<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0048</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Ġermanja u lill-Italja fir-rigward ta’ għargħar li seħħ fl-2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0020/2024 - Rapporteur: Giuseppe Lupo)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Ġermanja u lill-Italja fir-rigward ta’ għargħar li seħħ fl-2024 (COM(2024)0480 – C10-0162/2024 – 2024/0284(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0480 – C10‑0162/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2012/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-politika agrikola komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj?locale=mt</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0082.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar l-effikaċja li biha l-Istati Membri jużaw il-flus tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE f’każijiet ta’ diżastri naturali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 184, 05.05.2022, p. 82.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2021 dwar ir-rieżami tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10‑0020/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fit-30 ta’ Mejju 2024, il-Ġermanja ntlaqtet minn xita torrenzjali li kkawżat għargħar estrem fin-Nofsinhar tal-Ġermanja fil-bidu ta’ Ġunju u dan irriżulta f’sitt fatalitajiet u fi ħsara diretta totali ta’ EUR 4 131,6 miljun skont il-Kummissjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fid-29 ta’ Ġunju 2024, l-Italja ġarrbet maltempati vjolenti li wasslu għat-tifwir ta’ xmajjar u nixxigħat fir-Reġjun Awtonomu tal-Valle d’Aosta u dawn irriżultaw fi ħsara diretta totali stmata mill-awtoritajiet Taljani għal EUR 158,39 miljun;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi s-solidarjetà l-aktar profonda tiegħu mal-vittmi kollha, mal-familji tagħhom u mal-individwi kollha affettwati mill-għargħar distruttiv fil-Ġermanja u fl-Italja kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali involuti fl-isforzi tas-sokkors;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni bħala forma tanġibbli u viżibbli tas-solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tagħha u mar-reġjuni fiż-żoni milquta fil-Ġermanja u fl-Italja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni l-importanza li l-benefiċċji tanġibbli pprovduti permezz tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jiġu kkomunikati lill-pubbliku, sabiex ukoll is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-għodod u l-programmi tal-Unjoni tkompli tikber;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza l-għadd dejjem jikber ta’ diżastri naturali severi, distruttivi u fatali fl-Ewropa u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestu aktar f’miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih biex jiġu evitati fatalitajiet u telf ekonomiku; iqis li l-baġit tal-FSUE jew l-ekwivalenti tiegħu għandu jiġi estiż b’mod sinifikanti fid-dawl tal-proposta li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid u tan-negozjati interistituzzjonali sussegwenti u li l-FSUE jew l-ekwivalenti tiegħu jrid jipprovdi assistenza għaċ-ċittadini li tkun skont id-daqs ta’ tali diżastri; jinnota li ż-żieda sostanzjali tal-FSUE tippermetti lill-Istati Membri jirrispondu b’mod aktar effettiv u malajr għad-diżastri filwaqt li jistgħu jiġu ppreservati strumenti oħra, b’mod partikolari l-fondi ta’ koeżjoni li l-għan primarju tagħhom mhuwiex ir-rispons għad-diżastri ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħsara sinifikanti kkawżata mill-għargħar lill-art agrikola u lill-azjendi agrikoli, lill-infrastruttura tat-trasport u b’mod partikolari lill-irħula u lill-bliet żgħar barra mir-reġjuni urbani; jisħaq li, minħabba t-tibdil fil-klima, il-gżejjer kif ukoll ir-reġjuni kostali huma partikolarment vulnerabbli għad-diżastri naturali; jirrikonoxxi li fenomeni bħal terremoti, għargħar, żbroffi vulkaniċi, u nixfiet - li jaffettwaw ukoll il-lagi u x-xmajjar - jirrappreżentaw theddida dejjem akbar għal ħafna reġjuni Ewropej, b’mod partikolari dawk fil-Mediterran; jistaqsi jekk il-FSUE huwiex allinjat b’mod adegwat mal-ħtiġijiet ta’ emerġenza relatati mal-adattament għat-tibdil fil-klima f’dawn it-territorji partikolarment fraġli; jemmen, għalhekk, li l-gżejjer u r-reġjuni kostali għandhom jirċievu finanzjament adegwat fil-qafas tal-FSUE biex jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet speċifiċi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jqisu li l-popolazzjonijiet vulnerabbli jiġu affettwati b’mod partikolari mid-diżastri naturali minħabba fatturi soċjoekonomiċi li jkomplu jfixklu l-kapaċità tagħhom li jirkupraw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li l-FSUE huwa biss strument kurattiv u li l-Unjoni għandha wkoll tkompli tindirizza l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu billi tappoġġja l-politiki Ewropej u nazzjonali għall-prevenzjoni tad-diżastri naturali; jissottolinja li r-Rapport Nru 1/2024 tal- Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu “European Climate Risk Assessment" (Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa) wissa li l-Unjoni mhix ippreparata għall-effetti tat-tibdil fil-klima u jisħaq fuq il-ħtieġa għal azzjoni biex jiġi evitat li r-riskji klimatiċi identifikati jilħqu livelli kritiċi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jwasslu lill-Unjoni biex tilħaq l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi; ifakkar fil-ħtieġa għal sinerġiji effettivi ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni u jissottolinja li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Fond Soċjali Ewropew Plus u tal-Programmi għall-żvilupp rurali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b’urġenza dovuta kwalunkwe talba motivata mill-Istati Membri biex talloka mill-ġdid fondi fi ħdan il-pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-assistenza f’diżastri naturali, f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa għal miżuri preventivi, mhux biss biex tiġi mitigata l-ħsara fil-futur iżda anki biex jiġi evitat li l-kundizzjonijiet ta’ riskju jaggravaw wara eventi katastrofiċi, bħal għargħar, nirien fis-selvaġġ, uqigħ tal-art jew l-inxif ta’ lagi u xmajjar; jissottolinja l-importanza ta’ flessibbiltà adegwata bejn il-programmi differenti; jissottolinja li assistenza mogħtija fl-ambitu tal-FSUE ma għandhiex tkun għad-detriment tal-finanzjament tal-Unjoni riċevut mill-Istati Membri fl-ambitu ta’ politiki jew programmi oħra tal-Unjoni; ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat, f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari għan-negozji agrikoli li jkunu sofrew ħsara minħabba diżastri naturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li fil-21 ta’ Ottubru 2024 il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva għal appoġġ reġjonali ta’ emerġenza għar-rikostruzzjoni wara diżastru naturali<FOOTNOTE><FIELD> Proposta tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Ottubru 2024 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill RESTORE – Appoġġ Reġjonali ta’ Emerġenza għar-Rikostruzzjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1058 u r-Regolament (UE) 2021/1057 (COM(2024)0496).</FIELD></FOOTNOTE> u għal miżuri speċifiċi fl-ambitu tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) biex tipprovdi assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali<FOOTNOTE><FIELD> Proposta tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Ottubru 2024 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2220 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) biex tingħata assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali (COM(2024)0495).</FIELD></FOOTNOTE> bil-għan li tipprovdi aktar flessibbiltajiet fl-użu tal-fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar fl-importanza ta’ valutazzjoni rapida u solida tal-ħsara li tqis kif xieraq ir-riperkussjonijiet ekonomiċi u jitlob li jsiru aktar sforzi operazzjonali sabiex jitnaqqas iż-żmien medju għar-rilaxx ta’ ħlas ta’ avvanzi, filwaqt li jiġi żgurat li l-baġit tal-Unjoni jkun protett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata assistenza finanzjarja immedjata permezz tal-FSUE biex jiġi żgurat li l-appoġġ ikun jista’ jilħaq lir-reġjuni affettwati fi żmien xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Ġermanja u lill-Italja fir-rigward ta’ għargħar li seħħ fl-2024</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2024/3105.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>