<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0051</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Hong Kong, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Jimmy Lai u tal-45 attivist li dan l-aħħar instabu ħatja bl-applikazzjoni tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0208, 0209, 0210, 0211 u 0212/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Novembru 2024 dwar Hong Kong, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Jimmy Lai u tal-45 attivist li dan l-aħħar instabu ħatja skont il-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali (2024/2950(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Hong Kong u ċ-Ċina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi wara l-introduzzjoni tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ordinanza dwar is-Salvagwardja tas-Sigurtà Nazzjonali, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt f’Hong Kong iddeterjoraw; billi ċ-Ċina kisret id-Dikjarazzjonijiet Konġunti Sino-Brittanika u Sino-Portugiża, il-prinċipju ta’ “pajjiż wieħed, żewġ sistemi” u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; billi aktar minn 200 persuna ġew arrestati taħt il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi Jimmy Lai ilu miżmum detenut sa mill-2020 fuq akkużi foloz; billi l-proċess tiegħu beda fl-2023 wara dewmien varju; billi huwa ċaħad dawn l-akkużi u qed jiffaċċja għomru l-ħabs; billi l-avukat Brittaniku tiegħu ġie rrifjutat li jingħatalu l-permess biex jirrappreżentah;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi 45 politiku, attivist u ġurnalist favur id-demokrazija ġew ikkundannati għas-sovverżjoni fil-każ tal-“Hong Kong 47”, talli organizzaw elezzjonijiet preliminari mhux uffiċjali; billi l-proċessi tagħhom kienu l-akbar proċessi dwar is-sigurtà nazzjonali li qatt seħħew s’issa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-priġunieri politiċi f’Hong Kong iġarrbu kundizzjonijiet diffiċli, li ta’ sikwit jaffettwawlhom saħħithom, waqt iż-żamma taħt arrest preventiv qabel is-smigħ tal-kawża, bħal fil-każ ta’ Lai, li għandu 76 sena, isofri mid-dijabete u li nċaħadlu t-tqarbin fil-ħabs;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-istabbilimenti tal-media indipendenti f’Hong Kong ma tħallewx joperaw aktar u żewġ ġurnalisti ta’ stabbilimenti tal-media li m’għadhomx joperaw, Chung Pui-kuen u Patrick Lam, ġew ikkundannati għal “pubblikazzjonijiet sedizzjużi”; billi l-klassifikazzjoni ta’ Hong Kong fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa waqgħet lura ħafna;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna l-piena imposta fuq l-attivisti favur id-demokrazija għal akkużi relatati mas-sigurtà nazzjonali, bi ksur tad-dritt internazzjonali; jappella għat-tħassir tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ordinanza dwar is-Salvagwardja tas-Sigurtà Nazzjonali; jiddenunzja d-degradazzjoni tal-libertajiet fundamentali f’Hong Kong;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern ta’ Hong Kong jeħles lill-attivisti favur id-demokrazija minnufih u mingħajr kundizzjoni, inkluż Lai u Chung, u jwaqqa’ l-akkużi kollha kontrihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna l-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali u r-repressjoni tranżnazzjonali li qed tiżdied mill-awtoritajiet Ċiniżi u ta’ Hong Kong kontra l-komunitajiet tad-dijaspora fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jissospendu t-trattati ta’ estradizzjoni magħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna l-isfruttament tal-pożizzjoni kummerċjali globali ta’ Hong Kong biex jevadi s-sanzjonijiet internazzjonali imposti fuq ir-Russja, l-Iran u l-Korea ta’ Fuq, b’mod partikolari permezz tal-forniment ta’ teknoloġiji avvanzati, il-kummerċ taż-żejt u l-għoti ta’ servizzi finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jwissu liċ-Ċina li l-azzjonijiet tagħha f’Hong Kong se jkollhom konsegwenzi għar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina; jistieden lill-Kunsill jirrieżamina l-konklużjonijiet tiegħu tal-2020 dwar Hong Kong u jimponi sanzjonijiet immirati fuq John Lee u fuq uffiċjali oħra ta’ Hong Kong u Ċiniżi responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jirrevoka t-trattament doganali favorevoli ta’ Hong Kong u jirrieżamina l-istatus tal-Uffiċċju Ekonomiku u Kummerċjali ta’ Hong Kong fi Brussell; iħeġġeġ lill-Istati Membri jressqu kawża quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjoni ta’ Ċina li timponi l-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali fuq Hong Kong u l-Macau;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappella għal fond tal-UE għad-difiża legali biex jgħin lill-attivisti tad-demokrazija f’Hong Kong u biex l-Uffiċċju tal-UE f’Hong Kong jintensifika ż-żjarat fil-ħabsijiet u l-osservazzjoni tal-proċessi u jistabbilixxi punt fokali għad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lil Hong Kong jippermetti lill-ġurnalisti jirrapportaw b’mod ħieles u jħeġġeġ lis-SEAE jsaħħaħ il-libertajiet tal-istampa f’Hong Kong;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-istituzzjonijiet tal-UE, liċ-Ċina u lir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Hong Kong.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>