<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0054</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-deterjorament tal-kriżi demokratika tal-Georgia wara l-elezzjonijiet parlamentari reċenti u l-allegata frodi elettorali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0179, 0180, 0182, 0183 u 0184/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Novembru 2024 dwar id-deterjorament tal-kriżi demokratika tal-Georgia wara l-elezzjonijiet parlamentari reċenti u l-allegata frodi elettorali (2024/2933(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Georgia, b’mod partikolari dik tad-9 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-rigress demokratiku u t-theddid għall-pluraliżmu politiku fil-Georgia<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2024)0017.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/494/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-sejbiet preliminari u l-konklużjonijiet tal-missjoni internazzjonali ta’ osservazzjoni elettorali (MIOE) li tmexxiet mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (l-ODIHR tal-OSKE) dwar l-elezzjonijiet parlamentari li saru fil-Georgia fis-26 ta’ Ottubru 2024 u d-dikjarazzjoni mill-Kap tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-osservazzjoni elettorali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Josep Borrell, tad-29 ta’ Ottubru 2024, dwar l-aħħar żviluppi wara l-elezzjonijiet parlamentari fil-Georgia, u d-dikjarazzjoni konġunta mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2024 dwar l-elezzjonijiet parlamentari fil-Georgia,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta minn Emmanuel Macron, President tar-Repubblika Franċiża, Olaf Scholz, Kanċillier tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Donald Tusk, Prim Ministru tar-Repubblika tal-Polonja dwar is-sitwazzjoni fil-Georgia tas-7 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-President tad-Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest tat-28 ta’ Ottubru 2024 dwar l-elezzjonijiet parlamentari fil-Georgia,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-ministri tal-UE tat-28 ta’ Ottubru 2024 dwar l-elezzjonijiet fil-Georgia,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Grupp ta’ Ħbieb tal-Georgia, li jirrappreżenta l-parlamenti Ewropej, tas-6 ta’ Novembru 2024, bit-titolu “On international inquiry commission to investigate irregularities of elections in Georgia” (Dwar kummissjoni ta’ inkjesta internazzjonali biex tinvestiga l-irregolaritajiet tal-elezzjonijiet fil-Georgia),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istatus tal-Georgia bħala pajjiż kandidat tal-UE, li ngħata mill-Kunsill Ewropew fis-Summit tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “2024 Communication on EU enlargement policy” (Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE) (COM(2024)0690), li tinkludi l-ewwel rapport ta’ progress dwar il-Georgia,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fis-26 ta’ Ottubru 2024 saru l-elezzjonijiet parlamentari fil-Georgia; billi x-xhur li wasslu għall-elezzjonijiet kienu kkaratterizzati minn attakki sinifikanti fuq id-demokrazija fil-Georgia, bħall-adozzjoni rapida ta’ leġiżlazzjoni antidemokratika kkritikata min-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (il-Kummissjoni ta’ Venezja), u l-UE; billi l-perjodu ta’ qabel l-elezzjoni naqas milli jissodisfa l-istandards demokratiċi minħabba azzjonijiet mill-partit fil-gvern Ħolma Georgjana u mill-awtoritajiet li rawmu klima ta’ biża’, inkluż permezz tal-arresti, it-tfittxijiet fid-djar u l-intimidazzjoni tal-politiċi tal-oppożizzjoni, il-mexxejja tas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti, ir-riċerkaturi u persuni oħra kritiċi tal-gvern, u l-vjolenza mwettqa fil-konfront tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, matul il-kampanja, il-partit fil-gvern Ħolma Georgjana sfrutta l-biża’ naturali tas-soċjetà Georgjana mill-gwerra billi tenna li huwa kien il-“partit tal-paċi”, u sostna li l-oppożizzjoni kienet allegatament se tkaxkar lill-pajjiż fi gwerra mar-Russja fuq ordni mill-Punent, u uża t-teorija ta’ komplott “Partit Globali tal-Gwerra”; billi l-mexxejja tal-Federazzjoni Russa u l-propagandisti tagħha appoġġjaw b’mod miftuħ lill-partit Ħolma Georgjana kemm qabel kif ukoll wara l-elezzjonijiet; billi l-mexxejja ewlenin tal-partit fil-gvern għamlu dikjarazzjonijiet pubbliċi matul il-kampanja fejn esprimew l-intenzjoni tagħhom li jipprojbixxu lill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni wara l-elezzjonijiet, u dan qajjem tħassib dwar l-ekwità u l-inklużività tal-proċess politiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-elezzjonijiet parlamentari tal-Georgia tas-26 ta’ Ottubru 2024 offrew għażla ta’ kandidati iżda kienu vvizzjati b’irregolaritajiet serji, rapporti dokumentati ta’ manipulazzjoni tal-vot u t-trażżin tal-libertajiet tal-votanti, b’mod partikolari permezz tax-xiri tal-voti, il-fastidju tal-osservaturi, it-tneħħija tal-media mill-postijiet tal-votazzjoni, l-intimidazzjoni tal-votanti ġewwa u barra l-postijiet tal-votazzjoni, it-traċċar tal-votanti u l-konfiska tad-dokumenti tal-identità f’żoni rurali, li mbagħad ingħataw lil attivisti leali tal-partit fil-gvern biex jivvutaw, it-trasport organizzat tal-votanti, id-diskors ta’ mibegħda, l-aċċess insuffiċjenti taċ-ċittadini Georgjani għall-votazzjoni barra mill-pajjiż, u d-differenzi improbabbli fil-parteċipazzjoni elettorali tan-nisa u tal-irġiel f’żoni rurali; billi l-impjegati tas-settur pubbliku u r-riċevituri tal-benefiċċji soċjali ffaċċjaw pressjoni biex jappoġġjaw lill-partit fil-gvern;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-osservaturi internazzjonali nnotaw l-approfondiment tad-diviżjonijiet politiċi u żbilanċ sinifikanti fl-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, kif ukoll il-ħafna vantaġġi li jgawdi l-partit fil-gvern, u dan kollu jrendi l-kundizzjonijiet diġà mhux ekwi saħansitra aktar mhux ekwi; billi l-effettività tas-sorveljanza finanzjarja tal-kampanja kienet imminata minn infurzar limitat u tħassib dwar l-imparzjalità u l-istrumentalizzazzjoni politika tal-korp ta’ sorveljanza;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-elezzjonijiet parlamentari tal-Georgia tas-26 ta’ Ottubru 2024 immarkaw l-ewwel użu sħiħ mill-pajjiż ta’ sistema proporzjonali, b’apparat elettroniku għall-identifikazzjoni tal-votanti u għall-għadd tal-voti; billi dawn it-teknoloġiji qajmu tħassib dwar it-trasparenza, is-segretezza tal-votanti u n-nuqqas ta’ verifika indipendenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-emendi reċenti għall-Kodiċi Elettorali, inkluża t-tneħħija tal-kwoti tal-ġeneru, biddlu l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali u, flimkien mal-promulgazzjoni tal-“liġi dwar it-trasparenza tal-influwenza barranija”, illimitaw il-libertajiet fundamentali, stigmatizzaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mminaw l-integrità tal-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi missjonijiet indipendenti ta’ osservazzjoni elettorali Georgjani rrispettati kkonkludew li t-taħlita ta’ koerċizzjoni qabel l-elezzjoni, manipulazzjoni f’jum l-elezzjoni u aċċess ristrett għall-osservaturi kienet tfisser li l-elezzjonijiet ma kinux jirriflettu r-rieda vera tal-poplu Georgjan; billi s-sistema ta’ konfiska tal-karti tal-identità, ġbir tad-data u preżenza mhux awtorizzata ħolqot ambjent koerċittiv, u dan saħħaħ il-kompliċità tal-atturi statali fl-iffaċilitar tal-frodi elettorali; billi l-prinċipju ta’ segretezza tal-votanti nkiser b’mod wiesa’ dakinhar tal-elezzjoni; billi l-elezzjonijiet ġew imbagħbsa permezz ta’ taħlita ta’ intimidazzjoni tal-votanti, ostruzzjoni tal-osservazzjoni u manipulazzjoni tal-proċeduri tal-votanti, u ma jistgħux jitqiesu liberi u ekwi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-anomaliji mifruxa fil-parteċipazzjoni elettorali u fis-sehem tal-voti favur il-partit fil-gvern kienu konsistenti ma’ ħafna rapporti ta’ prattiki elettorali ħżiena;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi kważi kull stħarriġ tal-opinjoni li sar qabel l-elezzjoni kien jissuġġerixxi li l-partit Ħolma Georgjana ma kienx se jikseb il-maġġoranza; billi d-diskrepanza bejn l-istħarriġ tal-opinjoni li sar qabel l-elezzjoni u r-riżultati elettorali rrappurtati mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ma tistax tiġi spjegata minn marġni ta’ żball statistiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-President tal-Georgia, Salome Zourabichvili, ikkundannat pubblikament l-elezzjonijiet bħala mbagħbsa, irrifjutat li tirrikonoxxi l-validità tar-riżultat, u talbet investigazzjoni internazzjonali u elezzjonijiet ġodda; billi l-President affermat li r-rikonoxximent tal-eżitu jkun ekwivalenti għal “aċċettazzjoni tat-tjassir tal-Georgia mir-Russja” u ddeskriviet il-proċess elettorali bħala “operazzjoni speċjali Russa”; billi l-erba’ koalizzjonijiet tal-oppożizzjoni li qabżu l-limitu elettorali ma aċċettawx ir-riżultati tal-elezzjoni u rrifjutaw li jilleġittimizzaw il-parlament riżultanti; billi tliet blokok tal-oppożizzjoni – il-Moviment Nazzjonali Magħqud, il-Koalizzjoni Georgia b’Saħħitha, il-Koalizzjoni għall-Bidla u Gakharia għall-Georgia – ma aċċettawx il-mandati parlamentari tagħhom u rrifjutaw li jissieħbu fil-11-il konvokazzjoni tal-parlament, għax sostnew li l-elezzjonijiet parlamentari tas-26 ta’ Ottubru 2024 kienu illeġittimi; billi fit-13 ta’ Novembru 2024, il-Prim Ministru Georgjan Kobakhidze, filwaqt li rrepeta d-dikjarazzjonijiet li għamel f’Awwissu, tenna l-pjanijiet li jipprojbixxi b’mod kostituzzjonali lill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni jekk dawn jirrifjutaw li jaċċettaw il-mandati parlamentari tagħhom; billi l-Georgia għalhekk tinsab fi kriżi kostituzzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-parlament il-ġdid tlaqqa’ fil-25 ta’ Novembru 2024 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membri tal-oppożizzjoni; billi l-President Salome Zourabichvili ddikjarat, b’referenza għas-sessjoni inawgurali tal-parlament, li “llum il-parlament tal-Georgia m’għadux jeżisti” peress li l-partit Ħolma Georgjana “kkalpesta l-kostituzzjoni”;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, fid-dikjarazzjoni tiegħu wara l-elezzjonijiet, il-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà fakkar li l-osservaturi internazzjonali ma kinux iddikjaraw l-elezzjonijiet liberi u ekwi, talab li jsiru investigazzjoni u inkjesta trasparenti dwar l-irregolaritajiet u l-pressjoni u l-intimidazzjoni tal-votanti, u enfasizza l-ħtieġa li titreġġa’ lura t-tendenza ta’ erożjoni demokratika fil-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orbán, ivvjaġġa lejn Tbilisi biex jifraħ lill-partit Ħolma Georgjana qabel ma ġew ippubblikati r-riżultati finali tal-elezzjoni u mingħajr ma l-ewwel ikkonsulta mexxejja oħra tal-UE, u kien l-uniku mexxej tal-UE li għamel dan;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Georgia ppreżentaw ilmenti quddiem il-qorti u talbu li jsiru investigazzjonijiet dwar frodi elettorali, għalkemm f’ħafna każijiet il-korpi investigattivi ma nedewx inkjesti u ma eżaminawx kif xieraq il-ksur; billi l-Kummissjoni Elettorali Ċentrali s’issa rrifjutat li tippubblika l-awditu kkummissjonat dwar is-sistema tal-votazzjoni elettronika, u ċċertifikat ir-riżultati tal-elezzjonijiet, minkejja l-irregolaritajiet imsemmija hawn fuq;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-azzjoni legali mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Georgjani ġiet segwita minn miżuri punittivi mill-awtoritajiet kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inklużi taħrikiet mhux ġustifikati għal interrogazzjoni u multi kbar talli tkellmu dwar il-frodi elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-qrati Georgjani komplew jipproċessaw malajr u jiċħdu, bil-massa, il-kawżi mressqa mill-partiti politiċi tal-oppożizzjoni u mill-osservaturi lokali li allegaw irregolaritajiet fil-votazzjoni, filwaqt li ċaħdu l-mozzjonijiet biex jittellgħu x-xhieda u l-mozzjonijiet li jobbligaw lill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tgħaddi r-rekords tal-kunsinna u tal-wasla tal-markaturi u tad-dokumenti akkwistati u użati għall-votazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi fis-16 ta’ Novembru 2024, minkejja diversi lmenti u talbiet minn osservaturi elettorali indipendenti biex ir-riżultati jiġu annullati, il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Georgia ħabbret il-minuti sommarji finali tal-elezzjonijiet parlamentari tas-26 ta’ Ottubru 2024, u tat ir-rebħa lill-partit Ħolma Georgjana, bi 53.92 % tal-voti;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi fit-28 ta’ Ottubru 2024 faqqgħu għall-ewwel darba l-protesti fi Tbilisi, b’eluf ta’ nies jinġabru biex jikkontestaw il-leġittimità tar-rebħa ddikjarata tal-partit fil-gvern; billi d-dimostrazzjonijiet komplew fl-4 ta’ Novembru 2024, u kibru fid-daqs u fl-intensità tagħhom; billi l-pulizija kkontrollat bil-forza d-dimostrazzjonijiet fi Tbilisi billi użat vjolenza sproporzjonata kontra l-ġurnalisti u l-protestanti paċifiċi, u arrestat bosta dimostranti;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 78 tal-Kostituzzjoni tal-Georgia, “il-korpi kostituzzjonali għandhom jieħdu l-miżuri kollha fl-ambitu tal-kompetenzi tagħhom biex jiżguraw l-integrazzjoni sħiħa tal-Georgia fl-Unjoni Ewropea u fl-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana”;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-Georgia, bħala pajjiż kandidat tal-UE, għandha tikkonforma bis-sħiħ mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tissodisfa d-disa’ passi stabbiliti fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023; billi, għalkemm il-Kunsill Ewropew ta l-istatus ta’ kandidat lill-Georgia f’Diċembru 2023, il-proċess ta’ adeżjoni tagħha mal-UE minn dak iż-żmien ’l hawn twaqqaf<STRING ITALIC="on">de facto</STRING>minħabba l-azzjoni meħuda mill-Gvern tal-Georgia mir-rebbiegħa tal-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-oligarka Bidzina Ivanishvili, il-mexxej tal-partit Ħolma Georgjana, li jeżerċita wkoll influwenza konsiderevoli fuq l-ekonomija tal-Georgia, kellu rwol determinanti fir-rigress demokratiku tal-pajjiż u fl-imminar tal-orjentazzjoni Ewro-Atlantika tiegħu li xxaqleb favur ir-Russja;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-Georgia, pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE, organizzat elezzjonijiet parlamentari fis-26 ta’ Ottubru 2024 li ma rrispettawx l-istandards internazzjonali għal elezzjonijiet demokratiċi jew l-impenji tagħha bħala membru tal-OSKE biex twettaq elezzjonijiet liberi u ekwi; jenfasizza li l-ksur tal-integrità elettorali huwa inkompatibbli mal-istandards mistennija minn pajjiż kandidat tal-UE; jenfasizza l-fatt li t-tmexxija tal-elezzjoni kienet manifestazzjoni ulterjuri tar-rigress demokratiku kontinwu li għalih il-partit fil-gvern huwa kompletament responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-ksur elettorali numeruż u serju, inklużi każijiet dokumentati ta’ intimidazzjoni, manipulazzjoni tal-voti, tiswijiet tal-vot, interferenza mal-osservaturi elettorali u mal-media, manipulazzjoni rrapportata li tinvolvi magni tal-votazzjoni elettronika li ppermettew voti multipli għal kull dokument tal-identità, żbilanċi sinifikanti fir-riżorsi finanzjarji, il-vantaġġi tas-setgħa fil-kariga u nuqqas ta’ investigazzjoni ta’ irregolaritajiet proċedurali serji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-frodi elettorali estensiva rrapportata timmina l-integrità tal-proċess elettorali, il-leġittimità tar-riżultati u l-fiduċja tal-pubbliku fi kwalunkwe gvern ġdid, u li r-riżultati ma jservux bħala rappreżentanza affidabbli tar-rieda tal-poplu Georgjan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi l-kundanna qawwija mill-President tal-Georgia Salome Zourabichvili tal-elezzjonijiet bħala mbagħbsa u d-deċiżjoni tagħha li ma tirrikonoxxix ir-riżultati; japprezza l-isforzi li saru mill-President tal-Georgia Salome Zourabichvili biex tmexxi l-pajjiż lura lejn triq demokratika u Ewropea tal-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iqis li, peress li l-leġittimità tal-vot ġiet imminata serjament mill-iskala tal-ksur, il-komunità internazzjonali ma għandhiex tirrikonoxxi r-riżultati tal-elezzjoni; jiċħad, għalhekk, kwalunkwe rikonoxximent tal-elezzjonijiet parlamentari u jappella li dawn jerġgħu jsiru mill-ġdid fi żmien sena, bil-proċess jitwettaq f’ambjent elettorali aħjar minn awtorità elettorali nazzjonali indipendenti u imparzjali, taħt superviżjoni internazzjonali stretta, sabiex jiġi żgurat proċess elettorali ġenwinament ġust u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappoġġja l-appell għal investigazzjoni internazzjonali indipendenti u trasparenti dwar l-allegazzjonijiet ta’ manipulazzjoni elettorali, l-intimidazzjoni tal-votanti u l-ksur sistemiku, li ġew irrapportati li seħħew fil-perjodu ta’ qabel l-elezzjoni u f’jum l-elezzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li jibgħat missjoni teknika fil-Georgia; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jistabbilixxu mandat ta’ missjoni wiesa’ li jmur lil hinn mil-limitazzjonijiet tal-qafas u l-metodoloġija ta’ osservazzjoni elettorali tal-OSKE, li huwa differenti b’mod sinifikanti mill-metodoloġija ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE, minħabba li l-metodoloġija tal-OSKE mhijiex dejjem kapaċi tkopri b’mod adegwat dak kollu li jseħħ f’pajjiż qabel il-jum tal-elezzjoni, b’mod partikolari f’pajjiżi bħall-Georgia fejn hemm sistema stabbilita sew ta’ pressjoni fuq l-uffiċjali pubbliċi, intimidazzjoni tal-votanti u ostruzzjoni tal-osservaturi tal-elezzjoni lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar is-sekwestru mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ apparat ta’ verifika tal-votanti u ta’ dokumentazzjoni elettorali; jistieden lill-awtoritajiet jippermettu l-verifika mill-votanti tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-elezzjonijiet skont l-ogħla standards ta’ protezzjoni tad-data; jissottolinja l-importanza li tiġi ssalvagwardjata d-data kollha relatata mal-elezzjoni u li din issir aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, minħabba li jista’ jkun fiha evidenza ewlenija ta’ kwalunkwe irregolarità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar it-tkeċċija koordinata mill-istituzzjonijiet ġudizzjarji Georgjani ta’ bosta lmenti ta’ frodi u manipulazzjoni elettorali u dwar kif il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali naqset kompletament milli tinvestiga kwalunkwe inċident elettorali rrapportat; iqis li, billi ma jwieġbux għat-tħassib ġenwin fis-soċjetà u għar-rapporti minn osservaturi lokali u internazzjonali, l-awtoritajiet Georgjani qegħdin imexxu intenzjonalment lill-pajjiż lejn kriżi politika lokali u lejn stat ta’ iżolament internazzjonali mis-sħab demokratiċi tal-Georgia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jesprimi tħassib kbir dwar it-tnaqqis sinifikanti fir-rappreżentanza politika tan-nisa fil-Georgia, li huwa aggravat mill-abolizzjoni tal-kwoti tal-ġeneru, u jappella li jsiru bidliet leġiżlattivi biex tiġi mħeġġa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimponu sanzjonijiet personali fuq l-uffiċjali u l-mexxejja politiċi fil-Georgia li huma responsabbli għar-rigress demokratiku, il-ksur tal-liġijiet u l-istandards elettorali, l-abbużi amministrattivi u l-użu ħażin tal-istituzzjonijiet tal-istat, bħall-Prim Ministru Irakli Kobakhidze, is-Sindku ta’ Tbilisi u s-Segretarju Ġenerali tal-partit Ħolma Georgjana fil-gvern Kakha Kaladze, l-Ispeaker tal-Parlament tal-Georgia Shalva Papuashvili, u l-president tal-partit Ħolma Georgjana Irakli Garibashvili, u jestendu dawn is-sanzjonijiet għall-imħallfin li jagħtu sentenzi politikament motivati; itenni bil-qawwa l-appell tiegħu lill-Kunsill u lis-sħab demokratiċi tal-UE biex jimponu sanzjonijiet personali immedjati u mmirati fuq Bidzina Ivanishvili u jiffriżaw l-assi tiegħu kollha fi ħdan l-UE għar-rwol tiegħu fl-imminar tal-proċess politiku fil-Georgia u talli aġixxa kontra l-interessi ddikjarati mill-kostituzzjoni tal-pajjiż, inklużi l-isforzi biex tiġi restawrata l-isfera ta’ influwenza tar-Russja fuq il-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li r-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa vitali għall-parametri referenzjarji tal-UE għal-liberalizzazzjoni tal-viża u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrieżaminaw l-istatus ta’ mingħajr viża tal-Georgia, bil-possibbiltà ta’ sospensjoni jekk jitqies li l-istandards tal-UE dwar il-governanza u l-libertajiet demokratiċi mhumiex qed jiġu rrispettati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>	Jappella lill-UE tillimita serjament il-kuntatti formali fil-livell tal-UE mal-Gvern u l-Parlament tal-Georgia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jikkundanna ż-żjara tal-Prim Ministru Ungeriż Orbán fil-Georgia bħala ksur tal-pożizzjoni tal-UE u saħansitra tentattiv ieħor biex tiġi mminata l-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE; jenfasizza li, għal darb’oħra, il-Prim Ministru Orbán ma tkellimx f’isem l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifakkar li, bħala riżultat tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni antidemokratika ġdida, bħal-liġi dwar it-trasparenza tal-influwenza barranija u l-liġi dwar il-valuri tal-familja u l-protezzjoni tal-minorenni, il-proċess tal-integrazzjoni tal-Georgia fl-UE ġie sospiż b’mod effettiv; ifakkar li l-UE ffriżat ukoll l-allokazzjoni ta’ fondi lill-Georgia; jissottolinja li r-rigress demokratiku kontinwu fil-Georgia mhuwiex biss żvilupp deplorevoli, meta wieħed iqis li l-Georgia xi darba kienet pijuniera tal-aspirazzjonijiet Ewro-Atlantiċi, iżda jeħtieġ ukoll li titreġġa’ lura u li tali partijiet mil-liġi antidemokratika jitħassru sabiex ir-relazzjonijiet tal-pajjiż mal-UE jerġgħu jaqbdu t-triq it-tajba; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ambjent politiku fil-Georgia jindika bidla awtoritarja mill-partit fil-gvern u jittradixxi l-aspirazzjonijiet favur l-Ewropa tal-poplu Georgjan; itenni l-appoġġ sod tiegħu għall-iżvilupp demokratiku tal-Georgia u għall-aspirazzjonijiet Ewro-Atlantiċi tal-poplu tagħha; ifakkar lill-gvern Georgjan li l-maġġoranza kbira tal-popolazzjoni tappoġġja b’mod qawwi l-perkors tal-pajjiż favur il-Punent u l-adeżjoni tiegħu mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinsab allarmat bl-ambjent ta’ intimidazzjoni u polarizzazzjoni xprunat mid-dikjarazzjonijiet li saru mir-rappreżentanti tal-Gvern tal-Georgia u mill-mexxejja politiċi, kif ukoll bl-attakki kontra l-pluraliżmu politiku, inkluż permezz ta’ theddid biex jiġu pprojbiti l-partiti tal-oppożizzjoni, jiġu arrestati l-mexxejja tagħhom u saħansitra ċ-ċittadini komuni li jappoġġjawhom, u jsikktu n-nuqqas ta’ qbil; iwissi lill-awtoritajiet Georgjani li kwalunkwe tentattiv biex jiġu pprojbiti partiti politiċi stabbiliti legalment jista’ jbiegħed lill-Georgia mill-UE u jagħmel kwalunkwe pass lejn l-adeżjoni mal-UE impossibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-interferenza sistematika tar-Russja fil-proċessi demokratiċi fil-Georgia, inkluż permezz ta’ intimidazzjoni fil-konfront tal-votanti, xiri tal-voti u diżinformazzjoni, bħat-teorija ta’ komplott “Partit Globali tal-Gwerra”; jiddeplora n-narrativi ta’ diżinformazzjoni mxerrda u amplifikati mill-uffiċjali tal-partit fil-gvern u mill-media affiljata mal-Gvern fil-perjodu ta’ żmien tat-tħejjija għall-elezzjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jiżguraw informazzjoni u komunikazzjoni bbażati fuq il-fatti, iżommu lura mill-propaganda kontra l-UE li tmur kontra l-għan iddikjarat tal-adeżjoni mal-UE, u jsaħħu r-reżiljenza tas-soċjetà tal-Georgia għad-diżinformazzjoni u l-propaganda tar-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar li l-Kunsill Ewropew ta lill-Georgia l-istatus ta’ kandidat fis-summit tiegħu tal-14 u tal-15 ta’ Diċembru 2023 bil-fehim li jittieħdu l-passi rilevanti kif stabbilit fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023; jisħaq li l-elezzjonijiet parlamentari reċenti jmorru b’mod ċar kontra din l-ambizzjoni; jaqbel mal-valutazzjoni ppreżentata fil-Pakkett tat-Tkabbir tal-2024 tal-Kummissjoni, li tiddikjara li l-proċess ta’ adeżjoni tal-Georgia mal-UE għandu jitwaqqaf b’mod indefinit b’riżultat tar-rigress demokratiku mibdi mill-Gvern Georgjan; jissottolinja li l-politiki implimentati mill-partit Ħolma Georgjana huma inkompatibbli mal-integrazzjoni Ewro-Atlantika tal-Georgia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>	Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-aspirazzjonijiet Ewropej leġittimi tan-nies tal-Georgia u għax-xewqa tagħhom li jgħixu f’pajjiż prosperu u demokratiku, liberu mill-korruzzjoni, li jirrispetta bis-sħiħ il-libertajiet fundamentali, jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u jiggarantixxi soċjetà miftuħa, media indipendenti u elezzjonijiet liberi u ekwi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Georgjani jiggarantixxu d-dritt ta’ għaqda liċ-ċittadini u jżommu lura milli jużaw il-forza mhux iġġustifikata kontrihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-VP/RGħ il-ġdid iwettqu rieżami komprensiv u bidla radikali fil-politika tal-UE fir-rigward tal-Ġeorġja; jitlob lill-Kummissjoni tuża l-EUR 120 miljun iffriżati, oriġinarjament maħsuba bħala appoġġ għall-awtoritajiet Georgjani, biex ittejjeb l-appoġġ tal-UE lis-soċjetà ċivili tal-Georgia, b’mod partikolari lis-settur mhux governattiv u lill-media indipendenti, li qed jispiċċaw dejjem aktar taħt pressjoni bla bżonn mill-partit politiku fil-gvern u mill-awtoritajiet, kif ukoll sabiex jappoġġjaw programmi li jippromwovu r-reżiljenza demokratika u l-integrità elettorali; jilqa’ l-proposta tal-VP/RGħ Borrell biex jagħmel dan; jappella li l-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE jiġu aġġustati biex jitqiesu l-ħtiġijiet li jirriżultaw f’ambjent aktar ostili u antidemokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Itenni bil-qawwa t-talba urġenti tiegħu għall-ħelsien immedjat tal-eks President Mikheil Saakashvili minħabba raġunijiet umanitarji; jenfasizza li l-Gvern tal-Georgia jġorr ir-responsabbiltà sħiħa u inkontestabbli għall-ħajja, is-saħħa, is-sikurezza u l-benesseri tal-eks President Mikheil Saakashvili u jrid jinżamm kompletament responsabbli għal kwalunkwe ħsara li tiġrilu; itenni t-talba tiegħu lill-President Salome Zourabichvili biex tuża d-dritt kostituzzjonali tagħha sabiex tagħtih maħfra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Georgia.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>