<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0039</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Qoton ġenetikament modifikat COT102</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0145/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat COT102, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2024/2835(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat COT102, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2627, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2627/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-8 ta’ Lulju 2024, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, u l-votazzjoni tal-Kumitat ta’ Appell tat-3 ta’ Settembru 2024, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-10 ta’ Mejju 2023, u ppubblikata fis-26 ta’ Ġunju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar organiżmi ġenetikament modifikati bit-titolu “Assessment of genetically modified cotton COT102 for food and feed uses, under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA-GMO-DE-2017-141)”, EFSA Journal 2023;21(6):8031, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8031.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)<FOOTNOTE><FIELD> Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-31 ta’ Marzu 2017, Syngenta Crop Protection NV/SA, ibbażata fil-Belġju, f’isem Syngenta Crop Protection AG, ibbażata fl-Iżvizzera, bagħtet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Ġermanja għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom il-qoton ġenetikament modifikat COT102 (minn hawn ’il quddiem “il-qoton ġenetikament modifikat”), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (“l-applikazzjoni”). billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat, jew li jikkonsistu minn tali qoton, għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, fl-10 ta’ Mejju 2023, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fis-26 ta’ Ġunju 2023, li tikkonkludi li l-qoton ĠM huwa sikur daqs il-komparatur mhux ĠM tiegħu u l-varjetajiet ta’ qoton mhux ĠM ittestjati fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-qoton ĠM fih ġeni li jipproduċu proteini insettiċidi (“tossini Bt”) u ġene markatur tar-reżistenza għall-antibijotiċi (“ARMG”);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi ż-żejt taż-żerriegħa tal-qoton jista’ jintuża fil-produzzjoni ta’ varjetà wiesgħa ta’ prodotti tal-ikel bħal dressings, mayonnaise, prodotti fini tal-forn, pejsts taċ-ċikkulata u ċ-ċips; billi l-konsum tad-dqiq taż-żerriegħa tal-qoton huwa l-aktar mod probabbli li bih il-bnedmin jistgħu jiġu esposti għaż-żewġ proteini li jirriżultaw mill-modifika ġenetika; billi l-qoton jintuża b’mod komuni fl-għalf tal-annimali fil-forma ta’ żrieragħ u dqiq li ma tkunx tneħħitilhom l-għabra;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kwistjonijiet pendenti dwar it-tossini Bt</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-tossiċità tat-tossini Bt ġiet ivvalutata abbażi ta’ studji dwar l-għalf, bl-użu biss ta’ proteini tal-Bt iżolati prodotti mill-batterji; billi ma tantx tista’ tiġi attribwita wisq relevanza għat-testijiet tossikoloġiċi mwettqa bil-proteini waħedhom, minħabba l-fatt li t-tossini Bt fl-għelejjel ĠM, bħall-qamħirrun, il-qoton u l-fażola tas-sojja, huma intrinsikament aktar tossiċi minn tossini Bt iżolati; billi dan huwa minħabba li l-inibituri tal-proteażi (PI), preżenti fit-tessut tal-pjanti, jistgħu jżidu t-tossiċità tat-tossini Bt billi jdewmu d-degradazzjoni tagħhom; billi dan il-fenomenu ntwera f’għadd ta’ studji xjentifiċi, inkluż wieħed imwettaq għal Monsanto li wera li anke l-preżenza ta’ livelli estremament baxxi ta’ PI saħħet it-tossiċità tat-tossini Bt b’sa 20 darba aktar<FOOTNOTE><FIELD> MacIntosh, S.C., Kishore, G.M., Perlak, F.J., Marrone, P.G., Stone, T.B., Sims, S.R., Fuchs, R.L., “Potentiation of <STRING ITALIC="on">Bacillus thuringiensis</STRING> insecticidal activity by serine protease inhibitors”, Journal of Agricultural and Food Chemistry, 1990.38, 4, pp. 1145-1152, https://pubs.acs.org/doi/abs/10.1021/jf00094a051.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi din it-tossiċità akbar ma titqiesx fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-EFSA, minkejja li hija rilevanti għall-pjanti Bt kollha approvati għall-importazzjoni jew għall-kultivazzjoni fl-Unjoni; billi r-riskji għall-bnedmin u għall-annimali li jikkonsmaw ikel u għalf li fih tossini Bt u li jirriżultaw minn din it-tossiċità akbar minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt ma jistgħux, għalhekk, jiġu esklużi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi għadd ta’ studji juru li ġew osservati effetti sekondarji li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal tossini Bt u li xi tossini Bt jista’ jkollhom proprjetajiet aġġuvanti<FOOTNOTE><FIELD> Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of <STRING ITALIC="on">Bacillus thuringiensis</STRING> Cry toxins in mammals”, Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(36.5), p. 630-648, https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252.</FIELD></FOOTNOTE>, li jfisser li jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta’ proteini oħra li jiġu f’kuntatt magħhom;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi li mhumiex fil-mira</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, għall-kuntrarju tal-użu ta’ insettiċidi, meta l-esponiment ikun fiż-żmien tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta’ għelejjel Bt ĠM iwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u ta’ dawk li mhumiex fil-mira għat-tossini Bt;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta’ azzjoni waħda speċifika għall-mira ma tistax tibqa’ titqies bħala korretta u l-effetti fuq l-organiżmi li mhumiex fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju, Hilbeck, A., Otto, M., “Specificity and combinatorial effects of <STRING ITALIC="on">Bacillus thuringiensis</STRING> Cry toxins in the context of GMO environmental risk assessment”, Frontiers in Environmental Science 2015, 3:71, https://doi.org/10.3389/fenvs.2015.00071.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi ġie rrappurtat li għadd dejjem akbar tal-organiżmi li mhumiex fil-mira qed jiġu affettwati b’ħafna modi; billi studju reċenti<FOOTNOTE><FIELD> Hilbeck, A., Defarge, N., Lebrecht, T., Bøhn, T., ‘Insecticidal Bt crops. EFSA’s risk assessment approach for GM Bt plants fails by design”, RAGES, 2020, p. 4, https://www.testbiotech.org/wp-content/uploads/2023/12/RAGES_report-Insecticidal-Bt-plants.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> jsemmi 39 pubblikazzjoni rieżaminati bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet “barra mill-firxa”;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tnaqqis tad-dipendenza fuq l-għalf importat</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi waħda mit-tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19 u l-gwerra li għadha għaddejja fl-Ukrajna hija l-ħtieġa li l-Unjoni ttemm id-dipendenzi fuq xi materjali kritiċi; billi fl-ittra ta’ missjoni lill-Kummissarju nnominat Christophe Hansen, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen titolbu jħares lejn modi kif jitnaqqsu l-importazzjonijiet ta’ komoditajiet kritiċi<FOOTNOTE><FIELD> https://commission.europa.eu/document/2c64e540-c07a-4376-a1da-368d289f4afe_en</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Inklużjoni ta’ ġeni markaturi tar-reżistenza għall-antibijotiċi (ARMG)</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-qoton ĠM jipproduċi l-proteina APH4, li tintuża bħala ARMG u li tiddiżattiva l-attività tal-antibijotiku igromiċina B;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/18/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jirrikjedi li “GMOs li jkun fihom ġeni li għandhom reżistenza għall-antibijotiċi bl-użu ta’ trattament mediku jew veterinarju jittieħdu in konsiderazzjoni meta [titwettaq] stima ta’ riskju ambjentali, bl-idea li [jiġu identifikati] u ftit ftit [eliminati] dawk l-indikaturi ta’ reżistenza antibijotika fil-GMOs li jistgħu jkolhom effetti ħżiena fuq is-saħħa u l-ambjent” u jiffissa skadenza sal-2004 li warajha m’għandhomx jitpoġġew aktar fis-suq tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat- 3 ta’ April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/503/oj?locale=mt).</FIELD></FOOTNOTE> jiddikjara li “issa huwa possibbli li jkunu żviluppati OĠM mingħajr l-użu ta’ ARMGs” u li “l-applikant għandu għalhekk jimmira li jiżviluppa OMĠ mingħajr l-użu ta’ ARMGs”;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi diversi Stati Membri qajmu kummenti kritiċi dwar l-użu tal-ARMGs, inkluż li, fid-dawl tal-kriżi attwali li tikkonċerna r-reżistenza għall-antibijotiċi, ikun għaqli li jiġi implimentat il-prinċipju ta’ prekawzjoni, speċjalment fil-każ preżenti fejn l-applikazzjoni tal-ARMG hija kompletament mhux meħtieġa u t-tneħħija tal-ARMG mill-ġenoma tal-pjanti hija possibbli; billi awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed tat l-awtorizzazzjoni opinjoni sfavorevoli bbażata fuq il-preżenza tal-ARMG fil-ġenoma tal-qoton ĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini kkonfermat li ma hemm l-ebda prodott li fih l-igromiċina B awtorizzat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew kwalunkwe użu mediku ieħor fil-bnedmin jew fl-annimali fl-Istati Membri u ma hemm l-ebda awtorizzazzjoni ċentrali għall-użu mill-bniedem jew veterinarju għal prodotti mediċinali li fihom l-igromiċina B11; billi l-opinjoni tal-EFSA tiddikjara li “l-Bord dwar l-OĠM iqis li l-valutazzjoni tar-riskju jista’ jkollha bżonn tiġi aġġornata f’każ li l-prodotti li fihom l-igromiċina B jew sottostrati oħra tal-enzima APH4 jiksbu approvazzjoni futura tas-suq fl-UE”; billi, madankollu, l-igromiċina B tintuża fi prodotti veterinarji li jinbiegħu barra mill-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Parlament, mill-inqas f’okkażjoni waħda preċedenti, oġġezzjona għall-importazzjoni ta’ għelejjel ĠM li kien fihom ARMGs<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 15).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi r-reżistenza għall-antimikrobiċi toħloq theddida għas-saħħa globali, għas-sigurtà tal-ikel, u għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli għall-2030, u billi l-infezzjonijiet reżistenti għall-mediċini ma għandhomx fruntieri<FOOTNOTE><FIELD> https://www.who.int/campaigns/world-amr-awareness-week/2024/amr-is-invisible-i-am-not</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u tal-partijiet ikkonċernati</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Istati Membri ppreżentaw ħafna kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tliet xhur<FOOTNOTE><FIELD> https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/action/downloadSupplement?doi=10.2903%2Fj.efsa.2023.8031&file=efs28031-sup-0008-Annex8.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> inkluż li l-kultivazzjoni tal-qoton ĠM f’għelieqi agrikoli għandha titqies bħala kontaminazzjoni intenzjonata tal-ambjenti naturali b’ġeni ta’ reżistenza għall-antibijotiċi, kif ukoll li l-informazzjoni pprovduta dwar il-karatterizzazzjoni molekulari, il-kompożizzjoni u t-tossikoloġija hija insuffiċjenti u għalhekk il-konklużjonijiet tal-EFSA dwar l-ekwivalenza tal-qoton ĠM mal-qoton konvenzjonali f’termini ta’ sikurezza tal-ikel u tal-għalf huma prematuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li l-ikel jew l-għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni meta tkun qed tabbozza d-deċiżjoni tagħha; billi tali fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-impenji tal-Unjoni biex tindirizza r-reżistenza għall-antimikrobiċi;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Proċess deċiżjonali mhux demokratiku</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta’ 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni ta’ OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 oġġezzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza l-OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi ma hija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista’ ma tawtorizzax l-OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni “tista’”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-votazzjoni fit-8 ta’ Lulju 2024 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anki l-votazzjoni tat-3 ta’ Settembru 2024 tal-Kumitat ta’ Appell ma tat ebda opinjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 tisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 mhux konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhux kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tħassar d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2627 tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-ebda pjanta ĠM li jkun fiha ġeni li jagħtu reżistenza għall-antimikrobiċi; jinnota li tali awtorizzazzjoni tkun bi ksur tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/18/KE li jitlob li jitneħħew gradwalment l-ARMGs tal-OĠM li jista’ jkollhom effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar irrikonoxxiet, f’ittra tal-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni dwar OĠM<FOOTNOTE><FIELD> https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li, minn dak iż-żmien ’l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darba oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti; itenni l-appell tiegħu li l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>