<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0031</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-Regolament dwar id-deforestazzjoni: dispożizzjonijiet relatati mad-data tal-applikazzjoni </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(C10-0119/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Novembru 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1115 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mad-data tal-applikazzjoni (COM(2024)0452 – C10-0119/2024 – 2024/0249(COD))</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli, skont l-Artikolu 60(4), ir-raba’ subparagrafu.</FIELD></FOOTNOTE></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION/></ACTLST></DISPOSITIF><AMDLST><HD><HEAD.OLD><STRING ITALIC="on">Test fis-seħħ</STRING></HEAD.OLD><HEAD.NEW><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></HEAD.NEW></HD><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		3</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 68</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(-1)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-premessa 68 hija sostitwita b’dan li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P><NO.P>(68)</NO.P>Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta r-riskju ta’ deforestazzjoni u ta’ degradazzjoni tal-foresti fil-livell ta’ pajjiż jew ta’ partijiet minnu abbażi ta’ firxa ta’ kriterji li jirriflettu data kwantitattiva, oġġettiva u rikonoxxuta internazzjonalment, u indikazzjonijiet li l-pajjiżi huma involuti attivament fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti. Jenħtieġ li tali informazzjoni dwar il-valutazzjoni komparattiva tagħmilha aktar faċli għall-operaturi fl-Unjoni li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta u għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità, filwaqt li tipprovdi wkoll inċentiv għall-pajjiżi produtturi sabiex iżidu s-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ produzzjoni agrikola tagħhom u jnaqqsu l-impatt tad-deforestazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li dan jgħin sabiex il-ktajjen tal-provvista jsiru aktar trasparenti u sostenibbli. Jenħtieġ li s-sistema ta’ valutazzjoni komparattiva tkun ibbażata fuq sistema <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">bi tliet</STRING></STRING> livelli għall-klassifikazzjoni ta’ pajjiżi bħala ta’ riskju baxx, standard jew <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għoli</STRING></STRING>. Sabiex jiġu żgurati trasparenza u ċarezza xierqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni b’mod partikolari tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-data li tkun qiegħda tintuża għall-valutazzjoni komparattiva, ir-raġunijiet għall-bidla proposta fil-klassifikazzjoni u t-tweġiba tal-pajjiż ikkonċernat. Għall-prodotti rilevanti minn pajjiżi b’riskju baxx jew partijiet minnhom, jenħtieġ li l-operaturi jitħallew jeżerċitaw id-diliġenza dovuta simplifikata. Għall-prodotti rilevanti minn pajjiżi b’riskju għoli jew partijiet minnhom, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu meħtieġa japplikaw skrutinju msaħħaħ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli.</P></OLD><NEW><P>“(68) 	Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta r-riskju ta’ deforestazzjoni u ta’ degradazzjoni tal-foresti fil-livell ta’ pajjiż jew ta’ partijiet minnu abbażi ta’ firxa ta’ kriterji li jirriflettu data kwantitattiva, oġġettiva u rikonoxxuta internazzjonalment, u indikazzjonijiet li l-pajjiżi huma involuti attivament fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti. Jenħtieġ li tali informazzjoni dwar il-valutazzjoni komparattiva tagħmilha aktar faċli għall-operaturi fl-Unjoni li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta u għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità, filwaqt li tipprovdi wkoll inċentiv għall-pajjiżi produtturi sabiex iżidu s-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ produzzjoni agrikola tagħhom u jnaqqsu l-impatt tad-deforestazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li dan jgħin sabiex il-ktajjen tal-provvista jsiru aktar trasparenti u sostenibbli. Jenħtieġ li s-sistema ta’ valutazzjoni komparattiva tkun ibbażata fuq sistema <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">b’erba’</STRING></STRING> livelli għall-klassifikazzjoni ta’ pajjiżi bħala ta’ riskju baxx, standard<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, għoli</STRING></STRING> jew <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mingħajr riskju</STRING></STRING>. Sabiex jiġu żgurati trasparenza u ċarezza xierqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni b’mod partikolari tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-data li tkun qiegħda tintuża għall-valutazzjoni komparattiva, ir-raġunijiet għall-bidla proposta fil-klassifikazzjoni u t-tweġiba tal-pajjiż ikkonċernat. Għall-prodotti rilevanti minn pajjiżi b’riskju baxx jew partijiet minnhom, jenħtieġ li l-operaturi jitħallew jeżerċitaw id-diliġenza dovuta simplifikata. Għall-prodotti rilevanti minn pajjiżi b’riskju għoli jew partijiet minnhom, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu meħtieġa japplikaw skrutinju msaħħaħ. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prodotti rilevanti minn pajjiżi mingħajr riskju jew partijiet minnhom jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal dawk il-kundizzjonijiet. </STRING></STRING>Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli.”</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		4</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt-1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 86</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(-1a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-premessa 86 hija sostitwita b’dan li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P><NO.P>(86)</NO.P>Jenħtieġ li l-operaturi, in-negozjanti u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw perjodu ta’ żmien raġonevoli bil-għan li jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament,</P></OLD><NEW><P>‘(86) 	Jenħtieġ li l-operaturi, in-negozjanti u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw perjodu ta’ żmien raġonevoli bil-għan li jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">.</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fil-perjodu qabel id-data tal-applikazzjoni, u sabiex jiġi evitat kull dewmien, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lill-ottimizzazzjoni tal-pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni timpenja ruħha wkoll li tippubblika l-klassifikazzjoni tar-riskji sabiex il-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu jistgħu iħejju għall-kamp ta’ applikazzjoni obbligatorju definit ta’ dan ir-Regolament. Kemm il-pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni kif ukoll il-klassifikazzjoni tar-riskji jenħtieġ li jkunu disponibbli u jiffunzjonaw bis-sħiħ mill-anqas sitt xhur qabel id-data tal-applikazzjoni. Jekk ikun hemm dewmien ulterjuri, id-data tal-applikazzjoni jenħtieġ li tiġi posposta kif xieraq.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		5</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 b (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 – parti introduttorja</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(-1b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-Artikolu 3, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P>Il-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti ma għandhomx jiġu introdotti jew jitqiegħdu fis-suq jew esportati, sakemm ma jiġux issodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:</P></OLD><NEW><P>‘<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">1.</STRING></STRING> 	Il-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">minn pajjiżi , jew partijiet minnhom, li jippreżentaw riskju baxx, standard jew għoli, skont l-Artikolu 29</STRING></STRING> ma għandhomx jiġu introdotti jew jitqiegħdu fis-suq jew esportati, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		6</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 c (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 - paragrafu 1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(-1c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“1a. 	Il-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti minn pajjiżi, jew partijiet minnhom, li ma jippreżentaw l-ebda riskju skont l-Artikolu 29 ma għandhomx jiġu introdotti jew jitqiegħdu fis-suq jew esportati, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ikunu ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni; u</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1a).”</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		7</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 d (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4 - paragrafu 10a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(-1d)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“10a. 	B’deroga mill-paragrafi 1 sa 10 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti prodotti f’pajjiżi, jew f’partijiet minnhom, li ma jippreżentaw l-ebda riskju skont l-Artikolu 29 għandhom jiġu obbligati jissodisfaw biss ir-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1a). Għall-prodotti rilevanti jew partijiet tal-prodotti rilevanti li ġew prodotti f’pajjiżi, jew f’partijiet minnhom, li ma jippreżentaw l-ebda riskju skont l-Artikolu 29, l-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		9</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1e (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(-1e)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“1a. 	L-operaturi li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti prodotti f’pajjiżi, jew f’partijiet minnhom, li ma jippreżentaw l-ebda riskju skont l-Artikolu 29 għandhom jissodisfaw biss ir-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni billi jagħmlu disponibbli d-dokumenti li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-isem kummerċjali u t-tip ta’ prodotti rilevanti;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-kwantità tal-prodotti rilevanti;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-pajjiż tal-produzzjoni u, fejn rilevanti, partijiet minnu;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(d)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-isem, l-indirizz postali u l-indirizz elettroniku ta’ kwalunkwe negozju jew persuna li mingħandhom ikunu ġew fornuti l-prodotti rilevanti;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(e)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-isem, l-indirizz postali u l-indirizz elettroniku ta’ kwalunkwe negozju, operatur jew negozjant li lilu jkunu ġew fornuti l-prodotti rilevanti;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(f)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">informazzjoni adegwatament konklużiva u verifikabbli li l-prodotti rilevanti huma mingħajr degradazzjoni tal-foresti;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(g)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">informazzjoni adegwatament konklużiva u verifikabbli li l-komoditajiet rilevanti jkunu ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni.”</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		10</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1f (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 16 – paragrafu 10a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(-1f)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-Artikolu 16, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on">“</STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">10a.	Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkopru mill-anqas 0.1 % tal-operaturi li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti prodotti f’pajjiż jew f’partijiet minnu kklassifikati bħala mingħajr riskju skont l-Artikolu 29.”</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		11</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 g (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 29 – paragrafu 1</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(-1g)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P><NO.P>1.</NO.P>Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">bi tliet</STRING></STRING> livelli għall-valutazzjoni tal-pajjiżi jew ta’ partijiet minnhom. Għal dak il-għan, l-Istati Membri u Stati terzi, jew partijiet minnhom, għandhom jiġu kklassifikati f’waħda mill-kategoriji ta’ riskju li ġejjin:</P></OLD><NEW><P>“1.	Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">b’erba’</STRING></STRING> livelli għall-valutazzjoni tal-pajjiżi jew ta’ partijiet minnhom. Għal dak il-għan, l-Istati Membri u Stati terzi, jew partijiet minnhom, għandhom jiġu kklassifikati f’waħda mill-kategoriji ta’ riskju li ġejjin:</P></NEW><OLD><P><NO.P>(a)</NO.P>“riskju għoli” tirreferi għal pajjiżi, jew partijiet minnhom, li għalihom il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tirriżulta fl-identifikazzjoni ta’ riskju għoli li f’tali pajjiżi, jew f’partijiet minnhom, jiġu prodotti komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a);</P></OLD><NEW><P><NO.P>(a)</NO.P>“riskju għoli” tirreferi għal pajjiżi, jew partijiet minnhom, li għalihom il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tirriżulta fl-identifikazzjoni ta’ riskju għoli li f’tali pajjiżi, jew f’partijiet minnhom, jiġu prodotti komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a);</P></NEW><OLD><P><NO.P>(b)</NO.P>“riskju baxx”, tirreferi għal pajjiżi jew partijiet minnhom, li għalihom il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tikkonkludi li hemm assikurazzjoni suffiċjenti li l-istanzi għall-produzzjoni f’tali pajjiżi jew f’partijiet minnhom, ta’ komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a), huma eċċezzjonali;</P></OLD><NEW><P><NO.P>(b)</NO.P>“riskju baxx”, tirreferi għal pajjiżi jew partijiet minnhom, li għalihom il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tikkonkludi li hemm assikurazzjoni suffiċjenti li l-istanzi għall-produzzjoni f’tali pajjiżi jew f’partijiet minnhom, ta’ komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a), huma eċċezzjonali;</P></NEW><OLD><P><NO.P>(c)</NO.P>“riskju standard” tirreferi għal pajjiżi, jew partijiet minnhom li la jaqgħu fil-kategorija “riskju għoli” u lanqas fil-kategorija <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“riskju baxx”.</STRING></STRING></P></OLD><NEW><P><NO.P>(c)</NO.P>“riskju standard” tirreferi għal pajjiżi, jew partijiet minnhom, li la jaqgħu fil-kategorija “riskju għoli”<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, la fil-kategorija “riskju baxx”</STRING></STRING> u lanqas fil-kategorija <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“mingħajr riskju”;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(ca)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“mingħajr riskju” tirreferi għal pajjiżi, jew partijiet minnhom, li jissodisfaw il-kriterji ta’ valutazzjoni li ġejjin: </STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(i)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-iżvilupp fiż-żona tal-foresti baqa’ stabbli jew żdied meta mqabbel mal-1990;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(ii)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-Ftehim ta’ Pariġi u konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar il-prevenzjoni tad-deforestazzjoni ġew iffirmati minn dawk il-pajjiżi u partijiet minnhom;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(iii)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ir-regolamenti dwar il-prevenzjoni tad-deforestazzjoni u l-konservazzjoni tal-foresti fil-livell nazzjonali huma implimentati u infurzati strettament bi trasparenza sħiħa u mmonitorjati.”</STRING></STRING></P></NEW></AMEND></AMDLST></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>