<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0041</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0146/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1828 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 u li jikkonsisti minnu, u ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti minn dak il-qamħirrum ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 (2024/2840(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1828 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 u li jikkonsisti minnu, u ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti minn dak il-qamħirrum ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1828, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1828/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 23(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-26 ta’ April 2024, fejn ma ngħatat ebda opinjoni, u l-votazzjoni tal-Kumitat ta’ Appell tad-29 ta’ Mejju 2024, fejn ukoll ma ngħatat ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-30 ta’ Novembru 2023, u ppubblikata fid-19 ta’ Jannar 2024<FOOTNOTE><FIELD> Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati – Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (id-dossier GMFF-2022-9450), EFSA Journal, 2024;22(1):8489, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8489.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)<FOOTNOTE><FIELD> Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fis-6 ta’ Ottubru 2022, Bayer Agriculture BV, ibbażata fil-Belġju, ressqet applikazzjoni quddiem il-Kummissjoni f’isem Bayer CropScience LP, ibbażata fl-Istati Uniti, għat-tiġdid tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/649/UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/649/UE tas-6 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ polline prodott mill-qamħirrum MON 810 (MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/649/oj?locale=mt).</FIELD></FOOTNOTE> u (UE) 2017/1207<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 tal-4 ta’ Lulju 2017 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1207/oj?locale=mt).</FIELD></FOOTNOTE>; billi, f’konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni tal-polline ġenetikament modifikat prodott mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (il-“qamħirrum ĠM”) għall-użi fl-ikel koperti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/649/UE ġie estiż awtomatikament sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, fit-30 ta’ Novembru 2023, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fid-19 ta’ Jannar 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-qamħirrum ĠM ġie mmodifikat biex jipproduċi insettiċidi (“tossini Bt”);
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Mistoqsijiet pendenti dwar it-tossini Bt</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi għadd ta’ studji juru li ġew osservati effetti sekondarji li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja tal-bniedem wara esponiment għal tossini Bt u li xi tossini Bt jista’ jkollhom proprjetajiet aġġuvanti<FOOTNOTE><FIELD> Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of <STRING ITALIC="on">Bacillus thuringiensis</STRING> Cry toxins in mammals”, Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36,5, pp. 630-648, https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252.</FIELD></FOOTNOTE>, li jfisser li jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta’ proteini oħra li jiġu f’kuntatt magħhom;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi li mhumiex fil-mira</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, għall-kuntrarju tal-użu ta’ insettiċidi, meta l-esponiment ikun fiż-żmien tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta’ għelejjel Bt ĠM iwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u ta’ dawk li mhumiex fil-mira għat-tossini Bt;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta’ azzjoni waħda speċifika għall-mira ma tistax tibqa’ titqies bħala korretta u l-effetti fuq l-organiżmi li mhumiex fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi; billi ġie rrappurtat li għadd dejjem akbar tal-organiżmi li mhumiex fil-mira qed jiġu affettwati b’ħafna modi; billi 39 pubblikazzjoni rieżaminata bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet “barra mill-firxa” jissemmew f’ħarsa ġenerali reċenti<FOOTNOTE><FIELD> Hilbeck, A., Defarge, N., Lebrecht, T., Bøhn, T., “Insecticidal Bt crops. EFSA’s risk assessment approach for GM Bt plants fails by design”, RAGES 2020, p. 4, https://www.testbiotech.org/wp-content/uploads/2023/12/RAGES_report-Insecticidal-Bt-plants.pdf; Ara, pereżempju, Hilbeck, A., Otto, M., “Specificity and Combinatorial Effects of <STRING ITALIC="on">Bacillus thuringiensis</STRING> Cry Toxins in the Context of GMO Environmental Risk Assessment”, Frontiers in Environmental Science 2015, 3:71, https://doi.org/10.3389/fenvs.2015.00071.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti tal-Istati Membri</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Istati Membri ppreżentaw ħafna kummenti kritiċi quddiem l-EFSA matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tliet xhur<FOOTNOTE><FIELD> https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/action/downloadSupplement?doi=10.2903%‌2Fj.efsa.2024.8489&file=efs28489-sup-0008-Annex_8.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>, inkluż li d-data dwar il-kompożizzjoni għall-qamħirrum ĠM għandha tiġi vverifikata u analizzata mill-ġdid u li l-analiżi għandha tissodisfa r-rekwiżiti attwali tal-EFSA, fost l-oħrajn l-ittestjar tal-ekwivalenza, u li r-rieżami tal-letteratura ma inkludiex studji dwar id-destin ta’ Cry1Ab fl-ambjent jew dwar l-effetti potenzjali tar-residwi tal-għelejjel Bt fuq l-organiżmi li mhumiex fil-mira, li huwa problematiku minħabba li l-pubblikazzjonijiet jindikaw li trasferiment mill-għalf tal-qamħirrum ĠM għad-demel jista’ jwassal għall-esponiment ta’ organiżmi tal-ħamrija għal Cry1Ab u li dan jista’ jikkawża effetti negattivi fuq l-organiżmi tal-ħamrija b’konsegwenzi għall-bijodiversità u għas-servizzi tal-ekosistemi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li l-ikel jew l-għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni meta tkun qed tabbozza d-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (“l-SDGs tan-NU”) u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (“il-KDB tan-NU”);
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-għalf importat</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi waħda mit-tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19 u l-gwerra li tinsab għaddejja fl-Ukrajna hija l-ħtieġa li l-Unjoni ttemm id-dipendenzi fuq xi materjali kritiċi; billi fl-ittra ta’ missjoni lill-Kummissarju nnominat Christophe Hansen, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen titolbu jħares lejn modi kif jitnaqqsu l-importazzjonijiet ta’ komoditajiet kritiċi<FOOTNOTE><FIELD> https://commission.europa.eu/document/2c64e540-c07a-4376-a1da-368d289f4afe_en</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Proċess deċiżjonali mhux demokratiku</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-votazzjoni fis-26 ta’ April 2024 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anki l-votazzjoni tad-29 ta’ Mejju 2024 tal-Kumitat ta’ Appell ma tat ebda opinjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta’ 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM għall-ikel u l-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni ta’ OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 oġġezzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi mhija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista’ ma tawtorizzax l-OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni “tista’”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi, fit-2 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni ġeddet l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-qamħirrum ĠM;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1828 teċċedi s-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1828 mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj?locale=mt).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1828;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar irrikonoxxiet, f’ittra tal-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni dwar OĠM<FOOTNOTE><FIELD> https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li, minn dak iż-żmien ’l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għal darb’oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni fl-ambitu tal-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni l-appell tiegħu li l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>