Nazzjonali tan-Nirien u mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Pulizija tat-Tajwan u mal-amministrazzjonijiet lokali fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u l-ġestjoni tad-diżastri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà kif ukoll lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tat-Tajwan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>