<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0053</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-ispazju jiċkien għas-soċjetà ċivili fil-Kambodja, b’mod partikolari l-każ ta’ CENTRAL, l-organizzazzjoni għad-drittijiet tal-ħaddiema</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0190. 0201, 0204, 0205 u 0206/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Novembru 2024 dwar l-ispazju jiċkien għas-soċjetà ċivili fil-Kambodja, b’mod partikolari l-każ ta’ CENTRAL, l-organizzazzjoni għad-drittijiet tal-ħaddiema (2024/2952(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kambodja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-ispazju ċiviku tal-Kambodja ilu jonqos mill-2017, peress li l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet tal-Kambodja allinjati mal-gvern għandhom fil-mira lit-trejdjunjins, l-oppożizzjoni politika, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-ħaddiema u d-difensuri tal-ambjent, inklużi “CENTRAL” (iċ-Ċentru għall-Alleanza tax-Xogħol u tad-Drittijiet tal-Bniedem), Equitable Cambodia (il-Kambodja Ekwa) u Mother Nature Cambodia (In-Natura Omm Kambodja);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi CENTRAL ippubblika evalwazzjoni tal-programm tal-ILO “Better Factories Cambodia” (Kambodja b’Fabbriki Aħjar) li ħarġet fid-dieher il-ksur mifrux tal-libertà ta’ assoċjazzjoni, in-nonkonformità mal-istandards internazzjonali tax-xogħol u l-isforzi tal-gvern biex issikket l-ilħna indipendenti; billi wara dan ir-rapport, CENTRAL u l-maniġer tal-programmi tagħha, Khun Tharo, iffaċċjaw theddid legali u fastidju bla bażi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna t-tnaqqis tal-ispazju ċiviku fil-Kambodja; jitlob il-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi, l-attivisti u l-ġurnalisti kollha – inkluż il-ġurnalist rebbieħ tal-premju Mech Dara – u tad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem u atturi oħra tas-soċjetà ċivili miżmuma fuq akkużi motivati politikament; jitlob il-waqfien immedjat ta’ kull repressjoni u fastidju mmirati lejn l-atturi tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Kambodja jneħħu l-akkużi kollha motivati politikament kontra CENTRAL u l-membri tagħha, iwaqqfu l-awditi u l-kampanji ta’ malafama motivati politikament, u jirrispettaw ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi Equitable Cambodia u Mother Nature Cambodia, fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet tal-bniedem u fid-difiża tal-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kambodja jemendaw il-Liġi tat-Trejdjunjins, il-Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti oħra biex jallinjawhom mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħaddiema u tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-kumpaniji li joperaw fl-UE li jfornu ruħhom mill-Kambodja jwettqu diliġenza dovuta bir-reqqa fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fil-ktajjen tal-provvista tagħhom, filwaqt li jiżguraw prattiki ta’ provenjenza tal-forniment responsabbli u jisfruttaw bis-sħiħ l-influwenza tagħhom biex jippromwovu u jiddefendu d-drittijiet tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-bidliet fil-preferenzi tariffarji (fl-ambitu tal-iskema Kollox Minbarra Armi) abbażi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Gvern tal-Kambodja fir-rigward tar-rimedjar u l-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll jibagħtu messaġġ ċar li t-titjib tad-drittijiet tal-bniedem u s-salvagwardja tal-libertajiet tas-soċjetà ċivili huma prekundizzjonijiet għall-kooperazzjoni ekonomika, il-kummerċ u l-investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jesploraw u jimpenjaw ruħhom fl-adozzjoni ta’ strumenti multilaterali ambizzjużi u effettivi dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali jieħdu azzjoni immedjata u effettiva, inklużi sanzjonijiet immirati kontra dawk responsabbli għar-repressjoni politika, biex jagħmlu pressjoni fuq il-Gvern tal-Kambodja sakemm jinħelsu l-priġunieri politiċi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jżidu l-forom kollha ta’ appoġġ, inkluż l-appoġġ finanzjarju, għas-soċjetà ċivili tal-Kambodja u jipprovdu protezzjoni lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u lill-membri tal-oppożizzjoni ppersegwitati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet tal-Kambodja u lis-segretarjat tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>