<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0036</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu: l-elenkar tar-Russja bħala pajjiż terz b’riskju għoli fl-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0161, 0162, 0163, 0164 u 0166/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2024 dwar l-azzjonijiet tal-UE kontra l-flotot mistura Russi u l-iżgurar ta’ infurzar sħiħ tas-sanzjonijiet kontra r-Russja (2024/2885(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u l-Ukrajna, b’mod partikolari minn mindu l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna eskalat fi Frar 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-14-il pakkett konsekuttiv ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja li ġew adottati mill-UE minn Frar 2022 ’il quddiem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (MARPOL), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt u konvenzjonijiet rilevanti oħra tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea tal-OMI A.1192(33) tas-6 ta’ Diċembru 2023 bit-titolu “Urging Member States and all relevant stakeholders to promote actions to prevent illegal operations in the maritime sector by the “dark fleet” or “shadow fleet (Inħeġġu lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jippromwovu azzjonijiet biex jipprevjenu operazzjonijiet illegali fis-settur marittimu mill-“flotta skura” jew mill-“flotta mistura”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G7 tas-6 ta' Diċembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-Russja ilha mill-24 ta’ Frar 2022 fi gwerra ta’ aggressjoni fuq skala kbira, illegali, mhux provokata u inġustifikata kontra l-Ukrajna, u b’hekk kompliet dak li bdiet fl-2014 meta annettiet il-Krimea u, imbagħad, okkupat partijiet tar-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk; billi mill-bidu nett, l-UE kkundannat bil-qawwa l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appellat lir-Russja biex ittemm dawn l-aggressjonijiet u tirrispetta l-integrità territorjali tal-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-Russja hija wieħed mill-produtturi ewlenin taż-żejt fid-dinja; billi r-Russja tiddependi ħafna mill-bejgħ taż-żejt f’termini ta’ qligħ mill-esportazzjoni u dħul mill-baġit, li jagħmel iż-żejt sors ewlieni ta’ finanzjament għall-gwerra tagħha fl-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UE u l-membri l-oħra tal-Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet tal-G7+, stabbilew limitu massimu fuq iż-żejt grezz u l-prodotti petroliferi ta’ oriġini Russa bil-għan li jżommu l-provvisti globali, filwaqt li jillimitaw il-flussi ta’ dħul użati mir-Russja biex tiffinanzja l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna; billi, b’reazzjoni għal dan, ir-Russja nefqet madwar EUR 9 biljun fuq il-bini tal-“flotta mistura” tagħha; billi t-tankers taż-żejt mimlija biż-żejt Russu jbaħħru mill-ilmijiet Ewropej kuljum bħala parti mill-isforzi tar-Russja biex tevadi s-sanzjonijiet tal-UE u tal-G7;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi mill-bidu tal-invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna mir-Russja fl-24 ta’ Frar 2022, l-UE imponiet miżuri restrittivi u sanzjonijiet massivi u bla preċedent kontra r-Russja, bil-għan li timmina l-kapaċità ekonomika, finanzjarja u militari tar-Russja biex issostni l-isforz tal-gwerra tagħha; billi s-sitt pakkett ta’ sanzjonijiet tal-Kunsill, fost affarijiet oħra, jipprojbixxi x-xiri, l-importazzjoni u t-trasferiment ta’ żejt grezz ittrasportat bil-baħar u ċerti prodotti petroliferi mir-Russja lejn l-UE; billi l-11 u t-12-il pakkett ta’ sanzjonijiet tal-Kunsill jindirizzaw ir-riskji ta’ ċirkomvenzjoni maħluqa mill- “flotta mistura”; billi fl-14-il pakkett tiegħu ta’ sanzjonijiet fuq iż-żejt Russu, il-Kunsill introduċa miżura ġdida mmirata lejn bastimenti speċifiċi li jikkontribwixxu għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-aċċess għall-portijiet u projbizzjoni fuq il-forniment ta’ servizzi; billi s’issa, l-UE poġġiet 27 bastiment f’din il-lista, inklużi tankers li jittrasportaw żejt Russu u li huma involuti fi prattiki ta’ tbaħħir perikolużi u illegali; billi f’Ottubru 2024, il-Gvern tar-Renju Unit impona sanzjonijiet kontra 18-il tanker taż-żejt Russu u 4 tankers tal-gass naturali likwifikat (LNG); billi sal-lum, l-att tad-deżinjazzjoni ta’ bastimenti ta’ “flotta mistura” kellu l-akbar impatt fuq l-operazzjonijiet ta’ “flotta mistura”;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-“flotot mistura” diġà ntużaw minn pajjiżi ostili bħall-Iran, il-Venezwela u l-Korea ta’ Fuq; billi, madankollu, il-kobor u s-sofistikazzjoni tal-operazzonijiet tar-Russja jagħmluha każ apparti peress li l-“flotta mistura” tar-Russja hija stmata li topera madwar 160-200 tanker fix-xahar għat-trasport taż-żejt, u bi flotta ta’ total stmat ta’ 600 bastiment li jiżvolġu rwol fundamentali biex isostnu l-esportazzjonijiet taż-żejt grezz Russu;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-“flotta mistura” użata mir-Russja bħala ċirkonvenzjoni naqqset b’mod sinifikanti l-ingranaġġ tar-reġim ta’ sanzjonijiet u ppermettiet lir-Russja tkompli tuża dan id-dħul biex tiffinanzja l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u jissottolinja l-ħtieġa li l-koordinazzjoni internazzjonali tas-sanzjonijiet tissaħħaħ u titwessa’;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi huwa stmat li l-“flotta mistura” tammonta għal mill-inqas 600 tanker madwar id-dinja; billi dawn huma tankers aktar qodma, li spiss ibaħħru mingħajr assigurazzjoni standard tal-industrija u frekwentement ibiddlu l-ismijiet u r-reġistrazzjonijiet tal-bandiera, b’tali mod li jippermetti lir-Russja tbigħ porzjon sinifikanti taż-żejt tagħha bi prezz ogħla mil-limitu massimu u b’hekk dan jimmina l-kapaċità tal-gvernijiet li jżommu lis-sidien tat-tankers responsabbli għat-tindif fl-eventwalità ta’ tixrid taż-żejt; billi dawn il-bastimenti ġeneralment mhumiex tajbin għas-servizz u jikkontribwixxu għar-riskju dejjem jikber ta’ kolliżjonijiet marittimi fuq rotot kummerċjali internazzjonali, u b’hekk joħolqu periklu ambjentali serju minħabba r-riskju għoli ta’ tixrid taż-żejt li jagħmel ħsara lill-ekosistemi tal-baħar u liż-żoni kostali, inkluż f’żoni tal-baħar protetti b’organiżmi selvaġġi partikolarment sensittivi, fejn it-tixrid taż-żejt ikollu konsegwenzi diżastrużi; billi l-esperjenza bit-tixrid taż-żejt fil-passat ikkawżat mit-tankers turi li l-ħsara lill-ekosistemi kostali u ta’ taħt l-ilma, kif ukoll lill-annimali li jgħixu fil-wiċċ u lill-għasafar tal-baħar, tista’ ddum għexieren ta’ snin; billi l-espansjoni tal-flotta tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) b’bastimenti addizzjonali ta’ rispons għat-tixrid taż-żejt tallinja ruħha mal-impenn tal-UE għall-protezzjoni ambjentali, ir-reżiljenza fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-objettivi tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ rispons rapidu u ta’ tħejjija għad-diżastri;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-“tankers mistura” Russi jwettqu regolarment trasferimenti minn vapur għal vapur ta’ żejt grezz u prodotti taż-żejt Russi f’ilmijiet territorjali, inkluż fil-Baħar Mediterran; billi f’dawn l-operazzjonijiet, huma jittrasferixxu u jħalltu ż-żejt Russu bejn il-bastimenti mingħajr ma jitrakkaw f’ebda port sabiex jaħbu l-oriġini taż-żejt; billi l-prossimità kostali ta’ dawn l-operazzjonijiet toħloq riskju għoli ta’ ħsara ambjentali; billi t-transponders tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) tagħhom ibbażati fuq is-satellita spiss jintfew sabiex jiġu evitati l-monitoraġġ u l-ispezzjonijiet uffiċjali; billi l-pajjiżi kostali tal-Ewropa jkunu affettwati b’mod partikolari; billi, jekk iseħħu inċidenti, it-tixrid taż-żejt minn bastimenti tal-“flotta mistura” jista’ jirriżulta fi spejjeż ta’ tindif li jammontaw għal biljuni ta’ euro għall-pajjiżi kostali u l-kontribwenti tagħhom, peress li s-sidien ta’ dawn il-bastimenti fil-biċċa l-kbira mhumiex traċċabbli; billi t-tixrid taż-żejt jista’ jġarrab ukoll telf ekonomiku sinifikanti, inkluż mit-tnaqqis fit-turiżmu u fl-attivitajiet tas-sajd; billi tali tixrid joħloq theddid sinifikanti għall-kwalità tal-ilma u għall-organiżmi selvaġġi lokali, jagħmel ħsara lill-ekosistemi tal-baħar, jikkontamina prodotti tal-konsumatur bħall-frott tal-baħar bil-qoxra u b’hekk joħloq theddida għas-saħħa tal-bniedem u jfixkel ir-riproduzzjoni tal-ħut;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-iskariku intenzjonali minn abbord il-bastiment ta’ residwi ta’ żejt skartat huwa illegali skont l-MARPOL, trattat internazzjonali li jimmira li jrażżan it-tniġġis mit-tbaħħir; billi r-Russja hija firmatarja tal-MARPOL; billi jeżistu provi ta’ ksur tal-MARPOL; billi s-sanzjonijiet imposti fuq bastimenti individwali wrew li huma effettivi, peress li l-kapaċità tal-bastimenti li diġà qegħdin f’lista sewda biex jagħmlu kummerċ taż-żejt naqset wara li ġew sanzjonati;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi d-Direttiva 2009/20/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta’ vapuri għal pretensjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 128).</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta’ vapuri għal pretensjonijiet marittimi ilha fis-seħħ mill-2009, u tiżgura li l-vapuri kollha li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE jkollhom assigurazzjoni u jġorru magħhom iċ-ċertifikati tal-assigurazzjoni; billi wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2009/20/KE kien l-eliminazzjoni tal-vapuri substandard; billi l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Intervent fl-Ibħra Internazzjonali f’Każ ta’ Inċidenti li jikkawżaw jew li jistgħu jikkawżaw Tniġġis taż-Żejt tippermetti lill-pajjiżi jipprevjenu, jimmitigaw jew jeliminaw il-periklu gravi u imminenti għal xtuthom jew għall-interessi relatati ġġenerat mit-tniġġis jew mit-theddid ta’ tniġġis tal-baħar minħabba ż-żejt, b’segwitu għal inċident marittimu jew atti relatati ma’ tali inċident;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi rapporti reċenti mill-Flotta Navali Żvediża enfasizzaw ir-riskji għas-sigurtà marbuta mal-attivitajiet tal-“flotta mistura” u l-użu possibbli tagħha f’operazzjonijiet ibridi kontra pajjiżi Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi minkejja l-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti taż-żejt raffinati fir-Russja, ma hemm l-ebda projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet minn raffineriji ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jipproċessaw iż-żejt grezz Russu; billi l-“flotta mistura” tforni żejt grezz Russu lir-raffineriji ta’ pajjiżi mhux tal-UE; billi l-pajjiżi tal-UE u tal-G7 qed ikomplu jimportaw prodotti taż-żejt derivati miż-żejt Russu, pereżempju minn raffineriji fit-Turkija;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi t-traffiku ta’ tali bastimenti żdied b’mod drammatiku matul l-2024, u l-għadd ta’ vjaġġi li saru minn “bastimenti mistura” Russi żdied b’aktar mid-doppju; billi porzjon sinifikanti taż-żejt Russu jiġi ttrasportat permezz ta’ rotot ta’ tbaħħir internazzjonali frekwentati ħafna; billi r-Russja tesporta l-maġġoranza l-kbira taż-żejt tagħha minn portijiet fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar l-Iswed;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi dawk li jittrasportaw iż-żejt u jimmaniġġjaw il-“flotta mistura” ma jaġixxux b’mod iżolat; billi l-attivitajiet tagħhom huma interkonnessi mat-tranżazzjonijiet finanzjarji li jappoġġjawhom; billi dawn it-tranżazzjonijiet jistgħu jinvolvu entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji; billi l-konformità mar-reġim ta’ sanzjonijiet għandha tiġi analizzata minn perspettiva olistika biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi operaturi tal-bastimenti kienu lesti jiksru s-sanzjonijiet billi jirreġistraw il-bastimenti tagħhom f’pajjiżi li mhumiex parti mill-ftehim dwar il-limitu massimu tal-prezzijiet; billi r-Russja tuża intermedjarji, organizzazzjonijiet jew individwi ta’ pajjiżi mhux tal-UE biex takkwista xi tankers tal-“flotta mistura”; billi wħud mis-sidien u mill-maniġers tat-tankers tal-“flotta mistura” u tat-tankers tal-gass huma wkoll irreġistrati fl-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-“flotta mistura” tar-Russja tistrieħ bil-kbir fuq il-kompliċità u l-kollaborazzjoni ta’ diversi pajjiżi biex jiġu evitati s-sanzjonijiet, speċjalment iċ-Ċina, l-Indja, it-Turkija;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu, bl-aktar mod qawwi, għall-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata, illegali u inġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna; jistieden lir-Russja ttemm immedjatament l-attivitajiet militari kollha fl-Ukrajna u tirtira kompletament u mingħajr kundizzjonijiet il-forzi kollha, il-forzi bi prokura kollha u t-tagħmir militari kollu mit-territorju kollu tal-Ukrajna rikonoxxut fuq livell internazzjonali, ittemm id-deportazzjonijiet furzati tagħha tal-popolazzjoni ċivili Ukrena u teħles lill-Ukreni kollha detenuti u deportati, b’mod partikolari t-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni l-appoġġ inekwivoku tiegħu għar-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE, li għandu l-għan li jimmina l-kapaċità tar-reġim Russu li jkompli bil-gwerra ta’ aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna; jissottolinja li l-objettiv tas-sanzjonijiet tal-UE b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna huwa li jdgħajfu b’mod strateġiku l-bażi ekonomika u industrijali Russa, b’mod partikolari l-kumpless militari u industrijali, sabiex jimminaw il-kapaċità tal-Federazzjoni Russa li tkompli l-gwerra, tattakka l-popolazzjoni ċivili u tikser l-integrità territorjali tal-Ukrajna, kif ukoll li jxekklu l-aċċess tar-Russja għat-teknoloġiji u għall-komponenti militari; jinnota li r-Russja qed tevita b’mod attiv is-sanzjonijiet tal-UE u qed tfittex modi ġodda biex tagħmel dan, fost l-oħrajn, billi topera “flotta mistura” ta’ tankers taż-żejt u għalhekk xorta tista’ tintensifika l-isforzi tal-gwerra tagħha kontra l-Ukrajna fuq terminu qasir, speċjalment matul l-istaġun tax-xitwa li ġej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis il-“flotta mistura” element vitali fundamentali mil-lat finanzjarju għar-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni illegali u inġustifikata tagħha kontra l-Ukrajna u strument ewlieni maħluq biex tevita r-reġim tas-sanzjonijiet tal-UE; jiddenunzja r-riskju li dawn il-bastimenti Russi mhux sikuri u mhux assigurati joħolqu għas-sigurtà marittima u għall-Istati Membri kostali u l-ekosistemi tal-baħar Ewropej tagħna; jikkundanna lir-Russja talli deliberatament ħolqot riskji enormi għall-gwadann finanzjarju tagħha stess, mingħajr ebda kunsiderazzjoni għas-sikurezza internazzjonali jew għall-potenzjal ta’ ħsara ambjentali irriversibbli; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex irażżnu l-evażjoni u ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet mir-Russja, u jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw is-sikurezza marittima u jipprevjenu perikli ambjentali fl-ilmijiet Ewropej, b’mod partikolari fil-Baħar Baltiku; iqis li t-trasferimenti minn vapur għal vapur fl-ibħra internazzjonali huma attivitajiet b’riskju għoli li jimminaw is-sikurezza marittima internazzjonali u l-ħarsien tal-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob sanzjonijiet aktar immirati fuq il-“flotta mistura” fil-pakketti ta’ sanzjonijiet li jmiss kontra r-Russja, bħad-deżinjazzjoni tal-bastimenti individwali kollha tal-“flotta mistura”, kif ukoll tas-sidien, l-operaturi, il-maniġers, il-kontijiet, il-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni tagħhom, eċċ.; jitlob projbizzjoni immedjata fuq l-użu ta’ bastimenti tal-Punent fit-trasport taż-żejt Russu; jitlob, b’mod aktar ġenerali, li l-pakketti ta’ sanzjonijiet tal-UE li jmiss jinkludu s-sanzjonar sistematiku ta’ bastimenti li jbaħħru fl-ilmijiet tal-UE mingħajr assigurazzjoni magħrufa, sabiex jiġu protetti l-ilmijiet tal-UE u jiġu evitati l-piżijiet finanzjarji li jġib miegħu t-tindif tat-tixrid taż-żejt; iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Mibgħut tas-Sanzjonijiet tal-UE jagħmlu kuntatt mal-gvernijiet tal-pajjiżi fejn huma rreġistrati l-kumpaniji li jimmaniġġjaw it-“tankers mistura” u tal-pajjiżi li l-preżenza tal-bandiera tagħhom żdiedet b’mod sostanzjali fl-ilmijiet tal-UE minn meta ġie impost il-limitu massimu tal-prezz taż-żejt; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha javviċinaw lil dawn l-istati tal-bandiera biex jinfurmawhom dwar il-bażi tal-elenkar u l-konsegwenzi ta’ elenkar potenzjali, jenfasizzaw ir-riskji u l-impatt ambjentali negattiv tal-prattiki tat-tbaħħir irregolari u ta’ riskju għoli u jfakkruhom fir-responsabbiltajiet tal-istati tal-bandiera; iħeġġeġ lill-istati tal-bandiera jneħħu l-bastimenti sanzjonati mir-reġistri tal-vapuri tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li meta l-Istati tal-Bandiera jgħinu lill-“flotta mistura” Russa konsegwentement ikunu qed jgħinu wkoll l-isforz tal-gwerra tar-Russja; jenfasizza li jekk l-isforzi diplomatiċi klassiċi jfallu, l-UE għandha tivvaluta mill-ġdid u serjament il-kooperazzjoni bilaterali tagħha ma’ pajjiżi mhux tal-UE li qed jgħinu lir-Russja tevita s-sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna l-involviment tas-sidien tal-vapuri Ewropej fil-ħolqien tal-“flotta mistura” tar-Russja; jikkundanna l-imġiba tal-istati, tal-fornituri ta’ servizzi legali u ta’ entitajiet u individwi oħra li jgħinu lir-Russja taħrab jew timmitiga l-effetti tas-sanzjonijiet tal-UE; ifakkar li l-ksur tas-sanzjonijiet huwa reat fil-livell tal-UE, u għandu impatt serju fuq l-interessi finanzjarji tal-UE; jitlob it-twessigħ u l-infurzar tar-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ tal-bastimenti u l-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ tankers lil pajjiżi li jiffaċilitaw il-kummerċ mar-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jitlob miżuri msaħħa fl-UE kollha biex jiġu żgurati infurzar aktar strett u l-espansjoni tas-sanzjonijiet, inkluża l-ispezzjoni immedjata tal-bastimenti li joperaw fl-ilmijiet tal-UE sabiex tiġi vverifikata l-kopertura tal-assigurazzjoni tagħhom u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-OMI; jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw u jsaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni rapida u l-infurzar strett tas-sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni, fl-ambitu tal-qafas ta’ kooperazzjoni tal-UE mal-OMI, biex tipprevjeni u tillimita l-attivitajiet tal-“flotta mistura”; jitlob l-implimentazzjoni rigoruża tar-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-OMI, adottata f’Diċembru 2023, dwar il-ġlieda kontra l-operazzjonijiet marittimi illegali, b’mod partikolari l-obbligu tal-bastimenti li jirrapportaw it-trasferimenti minn vapur għal vapur kollha lill-istati tal-bandiera tagħhom, u spezzjonijiet imsaħħa, fil-portijiet, tal-vapuri li jqajmu suspett; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrestrinġu l-bastimenti tal-“flotta mistura” Russa milli jaċċessaw l-ilmijiet tal-UE; jenfasizza li jrid jintuża l-potenzjal sħiħ tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġjati fl-identifikazzjoni tal-vapuri li għalihom japplikaw is-sanzjonijiet u fil-monitoraġġ tal-moviment tal-vapuri li jqajmu suspett; jistieden, b’mod partikolari, lill-UE tistabbilixxi lista komprensiva ta’ bastimenti li jappartjenu għall-“flotta mistura” Russa, twettaq spezzjonijiet immirati, inkluż fuq il-baħar, u timponi sanzjonijiet li jirriżultaw ukoll fl-imblukkar permanenti jew temporanju tal-bastimenti għal raġunijiet amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jissorveljaw mill-qrib l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/20/KE dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta’ vapuri għal pretensjonijiet marittimi, sabiex jiġi evitat li bastimenti mhux assigurati jbaħħru fl-ilmijiet tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ mekkaniżmi ta’ infurzar imsaħħa, b’tali mod li l-Istati Membri tal-UE jkunu jistgħu jipprevjenu bastimenti mhux assigurati jew mhux konformi milli jitrakkaw fil-portijiet tal-UE jew jużaw l-ilmijiet tal-UE għar-riforniment tal-fjuwil jew servizzi oħra, u jżidu l-monitoraġġ ta’ tali bastimenti; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jiżguraw li ma jitqegħdux fis-suq bastimenti mhux konformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib mar-Renju Unit dwar miżuri biex jirrestrinġu l-użu tal-Kanal Ingliż mill-bastimenti tal-“flotta mistura” Russa; jistieden lill-pajjiżi bi stretti internazzjonali jirrikjedu li l-vapuri juru prova ta’ protezzjoni u assigurazzjoni ta’ indennizz kif ukoll l-aderenza tagħhom mal-istandards minimi ta’ sikurezza; jistieden lill-Istati Membri kollha jeħtieġu d-divulgazzjoni tal-kopertura ta’ assigurazzjoni għat-tixrid ta’ żejt mill-bastimenti kollha li jgħaddu mill-ilmijiet tagħhom, bil-għan li tiġi żgurata t-trasparenza rigward l-arranġamenti tal-assigurazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza, speċjalment il-monitoraġġ bid-droni u bis-satelliti, inkluż permezz tal-użu ta’ immaġnijiet satellitari Sentinel, sabiex jidentifikaw il-bastimenti tal-“flotta mistura” fl-ilmijiet tal-UE u jimmonitorjaw l-attivitajiet, bħat-trasferimenti minn vapur għal vapur bi ksur tad-direttivi tal-UE u tal-MARPOL, u jinvestigaw minnufih meta jinqalgħu riskji għaż-żoni kostali u għall-ekosistemi tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob il-projbizzjoni tat-trasferimenti minn vapur għal vapur ta’ żejt grezz u prodotti taż-żejt Russi fl-ilmijiet territorjali tal-UE; jitlob li jintużaw ir-riżorsi meħtieġa biex jiġu identifikati u mxekkla dawn l-operazzjonijiet ta’ trasferiment, inkluż billi jiġu pprojbiti l-ankraġġ u r-riforniment tal-fjuwil tal-vapuri kollha bħal dawn fl-ilmijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw miżuri regolatorji stretti fil-portijiet u fl-ibħra territorjali tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fil-każ ta’ tankers li potenzjalment iġorru żejt Russu, jagħmlu użu sħiħ mid-dritt tagħhom li jkollhom bastimenti ggwidati minn bdot abbord mill-awtorità nazzjonali rilevanti biex iwettqu kontrolli dwar l-oriġini tal-merkanzija, is-sjieda aħħarija tal-vapur, id-dokumenti tal-assigurazzjoni u l-konformità mal-istandards tas-sikurezza, u jiżguraw li l-bastimenti ssuspettati b’evażjoni tas-sanzjonijiet u b’nuqqas ta’ konformità ambjentali jiġu identifikati sabiex jiġu investigati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiddeżinjaw il-portijiet li kapaċi jimmaniġġjaw il-bastimenti sanzjonati li jġorru ż-żejt grezz u l-LNG jissekwestraw mingħajr kumpens il-merkanzija illegali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li l-impatt tas-sanzjonijiet eżistenti u l-appoġġ finanzjarju u militari lill-Ukrajna se jkomplu jiġu mminati sakemm l-UE tibqa’ timporta fjuwils fossili Russi; jistieden, għalhekk, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprojbixxu l-importazzjonijiet kollha tal-fjuwils fossili Russi, inkluż l-LNG; jistieden lill-UE timponi r-rekwiżit li l-bastimenti li jesportaw l-LNG Russu jiġu inklużi fil-listi ta’ sanzjonijiet tal-UE, biex b’hekk jiġu mċaħħda mill-aċċess għall-portijiet jew għas-servizzi marittimi tal-Punent; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprojbixxu l-importazzjoni ta’ prodotti nukleari Russi u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jikkonkludu l-ebda ftehim ġdid ma’ Rosatom, jew it-tmexxija u s-sussidjarji tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-pajjiżi tal-G7 jinfurzaw b’mod aktar effettiv il-limitu massimu tal-prezz impost fuq iż-żejt Russu ttrasportat bil-baħar, inaqqsu sostanzjalment il-limitu massimu tal-prezz taż-żejt u jnaqqsu l-lakuni użati mir-Russja biex tippakkja mill-ġdid u tbigħ iż-żejt u l-prodotti taż-żejt tagħha bil-prezzijiet tas-suq; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lis-sħab tal-G7 tagħha jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom mas-sħab kummerċjali biex jidentifikaw b’mod aktar rapidu u effettiv ix-xerrejja taż-żejt Russu u jieqfu jixtru l-prodotti taż-żejt mingħandhom; jitlob li dawn il-faċilitajiet iddeżinjati jiġu inklużi fil-lista ta’ sanzjonijiet immirati u li tiġi introdotta projbizzjoni sħiħa fuq il-prodotti taż-żejt raffinat Russi li jiġu esportati mill-ġdid; jitlob ittestjar armonizzat tal-oriġini tal-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili raffinati, tal-LNG u tal-fjuwils fossili biex tiġi evitata l-esportazzjoni mill-ġdid tal-enerġija Russa lejn l-UE; jistieden lill-Istati Membri jinvestigaw bir-reqqa l-konformità tal-kumpaniji mar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati u jimponu penali dissważivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrakkomanda bil-qawwa li l-UE u s-sħab tal-G7 tagħha jespandu b’mod sinifikanti l-listi tas-sanzjonijiet tagħhom biex jinkludu bastimenti addizzjonali li jevitaw il-limiti massimi tal-prezzijiet tagħhom u joperaw mingħajr ma jirrispettaw l-istandards internazzjonali; jistieden lill-UE u lill-pajjiżi sħab jivverifikaw b’mod diliġenti l-adegwatezza tal-assigurazzjoni li tkopri t-tixrid taż-żejt meta japplikaw il-qafas ta’ sanzjonijiet, pereżempju meta jipprovdu jew iġeddu r-reġistrazzjonijiet; jitlob rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta msaħħa għall-kisba ta’ assigurazzjoni għall-bastimenti, bħal prova ta’ kuntratti ta’ bejgħ konformi mal-limitu massimu tal-prezz jew dikjarazzjonijiet bankarji affidabbli, verifikati, eċċ.;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw tħejjija suffiċjenti għad-diżastri ambjentali, speċjalment għal tixrid kbir taż-żejt, u jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib, kemm flimkien kif ukoll mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, biex jittrattaw diżastri ta’ tniġġis transfruntier fuq skala kbira, inkluż billi jkomplu jikkoordinaw l-inventarji tat-tagħmir meħtieġ għat-tindif; jenfasizza li l-inċidenti ta’ din in-natura se jirriżultaw f’degradazzjoni ambjentali fit-tul, u dan konsegwentement jista’ jaffettwa b’mod sinifikanti t-turiżmu, is-sajd u l-industriji tal-baħar fl-Istati Membri li jmissu mal-ibħra affettwati; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi finanzjament addizzjonali biex tiżgura bastimenti addizzjonali ta’ rispons għat-tixrid taż-żejt għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ penali għal ksur<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ penali għal ksur, ĠU L 280, 27.10.2009, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/123/oj.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw minnufih id-Direttiva (UE) 2024/1226 dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ penali għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ penali għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva (UE) 2018/1673, ĠU L, 2024/1226, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1226/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani adegwati biex jinfurzaw kif xieraq il-miżuri restrittivi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaħdmu mas-sħab internazzjonali u mal-partijiet ikkonċernati, inkluż fis-setturi tat-tbaħħir, tal-enerġija, tal-assigurazzjoni u tal-finanzi, biex jidentifikaw l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-evażjoni tas-sanzjonijiet u għall-mitigazzjoni tal-impatti ambjentali fl-ilmijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida aktar ċari u standards ta’ diliġenza dovuta aktar robusti għall-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE biex jiġu evitati interazzjonijiet mhux intenzjonati ma’ entitajiet marbuta ma’ “flotot mistura”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jitlob li tiġi appoġġjata l-ħidma tal-Mibgħut tas-Sanzjonijiet tal-UE dwar l-antiċirkomvenzjoni sabiex tiġi evitata l-esportazzjoni mill-ġdid sistematika ta’ oġġetti tal-UE sanzjonati lejn ir-Russja, peress li dan qed iddgħajjef serjament l-effettività tas-sanzjonijiet tal-UE u qed jostakola l-isforzi internazzjonali biex tintemm il-gwerra; jitlob, f’dan ir-rigward, li l-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali kollha għall-adeżjoni mal-UE jallinjaw strettament mas-sanzjonijiet tal-UE b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna bħala sinjal tar-rieda tagħhom li jassumu l-obbligi tas-sħubija fl-UE; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jespandi s-setgħat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex jindirizza r-reat tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu u jiċċentralizzaw, fil-livell tal-UE, is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet u jiżviluppaw mekkaniżmu għall-prevenzjoni u l-monitoraġġ tal-evitar tas-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinkoraġġixxi standards ta’ trasparenza fuq livell internazzjonali fir-reġistrazzjoni tal-bastimenti biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-kumpaniji fittizji u l-bnadar ta’ konvenjenza, sabiex titjieb it-trasparenza fir-rigward tas-sjieda tal-bastimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-adozzjoni ta’ strumenti tal-politika kummerċjali simili għal dawk użati mill-Istati Uniti, b’attenzjoni partikolari fuq l-atturi li jiksbu vantaġġi tas-suq bis-saħħa tar-reġimi tas-sanzjonijiet u li, konsegwentement, jafu joperaw b’mod inġust fi ħdan is-suq tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar is-surplus irrapportat fil-produzzjoni taż-żejt Russu, li jaqbeż b’mod konsiderevoli l-kwota tar-Russja stabbilita mill-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi li Jesportaw iż-Żejt Plus (OPEC+), peress li dan qed ikompli jippermetti l-evitar tal-limitu massimu tal-prezz stabbilit u jippermetti lir-Russja tiġġenera dħul addizzjonali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni u jieħdu azzjoni xierqa f’kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-President, lill-Gvern u lill-Verkhovna Rada tal-Ukrajna, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u lill-awtoritajiet Russi.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>