<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0045</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0153/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D099729/02 – 2024/2841(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D099729/02),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-17 ta’ Settembru 2024, fejn ma ngħatat ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-13 ta’ Marzu 2024, u ppubblikata fid-26 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati bit-titolu “Assessment of genetically modified maize MON 94804 for food and feed uses, under Regulation (EC) No 1829/2003 (application GMFF-2022-10651)”, EFSA Journal, 2024;22(4):8714, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8714.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)<FOOTNOTE><FIELD> Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fl-14 ta’ Frar 2023, Bayer Agriculture BV, ibbażata fil-Belġju, ippreżentat f’isem il-kumpanija Bayer CropScience LP, ibbażata fl-Istati Uniti, applikazzjoni lill-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands għall-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804 (il-“qamħirrum ĠM”), f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (“l-applikazzjoni”);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-applikazzjoni kienet tikkonċerna wkoll l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ĠM għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fit-13 ta’ Marzu 2024, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fis-26 ta’ April 2024, li tikkonkludi li l-qamħirrum ĠM huwa sikur daqs il-kontroparti konvenzjonali tiegħu u l-varjetajiet ta’ qamħirrum mhux ĠM ittestjati fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-qamħirrum ĠM ġie ġenetikament modifikat biex jipproduċi miRNA artifiċjali maħsub biex irażżan b’mod selettiv żewġ ġeni fi ħdan familja ta’ ġeni akbar involuta fir-rotta bijosintetika tal-aċidu gibberelliku, u b’hekk jitnaqqas l-għoli tal-pjanta;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kwistjonijiet pendenti dwar l-effetti tal-miRNA artifiċjali</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-introduzzjoni tal-miRNA artifiċjali mhux biss tinterferixxi mal-ġeni fil-mira, iżda tinvolvi wkoll funzjonijiet regolatorji oħra; billi l-miRNA jgħaddi minn ipproċessar ulterjuri fil-pjanta, u b’hekk jinteraġixxi ma’ enzimi tal-pjanti speċifiċi; billi l-effetti tiegħu f’ħafna każijiet mhumiex ristretti għall-ġene fil-mira, iżda spiss jinvolvu kaskati metaboliċi ta’ diversi mijiet ta’ funzjonijiet oħra tal-ġeni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-applikant jippreżenta data insuffiċjenti u mhux kompluta dwar l-interazzjonijiet bejn il-miRNA artifiċjali, il-prodotti li jirriżultaw minn proċessi ulterjuri fiċ-ċelloli, il-persistenza ta’ dawn il-molekuli fiċ-ċelloli u l-interferenza tagħhom f’networks regolatorji oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi biex jiġi konkluż li l-miRNAs ma jippreżentawx riskju ta’ tossiċità għall-bnedmin u l-annimali, l-EFSA tassumi li l-miRNA artifiċjali jiġi degradat malajr; billi, madankollu, diversi studji, inkluż dak li jikkwotaw bħala bażi għal dik l-affermazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Dávalos, A., Henriques, R., Latasa, M. J., Laparra, M., & Coca, M. (2019). Literature review of baseline information on non-coding RNA (ncRNA) to support the risk assessment of ncRNA-based genetically modified plants for food and feed (Rieżami tal-letteratura tal-informazzjoni tal-linja bażi dwar l-RNA mhux kodifikanti (ncRNA) biex tiġi appoġġjata l-valutazzjoni tar-riskju ta’ pjanti ġenetikament modifikati bbażati fuq l-ncRNA għall-ikel u l-għalf.) EFSA Supporting Publications, 16(8), EN-1688. https://doi.org/10.2903/sp.efsa.2019.EN-1688.</FIELD></FOOTNOTE>, jirrapportaw li, bl-appoġġ ta’ mekkaniżmi speċifiċi, il-miRNA jista’ jittieħed mill-imsaren;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kwistjonijiet pendenti dwar l-effetti tal-livell imnaqqas tal-gibberellini </STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, kif enfasizzat mill-esperti mill-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD> L-Anness 8 tal-Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati bit-titolu “Assessment of genetically modified maize MON 94804 for food and feed uses, under Regulation (EC) No 1829/2003 (application GMFF-2022-10651)”, EFSA Journal, 2024;22(4):8714, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8714.</FIELD></FOOTNOTE>, il-gibberellini huma regolaturi ewlenin ta’ diversi proċessi fiżjoloġiċi fil-pjanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi minbarra l-istatura tal-pjanti, il-gibberellini jirregolaw ukoll il-ġerminazzjoni u l-fjoritura, għandhom rwol fir-regolamentazzjoni tat-tolleranza tal-istress u huma parti minn crosstalk regolatorju kumpless ma’ ormoni oħra tal-pjanti f’diversi rotot ta’ sinjalazzjoni, eż. proċessi fiżjoloġiċi li jaffettwaw il-kompożizzjoni tal-pjanti; billi l-gibberellini huma involuti wkoll fir-rispons immunitarju tal-pjanti għall-patoġeni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-biċċa l-kbira tal-impatti fuq dawn il-proċessi differenti ma ġewx esplorati mill-applikant, minbarra l-effetti potenzjali fuq il-ġerminazzjoni, il-fjoritura u l-piż tal-ħabba;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-espressjoni ġenika u l-impatt tagħha fuq il-produzzjoni tal-gibberellini bijoattivi u l-impatt metaboliku ġew investigati biss f’kundizzjonijiet fuq il-post mingħajr ebda fattur ta’ stress partikolari, filwaqt li huwa magħruf li l-aċidu gibberelliku huwa involut f’ħafna reazzjonijiet ta’ stress bijotiku u abijotiku;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tnaqqis tad-dipendenza fuq l-għalf importat</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi waħda mit-tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19 u mill-gwerra li għadha għaddejja fl-Ukrajna hija l-ħtieġa li l-Unjoni ttemm id-dipendenzi fuq xi materjali kritiċi; billi fl-ittra ta’ missjoni lill-Kummissarju nnominat Christophe Hansen, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen titolbu jħares lejn modi kif jitnaqqsu l-importazzjonijiet ta’ komoditajiet kritiċi<FOOTNOTE><FIELD> https://commission.europa.eu/document/2c64e540-c07a-4376-a1da-368d289f4afe_mt</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u tal-partijiet ikkonċernati</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Istati Membri ppreżentaw ħafna kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tliet xhur<FOOTNOTE><FIELD> https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/action/downloadSupplement?doi=10.2903%2Fj.‌efsa.2024.8714&file=efs28714-sup-0008-Annex8.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari li l-gibberellini huma regolaturi ewlenin ta’ diversi proċessi fiżjoloġiċi fil-pjanti, b’mod partikolari dawk relatati ma’ fatturi ta’ stress bijotiċi u abijotiċi, u li d-data pprovduta mill-applikant mhijiex kompluta fil-valutazzjoni tal-impatt potenzjali ta’ livelli mnaqqsa tal-gibberellini fuq dawn il-proċessi kollha, u li l-varjetà fil-provi fuq il-post hija insuffiċjenti; billi l-Istati Membri kkritikaw ukoll in-nuqqas ta’ data dwar ir-riskji maħluqa minn stabbiltà possibbli fit-tul tal-miRNA artifiċjali fil-pjanta, jew mill-fatt li parti mhux negliġibbli tad-DNA modifikat hija suxxettibbli li tittieħed mill-imsaren tal-annimali jew tal-bnedmin kif ukoll mill-fatt li d-data pprovduta ma tagħtix prova li t-trasferiment tal-ġeni mill-pjanti għall-batterji huwa improbabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li l-ikel jew l-għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jeżiġi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni meta tkun qed tabbozza d-deċiżjoni tagħha;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Proċess deċiżjonali mhux demokratiku</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta’ 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM għall-ikel u l-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni ta’ OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 oġġezzjoni għall-introduzzjoni ta’ OĠM fis-suq;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza l-OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi ma hija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista’ ma tawtorizzax l-OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni “tista’”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-votazzjoni fis-17 ta’ Settembru 2024 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj?locale=mt).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar irrikonoxxiet, f’ittra datata l-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni dwar OĠM<FOOTNOTE><FIELD> https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li, minn dak iż-żmien ’l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darba oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti; itenni l-appell tiegħu li l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>