<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0052</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-repressjoni tiżdied u sistematika tan-nisa fl-Iran</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0188. 0199, 0202, 0203 u 0207/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Novembru 2024 dwar ir-repressjoni tiżdied u sistematika tan-nisa fl-Iran (2024/2951(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-ksur sistematiku tad-drittijiet tan-nisa mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran u mill-pulizija tal-“moralità” tagħha ma naqasx taħt il-President Pezeshkian;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Gvern Iranjan introduċa l-obbligu tax-xedd tal-velu fl-1983; billi l-liġi dwar il-“protezzjoni tal-familja permezz tal-promozzjoni tal-kultura tal-ħiġab u tal-kastità” ġiet approvata mill-Kunsill Gwardjan f’Settembru 2024 u din se tkompli ssaħħaħ is-soppressjoni tan-nisa mill-gvern; billi n-nisa li jidhru fil-pubbliku mingħajr velu spiss jiġu ffastidjati, mitfugħa l-ħabs, ittorturati, u saħansitra maqtula;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Ahoo Daryaei ġiet iffastidjata mill-forzi tas-sigurtà fl-università minħabba allegat ksur tal-velu; billi f’att kuraġġuż ta’ sfida, Daryaei neħħiet il-bqija tal-ilbies tagħha bi protesta u mbagħad ġiet arrestata u, bħal għadd kbir ta’ nisa oħra, ġiet ittikkettata bħala “mentalment mhux f’saħħitha” u maqfula ġo faċilità psikjatrika;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Gvern Iranjan ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jiftaħ l-hekk imsejħa klinika ta’ trattament għan-nisa li jisfidaw il-liġijiet stretti tal-ħiġab; billi l-patoloġizzazzjoni tar-reżistenza hija parti minn sforz sistematiku mill-awtoritajiet Iranjani biex joħonqu l-awtonomija tan-nisa u jikkastigaw lil dawk li jopponu liġijiet diskriminatorji bħall-velu obbligatorju u s-segregazzjoni tal-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-memorandum tal-1991 ta’ Baha’ i, iffirmat mill-Mexxej Suprem Ayatollah Ali Khamenei, jitlob li l-“progress u l-iżvilupp” tal-komunità Bahá’ í jiġu “mblukkati”; billi f’Marzu u f’April 2024, mill-anqas 72 mit-93 Bahá li tressqu l-qorti jew ġew mitfugħa l-ħabs kienu nisa;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa r-repressjoni tiżdied u sistematika tan-nisa fl-Iran permezz ta’ liġijiet u regolamenti li jirrestrinġu severament il-libertajiet u d-drittijiet tagħhom; jiddeplora l-fatt li l-awtoritajiet arrestaw lil Ahoo Daryaei, filwaqt li ttikkettawha “mentalment mhux f’saħħitha”, u daħħluha ġo faċilità psikjatrika; jemmen li r-repressjoni tan-nisa li jisfidaw il-politika permezz ta’ miżuri ta’ konfinament psikjatriku hija att ta’ tortura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jirrevokaw il-leġiżlazzjoni kollha li tiddiskrimina kontra n-nisa u l-bniet u jabolixxu b’mod urġenti l-pulizija tal-“moralità” u l-aġenziji repressivi l-oħra kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-persekuzzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa kollha u tal-vittmi ta’ detenzjoni arbitrarja, inklużi n-nisa Bahá’ ís Neda Emadi u Parastoo Hakim, kif ukoll iċ-ċittadini tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jiddeżinja l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika bħala organizzazzjoni terroristika, filwaqt li jinnota li s-sentenza tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf dwar l-attakk fuq is-sinagoga ta’ Bochum tal-2022 issa tipprovdi r-raġunijiet legali meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern Iranjan jagħti aċċess mingħajr restrizzjonijiet lill-Missjoni ta’ Tiftix tal-Fatti tan-NU u lir-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran; jitlob tiġdid u espansjoni tal-mandat biex jinkludi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-moviment tan-Nisa, tal-Ħajja u tal-Libertà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-VP/RGħ, lill-Assemblea Konsultattiva Iżlamika u lill-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>