<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0049</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2024: aġġustament fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament, aġġornament tad-dħul u aġġornamenti tekniċi oħra</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0017/2024 - Rapporteur: Siegfried Mureşan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2024 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2024 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 - aġġustament fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament, aġġornament tad-dħul u aġġornamenti tekniċi oħra (14477/2024 – C10-0186/2024 – 2024/0252(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat b’mod definittiv fit-22 ta’ Novembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj?eliuri=eli%3Areg%3A2020%3A2093%3Aoj&locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj?eliuri=eli%3Aagree_interinstit%3A2020%3A1222%3Aoj&locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj?eliuri=eli%3Adec%3A2020%3A2053%3Aoj&locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2024, adottat mill-Kummissjoni fl-10 ta’ Ottubru 2024 (COM(2024)0650),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2024, adottata mill-Kunsill fil-5 ta’ Novembru 2024 u mibgħuta lill-Parlament fit-12 ta’ Novembru 2024 (14477/2024 – C10-0186/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 98 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0017/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-għan tal-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2024 huwa li jsiru aġġustamenti fl-infiq, b’mod partikolari fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament, u li jiġi aġġornat id-dħul għall-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, b’rabta mal-infiq, l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2024 jimplika żieda netta ta’ EUR 44,5 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 2,95 biljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament; billi, minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe marġni disponibbli taħt l-Intestaturi 2b, 5 u 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), huwa propost li jiġu mobilizzati EUR 7,2 miljun oħra mill-Istrument ta’ Flessibbiltà u EUR 68,5 miljun addizzjonali li għandhom jintużaw mill-kompartiment (a) tal-Istrument ta’ Marġini Uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fuq in-naħa tad-dħul, l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2024 idaħħal fil-baġit tal-2024 multi u penali definittivi mħallsa sa Ottubru 2024, li jammontaw għal EUR 2,82 biljun, li jfisser li huma meħtieġa kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-ING ta’ EUR 139,9 miljun biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ pagament;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2024 jintroduċi wkoll linji baġitarji ġodda ta’ dħul u nfiq għall-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna, li skontu l-appoġġ se jiġi pprovdut permezz ta’ self isservizzjat u mħallas lura minn flussi futuri ta’ dħul minn assi sovrani Russi immobilizzati;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jieħu nota tal-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2024, kif imressaq mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fil-ħtiġijiet ta’ pagament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), flimkien ma’ dawk għall-Politika Agrikola Komuni fit-Trasferiment Globali (DEC 11/24), bħala sinjal li l-implimentazzjoni tal-programm qed taqbad ir-ritmu wara bidu kajman inkwetanti fil-perjodu 2021-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota bi pjaċir li l-bidliet fir-regoli introdotti mill-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) – bi prefinanzjament eċċezzjonali u kofinanzjament volontarju ta’ 100 % – kellhom impatt pożittiv fuq l-implimentazzjoni tal-FEŻR, li jfisser li l-Istati Membri qed jonfqu flus favur l-objettivi ta’ STEP; iqis, barra minn hekk, li ż-żieda fil-pagamenti fl-2024 għandha tgħin biex tittaffa l-pressjoni fuq il-pagamenti bejn l-2025 u l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li ż-żieda fil-ħtiġijiet ta’ pagament hija kważi kompletament koperta permezz tad-dħul mill-multi u l-penali, b’mod partikolari l-multa tal-kompetizzjoni ta’ EUR 2,4 biljun imposta fuq Google għal ksur tal-antitrust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni l-ħtieġa ta’ dħul sostenibbli fit-tul għall-baġit tal-Unjoni, li ġie mġebbed ħafna biex jirreaġixxi għal diversi kriżijiet f’dawn l-aħħar snin; jiddeplora, għalhekk, in-nuqqas ta’ progress fil-Kunsill dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji f’konformità mal-pjan direzzjonali fil-Ftehim Interistituzzjonali; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu b’appoġġ għall-proposti emendati tal-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-Kunsill u l-Istati Membri jadottaw dawk il-proposti malajr sabiex jiżdiedu r-riżorsi proprji disponibbli għall-baġit tal-Unjoni; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan li l-multi u l-imposti għandhom jintużaw bħala dħul supplimentari għall-baġit tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-inklużjoni ta’ linji baġitarji ta’ dħul u nfiq għall-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna; jissottolinja l-importanza ta’ appoġġ finanzjarju sostnut lill-Ukrajna f’kuntest fejn il-finanzjament fl-ambitu tal-Faċilità għall-Ukrajna u l-arranġamenti eżistenti ta’ assistenza makrofinanzjarja (AMF) ma jilħqux il-ħtiġijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li s-self addizzjonali tal-AMF se jiġi sottoskritt mill-marġni ta’ manuvra tal-baġit u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-awtorità baġitarja d-dettalji dwar l-aggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet għall-marġni ta’ manuvra kontinġenti fuq l-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self; jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill l-informazzjoni kollha meħtieġa skont id-dikjarazzjoni tagħha annessa mar-Regolament (UE) 2024/2773 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/2773 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u li jipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (ĠU L, 2024/2773, 28.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2773/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jieħu nota tal-aġġustament tas-salarji ogħla milli kien ibbaġitjat għall-2024, li għandu impatt kemm fuq ir-remunerazzjoni kif ukoll fuq il-pensjonijiet, b’numru ogħla milli previst ta’ pensjonanti ġodda fl-2024 li jkompli jżid l-ispejjeż tal-pensjonijiet; jilqa’ l-fatt li kważi l-ispejjeż addizzjonali kollha fl-istituzzjonijiet ġew koperti permezz ta’ riallokazzjonijiet interni u li għalhekk ir-rikors għall-Istrument ta’ Marġini Uniku huwa kkontrollat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li l-aġġustament tas-salarji jaffettwa wkoll lill-aġenziji deċentralizzati, li ilhom jitħabtu ma’ inflazzjoni ogħla mid-deflatur ta’ 2 % li bih żiedu l-baġits annwali tagħhom u huma partikolari peress li l-kostijiet tal-persunal u operattivi jirrappreżentaw porzjon kbir tan-nefqa tagħhom; jilqa’ l-fatt li l-aġenziji li ma setgħux isibu r-riżorsi permezz ta’ riallokazzjonijiet jaraw żieda ta’ 1,7 % fil-kontribuzzjoni tal-Unjoni; itenni li t-trattament attwali tal-baġits tal-aġenziji deċentralizzati jirrikjedi aktar riflessjoni bħala parti mit-tħejjijiet tal-Kummissjoni għall-QFP ta’ wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota ż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) biex tkopri ż-żieda fl-ispejjeż għalkemm jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA); jilqa’ l-fatt li l-EUAA ġiet imsaħħa bħala parti mir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP sabiex tkun tista’ twettaq kompiti ġodda f’konformità mal-implimentazzjoni tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib maż-żewġ aġenziji biex tiżgura li huma mgħammra biex iwettqu l-kompiti tagħhom bis-sħiħ u jassorbu l-approprjazzjonijiet assenjati lilhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-approprjazzjonijiet addizzjonali għall-Aġenzija tal-UE għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) fl-2024 wara l-attakk ċibernetiku ta’ Ġunju 2024 fuq l-aġenzija; jinsisti fuq il-ħtieġa li jinsiltu tagħlimiet u li jiġi pprovdut aktar appoġġ tekniku lil aġenziji u istituzzjonijiet oħra mis-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-entitajiet tal-Unjoni (CERT-UE), fid-dawl tat-theddida għolja taċ-ċibersigurtà u sabiex jiġi żgurat li attakk ieħor ma jikkomprometti l-ebda aġenzija jew istituzzjoni tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus li għadha kif ġiet stabbilita fil-qafas rivedut kontra l-ħasil tal-flus fil-livell tal-Unjoni; huwa għalhekk imħasseb ħafna dwar id-dewmien fil-fażi tal-istabbiliment, b’mod partikolari fir-rigward tar-reklutaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, bir-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju issa fis-seħħ, huwa possibbli li jiġi inkluż dħul negattiv fil-baġit għall-pagament ta’ imgħax kumpensatorju f’kawżi tal-qorti mitlufa; jinnota li l-Kummissjoni bħalissa qed tistabbilixxi l-ammont preċiż ta’ tali mgħax u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi din l-informazzjoni lill-awtorità baġitarja malajr kemm jista’ jkun fl-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 5/2024 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>