<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0055</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tisħiħ tal-appoġġ konsistenti tal-UE lill-Ukrajna kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u ż-żieda fil-kooperazzjoni militari bejn il-Korea ta’ Fuq u r-Russja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0191, 0192, 0193, 0198 u 0200/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Novembru 2024 dwar it-tisħiħ tal-appoġġ konsistenti tal-UE lill-Ukrajna kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u ż-żieda fil-kooperazzjoni militari bejn il-Korea ta’ Fuq u r-Russja (2024/2940(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukrajna u r-Russja, b’mod partikolari dawk tas-17 ta’ Lulju 2024 dwar il-ħtieġa tal-appoġġ kontinwu tal-UE għall-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6129, 22.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6129/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u tad-19 ta’ Settembru 2024 dwar l-appoġġ finanzjarju u militari kontinwu lill-Ukrajna mill-Istati Membri tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2024)0012.</FIELD></FOOTNOTE>, u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Konvenzjonijiet ta’ The Hague, il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-protokolli addizzjonali tagħhom, u l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Att Finali ta’ Helsinki, il-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida u l-Memorandum ta’ Budapest dwar il-Garanziji ta’ Sigurtà,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament (UE) 2024/2773 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self għall-Ukrajna u li jipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2773, 28.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2773/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u forom oħra ta’ appoġġ tal-UE lill-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Korea Cho Tae-yul u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Josep Borrell tal-4 ta’ Novembru 2024, dwar il-Kooperazzjoni bejn ir-RDPK u r-Russja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskors tal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy lill-Parlament Ewropew fid-19 ta’ Novembru 2024, li jimmarka 1 000 jum mill-invażjoni fuq skala sħiħa tar-Russja tal-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Korea ta’ Fuq, inkluża r-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-14 ta’ Ottubru 2006,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana tat-8 ta’ Novembru 2024 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea tal-2010,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2 u 4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-Russja ilha mill-24 ta’ Frar 2022 twettaq gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u inġustifikata kontra l-Ukrajna, b’kontinwazzjoni tal-aggressjoni preċedenti tagħha mill-2014, inkluża l-annessjoni illegali tal-Krimea u l-okkupazzjoni ta’ partijiet mir-reġjuni ta’ Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson,  u tikser b’mod persistenti, sfaċċat u gravi l-prinċipji tal-Karta tan-NU u tad-dritt umanitarju internazzjonali, kif stabbilit mill-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-forzi tar-Russja attakkaw b’mod sistematiku u mhux diskriminatorju ż-żoni residenzjali u l-infrastruttura ċivili, u dan ikkawża l-imwiet ta’ eluf ta’ ċivili Ukreni u l-qerda ta’ proprjetà pubblika u privata; billi l-forzi Russi huma responsabbli għad-deportazzjonijiet u għall-għajbien furzati, inkluż tat-tfal, għall-priġunerija illegali, għat-tortura, għall-eżekuzzjonijiet ta’ ċivili, ta’ suldati u ta’ priġunieri tal-gwerra, u għall-atti ta’ terroriżmu, inkluż l-użu ta’ vjolenza sesswali u ta’ stupru tal-massa bħala armi tal-gwerra, u jkomplu jbiddlu l-kompożizzjoni etnika tat-territorji okkupati tal-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-Russja eskalat l-attakki mill-ajru tagħha kontra l-Ukrajna, u użat għadd sinifikanti ta’ missili u droni kontra l-infrastruttura tal-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni tal-elettriku madwar il-pajjiż kollu, u dan wassal għall-qtugħ fl-enerġija u l-ħtieġa li jittieħdu miżuri ta’ razzjonar mal-pajjiż kollu mħabbra minn Ukrenergo, il-fornitur primarju tal-elettriku tal-Ukrajna, biex jistabbilizzaw is-sistema tal-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha jinsabu f’solidarjetà mal-Ukrajna, billi impenjaw appoġġ umanitarju, finanzjarju u militari sinifikanti biex jgħinu d-difiża tal-Ukrajna sakemm din tkun tista’ tirbaħ u tirkupra; billi, madankollu, għad hemm livell insuffiċjenti ta’ għajnuna militari kemm f’termini ta’ kwalità u kemm ta’ kwantità kif ukoll dewmien fil-kunsinna effettiva ta’ armi u munizzjon lill-Ukrajna wara li jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kunsinna; billi għadd sinifikanti tas-sistemi li l-Ukrajna kellha tirċievi wara d-deċiżjoni meħuda fis-Summit tan-NATO għadhom ma ġewx fornuti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi għadd ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-Iran, il-Korea ta’ Fuq u l-Belarussja, ipprovdew lir-Russja kunsinni sostanzjali ta’ armi u munizzjon, u l-Belarussja ppermettiet lir-Russja tuża t-territorju tagħha biex attakka lill-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi t-Trattat dwar Sħubija Strateġika Komprensiva bejn ir-Russja u l-Korea ta’ Fuq, iffirmat fit-18 ta’ Ġunju 2024, jagħti mandat għal assistenza militari reċiproka, inkluż appoġġ nukleari u konvenzjonali, f’każ ta’ aggressjoni armata, u b’hekk jissaħħu r-rabtiet militari bejn iż-żewġ nazzjonijiet; billi dan l-iżvilupp jgħaqqad sfidi sinifikanti għas-sigurtà kemm fl-Asja kif ukoll fl-Ewropa, filwaqt li jkompli jikkomplika l-istabbiltà globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Korea ta’ Fuq u r-Russja eskalaw b’mod dirett il-kunflitt fl-Ukrajna bl-iskjerament ta’ truppi Nord Koreani flimkien mal-forzi Russi, li jimmarka espansjoni perikoluża tal-gwerra, b’implikazzjonijiet serji għas-sigurtà reġjonali u globali; billi t-trasferimenti tal-armi tal-Korea ta’ Fuq lejn ir-Russja, inkluż il-forniment ta’ munizzjon u tagħmir militari, jikkostitwixxu ksur ċar tas-sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU mmirati lejn il-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tal-armi mill-Korea ta’ Fuq;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-President Ukren Volodymyr Zelenskyy irrapporta li 11 000 suldat Nord Koreani diġà ġew skjerati qrib il-fruntieri tal-Ukrajna, u dan il-kontinġent potenzjalment jista’ jkompli jiżdied; billi l-Korea ta’ Fuq, bi skambju għall-forniment ta’ munizzjon u truppi, tirċievi ikel, żejt u flus tant meħtieġa mir-Russja, u possibbilment assistenza fl-iżvilupp ta’ għarfien dwar l-armi nukleari u t-teknoloġija tal-missili;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Korea ta’ Fuq eskalat it-theddid tagħha, abbandunat il-politika tagħha ta’ unifikazzjoni u kompliet il-provokazzjonijiet fir-reġjun, b’mod partikolari permezz ta’ testijiet ta’ missili u dimostrazzjonijiet militari, li jżidu r-riskju ta’ kunflitt militari u jimminaw l-isforzi għal riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt Korean;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi allegatament il-forzi armati tar-Russja rreklutaw mijiet ta’ merċenarji Houthi Jemeniti biex jiġġieldu fil-kunflitt fl-Ukrajna, iffaċilitati minn operazzjoni ta’ traffikar misterjuża li turi r-rabtiet dejjem akbar bejn Moska u l-grupp tar-ribelli Houthi;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Iran ittrasferixxa kunsinni ta’ missili ballistiċi għal użu fuq medda qasira Fath-360 lejn ir-Russja; billi l-UE, Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit introduċew sett ġdid ta’ sanzjonijiet kontra l-Iran b’rispons għal dan;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi ċ-Ċina llum hija l-akbar fornitur ta’ oġġetti b’użu doppju u oġġetti militari li jsostnu l-bażi militari tar-Russja u l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna; billi l-UE għandha evidenza konklużiva li d-droni armati qed jiġu prodotti għall-militar Russu fir-reġjun tal-Punent taċ-Ċina Xinjiang;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni li għadhom kif ġew eletti wiegħdu minnufih li jżommu l-appoġġ sod tagħhom għall-Ukrajna; billi l-President elett tal-Istati Uniti huwa mistenni jagħmel l-istess; billi kwalunkwe ħaġa għajr ir-rebħa għall-Ukrajna titqies b’mod wiesa’ bħala telfa strateġika kemm għall-Ewropa kif ukoll għall-Istati Uniti u jkollha konsegwenzi estensivi għas-sigurtà tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-President tal-Istati Uniti Joe Biden awtorizza lill-Ukrajna tuża Army Tactical Missile Systems (ATACMS) magħmula fl-Istati Uniti fir-reġjun ta’ Kursk tal-Federazzjoni Russa; billi Franza u r-Renju Unit ipprovdew lill-Ukrajna missili kruċieri Storm Shadow/SCALP, biż-żewġ pajjiżi jippermettu l-użu tagħhom kontra miri Russi; billi l-Ġermanja qed tkompli l-politika tagħha li żżomm lura milli twassal missili fuq distanzi twal, l-hekk imsejħa Taurus, lill-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi fl-ambitu tad-dritt internazzjonali, id-dritt tal-Ukrajna għad-difiża leġittima jinkludi azzjoni militari proporzjonali li testendi lil hinn mit-territorju tagħha stess; billi l-Ukrajna allegatament użat is-sistemi ta’ armi għal użu fuq medda twila mogħtija b’donazzjoni kontra bersalli militari fit-territorju Russu wara t-tneħħija reċenti tar-restrizzjonijiet minn pajjiżi donaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi r-Russja attakkat il-belt Ukrena ta’ Dnipro fil-21 ta’ Novembru 2024 b’missila ballistika ta’ medda intermedja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi minn Frar 2022 ’l hawn, l-UE adottat 14-il pakkett ta’ sanzjonijiet bil-għan li b’mod partikolari jillimitaw kemm jista’ jkun il-kapaċità tal-Kremlin li jiffinanzja l-gwerra li beda; billi dawn is-sanzjonijiet huma stabbiliti għal perjodu ta’ sitt xhur kull darba; billi ma ġietx adottata proposta biex it-tul tas-sanzjonijiet jiġi estiż għal tliet snin; billi l-proposta ġiet imblukkata mill-veto tal-Gvern Ungeriż, li jfixkel l-istabbiltà u l-appoġġ siguri u fit-tul għal din l-istruttura ta’ self;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-appoġġ militari ġenerali tal-UE għall-Ukrajna – ipprovdut permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) u mill-Istati Membri direttament – jammonta għal madwar EUR 43,5 biljun; billi f’Awwissu 2024, l-UE mmobilizzat biss l-ewwel segment – EUR 1,4 biljun – ta’ profitti mhux mistennija minn assi ffriżati tal-Bank Ċentrali tar-Russja permezz tal-EPF biex tappoġġja ulterjorment assistenza militari għall-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-UE, flimkien mal-pajjiżi tal-G7, adottat il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna, li juża l-profitti mhux mistennija mill-assi Russi ffriżati biex iħallas lura s-self ipprovdut mill-UE lill-Ukrajna; billi dawn l-assi ffriżati għadhom mhumiex qed jintużaw direttament biex jappoġġjaw lill-Ukrajna finanzjarjament, iżda l-profitti mhux mistennija ta’ dawn l-assi ffriżati biss; billi l-UE se tipprovdi sa EUR 35 biljun f’assistenza makrofinanzjarja ġdida bħala parti mill-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-Gvern Ungeriż qed jimblokka kemm il-Fond ta’ Assistenza għall-Ukrajna ta’ EUR 5 biljun li ġie stabbilit reċentement f’Marzu 2024 fi ħdan l-EPF kif ukoll it-tmien segment tar-rimborżi tal-EPF għall-Istati Membri li ilhom jagħtu għajnuna militari lill-Ukrajna għal kważi sentejn; billi l-Prim Ministru Ungeriż u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tiegħu vvjaġġaw lejn Moska biex jiddjalogaw ma’ stat aggressur;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-President Volodymyr Zelenskyy, fid-diskors tiegħu lill-Verkhovna Rada fid-19 ta’ Novembru 2024, ippreżenta l-Pjan ta’ Reżiljenza Interna tal-Ukrajna, li jinkludi 10 punti ewlenin: l-unità, il-front, l-armament, il-flus, l-enerġija, is-sigurtà, il-komunitajiet, il-kapital uman, is-sovranità kulturali u l-politika dwar l-eroj; billi l-President Zelenskyy ippreżenta l-Formula ta’ Paċi tal-Ukrajna f’Settembru 2022, li tiddeskrivi 10 rekwiżiti għal paċi ġusta għall-Ukrajna u għar-restawr tal-ordni bbażata fuq ir-regoli;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li damet għal aktar minn 1 000 jum, mingħajr ma tingħadd l-aggressjoni li bdiet fl-2014, u tal-involviment u l-appoġġ ta’ pajjiżi terzi f’din il-gwerra; jitlob li r-Russja twaqqaf minnufih l-attivitajiet militari kollha fl-Ukrajna, tirtira mingħajr kundizzjoni l-forzi u t-tagħmir militari kollha mit-territorju kollu rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukrajna, tirrilaxxa lill-priġunieri tal-gwerra tal-Ukrajna u lill-persuni ċivili tal-Ukrajna miżmuma illegalment, tirritorna t-tfal tal-Ukrajna sekwestrati u tikkumpensa lill-Ukrajna għad-danni kkawżati lill-persuni, lill-art, lin-natura u lill-infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna wkoll l-eskalazzjoni kontinwa tar-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha, b’mod partikolari l-ibbumbardjar tagħha fuq il-persuni ċivili u infrastruttura kritika, ir-rikors tagħha għall-Korea ta’ Fuq biex tipprovdi truppi għall-ġlieda kontra l-armata tal-Ukrajna u l-ittestjar tagħha ta’ missili ballistiċi ġodda fl-Ukrajna; iqis li dawn il-passi eskalatorji reċenti jirrappreżentaw fażi ġdida fil-gwerra u riskju ġdid għas-sigurtà tal-Ewropa kollha kemm hi; jappella għal rispons xieraq min-naħa tal-UE, l-Istati Membri tagħha u s-sħab l-oħra tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li kwalunkwe theddida nukleari mir-Russja mhux se tiskoraġġixxi lill-UE milli tipprovdi aktar assistenza lill-Ukrajna għall-awtodifiża tagħha; iħeġġeġ lill-istati kollha jirrifjutaw in-normalizzazzjoni tal-intimidazzjoni nukleari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jesprimi s-solidarjetà assoluta tiegħu mal-poplu tal-Ukrajna; itenni l-impenn sod tal-UE għas-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ solidarjetà akbar u aċċellerata tal-UE fl-għoti ta’ appoġġ politiku, militari, umanitarju, ekonomiku u finanzjarju lill-Ukrajna sar-rebħa tal-Ukrajna, sabiex tintemm il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u l-Ukrajna titħalla tillibera l-poplu kollu tagħha; itenni li l-Ukrajna, bħala vittma ta’ aggressjoni, għandha dritt leġittimu għall-awtodifiża f’konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU; itenni l-impenn tal-UE għal paċi ġusta u dejjiema fl-Ukrajna, ibbażata fuq is-sovranità u l-integrità territorjali tagħha, u jappoġġja l-Formula ta’ Paċi tal-Ukrajna bħala qafas għall-involviment internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu b’mod attiv biex jinżamm u jinkiseb l-aktar appoġġ internazzjonali mifrux possibbli għall-Ukrajna u jidentifikaw soluzzjoni paċifika għall-gwerra, li trid tkun ibbażata fuq ir-rispett sħiħ tal-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, il-prinċipji tad-dritt internazzjonali, l-obbligu ta’ rendikont għad-delitti tal-gwerra u għad-delitt ta’ aggressjoni mwettqa mir-Russja, u l-kumpens u pagamenti oħra min-naħa tar-Russja għad-dannu enormi materjal u immaterjali kkawżat fl-Ukrajna; jinsisti li l-ebda negozjati dwar l-Ukrajna ma jistgħu jsiru mingħajr l-Ukrajna; jappella għall-involviment tal-UE u tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Formula ta’ Paċi tal-Ukrajna u fl-istabbiliment tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex isir it-tieni Summit dwar il-Paċi, filwaqt li jiġu involuti wkoll pajjiżi min-Nofsinhar Globali; huwa konvint li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jipparteċipaw fl-istabbiliment tal-garanziji ta’ sigurtà robusti futuri tal-Ukrajna, abbażi tal-Formula ta’ Paċi u l-Pjan ta’ Vittmi tal-Ukrajna, bi strateġija ċara, għanijiet speċifiċi u pjan direzzjonali konkret; jiddispjaċih dwar it-telefonata reċenti tal-Kanċillier Ġermaniż ma’ Vladimir Putin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddenunzja l-Iran, il-Belarussja u l-Korea ta’ Fuq għall-appoġġ militari tagħhom lir-Russja, u b’mod partikolari l-appoġġ militari kollu tal-Korea ta’ Fuq għar-Russja, li jkompli jaggrava l-kunflitt; itenni li kemm il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-Korea ta’ Fuq fil-gwerra u l-programmi nukleari u tal-missili tagħha jikkostitwixxu theddid serju għall-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; jikkundanna l-iffirmar u r-ratifika reċenti tat-Trattat dwar Sħubija Strateġika Komprensiva bejn ir-Russja u l-Korea ta’ Fuq, reġim li jinsab sottomess għal reġim ta’ sanzjonijiet l-aktar komprensiv impost min-NU; iħeġġeġ lill-Korea ta’ Fuq tirtira t-truppi tagħha u ttemm il-kooperazzjoni militari mar-Russja; jistieden lir-Russja twaqqaf il-forom kollha ta’ kooperazzjoni militari u teknoloġika mal-Korea ta’ Fuq u tirrispetta l-obbligi tagħha skont it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni u diversi riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; iwissi dwar l-implikazzjonijiet serji ta’ din is-sħubija militari biex tispira reġimi awtokratiċi oħra ħalli jinvolvu ruħhom b’mod attiv f’kunflitti militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi possibbli, il-provvista taċ-Ċina ta’ oġġetti b’użu doppju u oġġetti militari lejn ir-Russja; ifakkar liċ-Ċina dwar ir-responsabbiltajiet tagħha, bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, biex tiddefendi l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, u għalhekk jitlob lil Beijing biex ittemm l-assistenza kollha tagħha militari jew ta’ użu doppju lir-Russja u l-gwerra tagħha ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna; jissottolinja li rifjut li tinbidel id-direzzjoni dwar din il-kwistjoni joħloq riskju li jista’ jaffettwa serjament ir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina; jenfasizza l-influwenza sinifikanti taċ-Ċina fuq il-Korea ta’ Fuq u r-Russja u jħeġġeġ liċ-Ċina tgħin biex tnaqqas it-tensjonijiet u tipprevjeni ż-żieda ulterjuri fl-ostilitajiet; jesprimi tħassib serju dwar l-effett li għandhom id-dipendenzi Ewropej fuq iċ-Ċina fuq il-kredibbiltà tal-kapaċità tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw is-sigurtà nazzjonali tagħhom u l-UE kollha kemm hi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tieħu azzjoni rapida u deċiżiva biex tindirizza din l-eskalazzjoni allarmanti; jappella għal kooperazzjoni internazzjonali msaħħa biex jiġi pprevenut it-trasport tal-armi mill-Korea ta’ Fuq lejn ir-Russja, inklużi mekkaniżmi msaħħa ta’ monitoraġġ u infurzar fl-qafas tan-NU u permezz ta’ alleanzi multilaterali; iħeġġeġ lill-UE tieħu azzjoni deċiżiva biex tissanzjona individwi u entitajiet fil-Korea ta’ Fuq li huma involuti fit-trasferimenti tal-armi u tat-truppi, kif ukoll intermedjarji li jiffaċilitaw dawn it-tranżazzjonijiet; jilqa’ l-isforzi tal-komunità internazzjonali biex trażżan il-kummerċ illeċitu tal-armi tal-Korea ta’ Fuq u jenfasizza l-ħtieġa ta’ pressjoni sostnuta fuq Pyongyang biex twaqqaf l-azzjonijiet ta’ destabbilizzazzjoni tagħha; jitlob lill-Istati Membri kollha tal-UE u tan-NU jagħmlu ħilithom biex jiżguraw l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU rigward il-Korea ta’ Fuq u biex jimblukkaw b’mod proattiv kwalunkwe rotta għall-Korea ta’ Fuq biex tikseb finanzjament, materjali jew għarfien għall-programmi tagħha dwar l-armi illegali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jwessgħu u jsaħħu r-reġim ta’ sanzjonijiet kontra l-Korea ta’ Fuq, il-Belarussja u l-Iran fid-dawl tal-appoġġ militari ta’ dawn il-pajjiżi għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u jżidu mal-listi ta’ sanzjonijiet tal-UE l-entitajiet u l-individwi Ċiniżi ewlenin kollha li jappoġġjaw direttament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u s-settur ta’ difiża u sigurtà tar-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-possibbiltà ta’ kwalunkwe trasferiment ta’ teknoloġija relatata mal-missili ballistiċi jew nukleari lejn il-Korea ta’ Fuq, li ddgħajjef l-isforzi internazzjonali ta’ nonproliferazzjoni u toħloq theddida serja għall-paċi u l-istabbiltà fil-Peniżola Koreana u globalment; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, f’kooperazzjoni mas-sħab tal-G7 u tal-G20, biex jiżviluppaw u jippromwovu mekkaniżmu alternattiv għall-Panel ta’ Esperti tan-NU sabiex jiġu żgurati monitoraġġ u infurzar effiċjenti tas-sanzjonijiet fuq il-Korea ta’ Fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-ksur gravi u kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta’ Fuq, fejn il-politiki oppressivi tar-reġim u n-negliġenza sistemika tal-ħtiġijiet bażiċi rriżultaw fi tbatija mifruxa fost il-poplu fil-pajjiż; jikkundanna d-devjazzjoni tar-riżorsi lejn attivitajiet militari u kunflitti esterni, inkluż l-appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, b’detriment għall-indirizzar tal-ħtiġijiet umanitarji urġenti fil-Korea ta’ Fuq; jappella lill-UE u lis-sħab internazzjonali jsaħħu l-isforzi biex iżommu lir-reġim Nord Korean responsabbli għall-abbużi tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ aktar appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu biex jiddokumentaw l-abbużi u jipprovdu għajnuna liċ-ċittadini Nord Koreani; iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniż iwaqqaf il-prattiki ta’ refoulement u jipprovdi lir-rifuġjati Nord Koreani aċċess għall-protezzjoni internazzjonali; jitlob lill-Korea ta’ Fuq tagħti lill-korpi tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU aċċess għall-pajjiż biex jivvalutaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-għajbien furzat u l-kundizzjonijiet tad-detenuti u r-rifuġjati rritornati, inklużi l-każijiet ta’ Kim Cheol-ok u l-missjunarji Sud Koreani Kim Jung-wook, Kim Kook-kie u Choi Chun-gil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ strateġija komprensiva tal-UE biex jiġu indirizzati l-implikazzjonijiet usa’ ta’ alleanzi awtoritarjani, b’mod partikolari bejn ir-Russja, il-Korea ta’ Fuq, il-Belarussja, l-Iran, iċ-Ċina u stati oħra li jimminaw l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; jappella għal sforzi attivi mill-UE u mill-Istati Membri tagħha biex jippromwovu r-reġim globali tan-nonproliferazzjoni nukleari u għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mas-sħab internazzjonali biex jitnaqqsu t-tensjonijiet fir-reġjun Indo-Paċifiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jsaħħu l-appoġġ militari tagħhom għall-Ukrajna, inkluż permezz tal-forniment ta’ inġenji tal-ajru, missili għal użu fuq medda twila inklużi missili Taurus, sistemi moderni tad-difiża tal-ajru, inklużi Patriots u SAMP/T, u munizzjon, kif ukoll MANPADS, programmi ta’ artillerija u taħriġ għall-forzi tal-Ukrajna, u jappella għal kunsinna aċċellerata tat-tagħmir imwiegħed biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet urġenti tal-Ukrajna; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-Istati Membri kollha tal-UE u l-alleati tan-NATO għandhom jimpenjaw ruħhom b’mod kollettiv u individwali biex jappoġġjaw lill-Ukrajna b’mod militari, b’mhux anqas minn 0,25 % tal-PDG tagħhom kull sena; jilqa’ l-iffirmar tal-impenji konġunti ta’ sigurtà bejn l-UE u l-Ukrajna u jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaġixxu malajr biex jimplimentaw b’mod effettiv l-impenji li saru; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħtu prijorità biex il-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni spazjali Ewropej tal-IRIS<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> isiru kompletament operazzjonali u biex jagħtu aċċess lill-Ukrajna (u lit-Tajwan) mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jitlob lill-Kunsill jestendi s-sanzjonijiet tiegħu kontra r-Russja; jappella għal aktar sanzjonijiet kontra setturi ta’ importanza ekonomika speċjali għar-Russja (is-setturi metallurġiċi, nukleari, kimiċi, agrikoli u bankarji) u fuq il-materja prima Russa, bħall-aluminju, il-prodotti tal-azzar, l-uranju, it-titanju u n-nikil, għal embargo sħiħ fuq l-importazzjonijiet fl-UE tal-fjuwils fossili Russi u tal-gass naturali likwifikat (LNG), u biex il-limitu massimu tal-prezz fuq il-prodotti tal-petroleum Russi jitnaqqas aktar f’koordinazzjoni mas-sħab tal-G7, sabiex jieqaf jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja; jappella għal sanzjonijiet aktar b’saħħithom u aktar immirati kontra l-flotta mistura tar-Russja; jissottolinja l-ħtieġa li titwaqqaf kwalunkwe kooperazzjoni mar-Russja fis-settur tal-enerġija nukleari; jenfasizza li r-Russja qed taqleb mid-dipendenza fuq l-esportazzjonijiet tal-gass għall-fertilizzanti derivati mill-gass, li jipprovdu sors ewlieni ta’ dħul u ta’ qligħ minn muniti barranin għall-Istat Russu, filwaqt li qed tagħti spinta diretta lill-magna tal-gwerra tagħha, filwaqt li fl-istess ħin tikkomprometti l-ekonomiji tal-UE u thedded is-sigurtà alimentari; jitlob lill-UE tindirizza din l-isfida kif xieraq, b’mod urġenti u b’azzjonijiet b’saħħithom u deċiżivi, peress li d-dipendenza tal-UE fuq il-fertilizzanti Russi qed tikber b’rata allarmanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jitlob, b’mod partikolari, lil dawk l-Istati Membri li mhumiex jissodisfaw l-impenji tagħhom rigward il-produzzjoni ta’ prodotti tad-difiża u l-appoġġ dirett għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni rilevanti biex jinvolvu ruħhom f’impriżi konġunti mal-Ukrajna jew li jagħmlu ordnijiet direttament fl-Ukrajna; jitlob lill-Istati Membri jaċċelleraw l-investimenti diretti biex iżidu l-kapaċità industrijali militari tal-Ukrajna, skont il-mudell użat mid-Danimarka; jappella lill-UE tinkludi dan il-mudell fil-Fond ta’ Assistenza għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jikkontribwixxu b’mod attiv sabiex iżommu l-unità tas-sanzjonijiet u jsegwu malajr l-adozzjoni tal-15-il pakkett ta’ sanzjonijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu pressjoni attiva fuq il-Gvern Ungeriż biex itemm l-imblokk irresponsabbli tiegħu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, inkluż il-Fond ta’ Assistenza għall-Ukrajna li għadu kif ġie stabbilit, li pprevjena r-rilaxx ta’ EUR 6,6 biljun f’rimborżi parzjali lill-Istati Membri li qed jipprovdu appoġġ militari lill-Ukrajna; jisħaq li jekk l-EPF tibqa’ mblukkata sal-Kunsill Ewropew li jmiss, irid jiġi stabbilit minnufih format ġdid li jinkludi biss dawk l-Istati Membri li huma lesti u kapaċi jipprovdu għajnuna militari lill-Ukrajna, jew il-kontribuzzjonijiet nazzjonali jridu jiġu rimborżati sabiex ma jixxekkilx il-finanzjament bla xkiel tal-għajnuna bilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod sistematiku l-kwistjoni ta’ ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet minn kumpaniji u individwi bbażati fl-UE, partijiet terzi u stati mhux tal-UE u jadottaw u jimplimentaw b’mod strett miżuri restrittivi kontra l-entitajiet kollha li jiffaċilitaw iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet u jipprovdu lill-kumpless militari tar-Russja teknoloġiji u tagħmir militari u ta’ użu doppju, filwaqt li jiżguraw li ma tiġi sfruttata l-ebda lakuna biex jingħaddu armi jew riżorsi lir-Russja; iqis li huwa essenzjali li jissaħħu l-kontrolli fuq l-esportazzjoni u l-manutenzjoni ta’ tagħmir ta’ teknoloġija avvanzata prodott fl-UE, u li jiżdiedu l-miżuri tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni biex tiġi pprevenuta ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet; jappella li jiġi intensifikat b’mod urġenti r-rieżami tal-kummerċ tal-Istati Membri tal-UE mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, kif ukoll mat-Turkija u l-Ażerbajġan fost oħrajn, peress li dawn jintużaw b’mod ċar fl-evażjoni tas-sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jirrevedu t-tul attwali tas-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja, u jestendu l-perjodu ta’ validità mis-sitt xhur attwali għal tliet snin aktar robusti u strateġiċi; jinnota li tali miżura ttejjeb il-konsistenza u l-prevedibbiltà tal-pożizzjoni tal-politika barranija tal-UE u tipproteġiha minn strumentalizzazzjoni abbużiva tar-rekwiżiti tal-unanimità, issaħħaħ l-impatt tas-sanzjonijiet u tibgħat messaġġ ċar ta’ impenn għaż-żamma tad-dritt internazzjonali u tas-sigurtà Ewropea, filwaqt li tnaqqas ukoll il-piż amministrattiv ta’ tiġdid frekwenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-President Joe Biden tal-Istati Uniti li tippermetti lill-Ukrajna tuża sistemi ta’ rokits avvanzati fuq bersalli militari fit-territorju Russu, filwaqt li jenfasizza li din l-awtorizzazzjoni tirrispetta d-dritt leġittimu tal-Ukrajna għall-awtodifiża skont l-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jadottaw miżuri simili, filwaqt li jneħħu r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ sistemi militari għal operazzjonijiet ta’ difiża leġittimi lil hinn mill-fruntieri tal-Ukrajna biex jiskoraġġixxu aktar l-aggressjoni Russa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinvolvu ruħhom mal-amministrazzjoni li jmiss f’Washington biex isaħħu l-kooperazzjoni trans-Atlantika ta’ benefiċċju reċiproku, filwaqt li jenfasizzaw l-interess strateġiku kondiviż li l-Ukrajna tiġi appoġġjata, u jenfasizzaw li r-Russja u l-alleati tagħha jippreżentaw mhux biss theddida għall-istabbiltà Ewropea iżda wkoll periklu sinifikanti għas-sigurtà globali u għall-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; jistenna li l-amministrazzjoni li jmiss ta’ Trump iżżomm l-appoġġ għall-Ukrajna u tibqa’ soda fl-impenn tagħha lejn in-NATO, u sadanittant iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex isarrfu l-kliem f’azzjoni u jistabbilixxu Unjoni tad-Difiża ġenwina, anke bħala pilastru Ewropew tan-NATO, billi jibdew isaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jappella għal obbligu ta’ rendikont għad-delitti tal-gwerra u l-ksur tad-dritt internazzjonali mwettaq mir-Russja u mill-alleati tagħha, inkluża l-Korea ta’ Fuq, permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa mal-Qorti Kriminali Internazzjonali u ma’ korpi ġudizzjarji oħra; iħeġġeġ lill-UE u lis-sħab internazzjonali jintensifikaw l-isforzi biex l-awturi kollha jinżammu responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi miżuri addizzjonali biex tappoġġja l-ekonomija tal-Ukrajna billi tipprovdi aktar appoġġ finanzjarju u tiffaċilita l-opportunitajiet ta’ investiment; jilqa’ l-ftehim mal-Kunsill dwar l-assistenza makrofinanzjarja għall-Ukrajna sa EUR 35 biljun, li jagħmel użu ta’ assi Russi ffriżati kif ukoll tal-Mekkaniżmu l-ġdid ta’ Kooperazzjoni ta’ Self tal-Ukrajna; jappella għall-implimentazzjoni malajr taż-żewġ għodod sabiex l-Ukrajna tkun tista’ tibbenefika malajr kemm jista’ jkun minn dawn il-possibbiltajiet ġodda ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu passi aktar sostantivi lejn l-istabbiliment ta’ soluzzjonijiet kreattivi taħt reġim legali sod li jippermetti l-konfiska ta’ assi tal-Istat Russu ffriżati mill-UE, u biex dawn jintużaw ħalli jindirizzaw id-diversi implikazzjonijiet tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluża l-prevenzjoni ta’ aktar qerda u telf ta’ ħajja, ir-rikostruzzjoni tal-pajjiż u l-kumpens għall-vittmi tal-aggressjoni tar-Russja; jisħaq li kwalunkwe talba futura mir-Russja għal dawn l-assi tista’ tiġi solvuta biss wara kunsiderazzjoni ġenerali tal-kumpens pendenti dovut lill-Ukrajna; jisħaq fuq l-importanza tal-Faċilità tal-Ukrajna bħala mekkaniżmu għall-appoġġ finanzjarju fit-tul, għall-isforzi ta’ rikostruzzjoni u rkupru, u jħeġġeġ l-implimentazzjoni rapida u effiċjenti tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi assistenza finanzjarja fit-tul lil hinn mill-2027 għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, filwaqt li tibni fuq l-esperjenza tal-Faċilità tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq qafas aktar stabbli u prevedibbli għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ukrajna; jitlob lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, taċċellera l-konsultazzjonijiet mal-Ukrajna skont l-Artikolu 29 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u jħeġġeġ liż-żewġ naħat jaqblu dwar l-aktar livell ambizzjuż ta’ liberalizzazzjoni possibbli; jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi mill-qrib lill-Parlament fir-rieżami taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA); jinnota r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti agroalimentari mill-Ukrajna imposti unilateralment minn diversi Stati Membri, li jittrattaw il-kompetenza esklużiva tal-UE għall-kummerċ skont il-politika kummerċjali komuni u l-obbligi tal-UE skont id-DCFTA mal-Ukrajna; jitlob lill-Kummissjoni ssib soluzzjonijiet Ewropej għal distorsjonijiet potenzjali tas-suq ikkawżati minn żieda fl-influssi ta’ prodotti agroalimentari tal-Ukrajna, f’konsultazzjoni mal-Ukrajna u mal-Istati Membri rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jappella, bil-ħsieb tax-xhur qliel tax-xitwa, għal żieda sinifikanti fl-għajnuna umanitarja tal-UE biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni mwiegħra kkawżata mill-attakki sistematiċi tar-Russja fuq l-infrastruttura ċivili, b’mod partikolari l-infrastruttura tal-enerġija, li ħalliet miljuni ta’ Ukreni mingħajr servizzi essenzjali; jirrikonoxxi l-ħidma ta’ ħafna organizzazzjonijiet tal-Ukrajna u ta’ organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili fl-assistenza lill-familji ta’ tfal tal-Ukrajna maħtufa, lill-priġunieri tal-gwerra u lill-popolazzjoni ċivili tal-Ukrajna miżmuma illegalment u l-isforzi tagħhom bla heda biex iġibu lill-għeżież tagħhom id-dar; jappella lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali biex jappoġġjaw l-attivitajiet tagħhom u jużaw il-fora internazzjonali kollha disponibbli ħalli jagħmlu pressjoni lir-Russja biex tirritorna t-tfal Ukreni maħtufa, il-priġunieri tal-gwerra Ukreni u l-popolazzjoni ċivili Ukrena miżmuma illegalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jiddeplora l-qtil intenzjonat u t-trattament ħażin tal-priġunieri tal-gwerra Ukreni mir-Russja u jitlob lir-Russja tikkonforma mal-obbligi internazzjonali tagħha, b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, u tippermetti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar biex iżuru l-priġunieri tal-gwerra u jivvalutaw l-istat tas-saħħa tagħhom; jappella lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali, b’mod partikolari lin-NU, biex jirrieżaminaw u jadattaw il-konvenzjonijiet internazzjonali u l-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti għar-realtajiet tal-lum u biex jagħmluhom aktar sensittivi għall-ħtiġijiet tal-priġunieri tal-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota bi tħassib li r-Russja qed tirrekluta b’mod attiv individwi minn reġjuni mbiegħda, inklużi l-Afrika, il-Lvant Nofsani u l-Amerka Latina, bl-użu tal-qerq jew tal-koerċizzjoni, sabiex tibgħathom jiġġieldu kontra l-poplu tal-Ukrajna; jitlob lin-NU, lill-Unjoni Afrikana, u lill-pajjiżi li l-popolazzjonijiet tagħhom huma fil-mira ta’ Moska, jieħdu miżuri attivi biex jiġġieldu dan ir-reklutaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza mill-ġdid ir-rwol kostruttiv tal-Korea t’Isfel fl-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, inkluż l-impenn sod tagħha lejn l-Ukrajna; jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jinvolvu ruħhom mal-Korea t’Isfel u jfittxu li jibdlu l-pożizzjoni tagħha dwar l-armamenti tal-Ukrajna, sabiex jipprovdu riżorsi militari sinifikanti biex jgħinu l-operazzjonijiet ta’ difiża tal-Ukrajna; jilqa’ l-ewwel Djalogu Strateġiku li qatt sar bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea, f’Seoul fl-4 ta’ Novembru 2024, u s-Sħubija sussegwenti dwar is-Sigurtà u d-Difiża bejn l-UE u l-Korea t’Isfel; jappoġġja l-approfondiment tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Korea t’Isfel u l-kooperazzjoni bilaterali msaħħa dwar is-sigurtà u d-difiża; jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha, f’kooperazzjoni mal-Ukrajna u mal-Korea t’Isfel, jinkoraġġixxu u jkunu lesti għad-diżerzjoni possibbli ta’ membri tal-Armata tal-Poplu tal-Korea; jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha japprofondixxu l-kooperazzjoni tagħhom mal-Korea t’Isfel dwar il-futur tal-Ukrajna, billi jiffukaw fuq l-aspirazzjonijiet tagħha tal-UE, il-garanziji tas-sigurtà u r-rikostruzzjoni tagħha; jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib ma’ sħab oħra tal-istess fehma, b’mod partikolari l-Ġappun, l-Awstralja u t-Tajwan, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ djalogu akbar fl-Indo-Paċifiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jipprovdu appoġġ lill-oppożizzjoni demokratika Russa, jiżguraw il-protezzjoni tagħhom u jħeġġuhom jiġġieldu kontra r-reġim ta’ Putin, b’mod partikolari s-sentiment militarist, xovinist u imperjalist fis-soċjetà Russa, u jesprimu u jfittxu appoġġ qawwi u attiv għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jikkundanna l-atti reċenti fil-Baħar Baltiku li għamlu ħsara lill-infrastruttura kritika Ewropea; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġu investigati dawn l-inċidenti serji u li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar l-awturi u l-intenzjonijiet tagħhom; jissottolinja li diversi rappreżentanti tal-gvernijiet Ewropej jemmnu li l-aktar inċident reċenti jikkostitwixxi att serju ta’ sabotaġġ; jitlob lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Istati Membri jirrispondu b’miżuri xierqa kontra kwalunkwe attur statali jew mhux statali responsabbli, jekk l-evidenza turi l-involviment tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Verkhovna Rada tal-Ukrajna, lill-Gvern Russu, lill-gvernijiet Sud u Nord Koreani u lill-gvernijiet l-oħra kkonċernati, u lin-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>