<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0058</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-Regolament dwar id-deforestazzjoni: dispożizzjonijiet relatati mad-data tal-applikazzjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(C10-0119/2024 - Rapporteur: Christine Schneider)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1115 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mad-data tal-applikazzjoni (COM(2024)0452 – C10-0119/2024 – 2024/0249(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0452),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10-0119/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tat-23 ta’ Ottubru 2024<FOOTNOTE><FIELD> Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittri tas-16 ta' Ottubru 2024 u tal-4 ta’ Diċembru 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 60 u 170 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt<FOOTNOTE><FIELD> Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta’ Novembru 2024 (Testi adottati, P10_TA(2024)0031).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2024)0249</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1115 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mad-data tal-applikazzjoni</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/3234.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEGIŻLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/3234 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li temenda r-Regolament (UE) 2023/1115 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mad-data tal-applikazzjoni</STRING><FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3234, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3234/oj.</FIELD></FOOTNOTE></STI>
Il-Kummissjoni tibqa’ impenjata li tnaqqas il-piż fuq in-negozji billi tnaqqas ir-rekwiżiti amministrattivi u telimina l-piżijiet burokratiċi mhux meħtieġa.

Biex jinkiseb dan fir-rigward tar-Regolament (UE) 2023/1115, il-Kummissjoni se tipprovdi aktar kjarifiki u tesplora simplifikazzjonijiet addizzjonali, u tissimplifika l-obbligi ta’ rapportar u ta’ dokumentazzjoni, biex iżżommhom għall-minimu meħtieġ, f’konformità sħiħa mal-objettivi tar-Regolament. Għal dan l-għan u biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni se tippubblika edizzjoni aġġornata tal-Linji Gwida u l-Mistoqsijiet Frekwenti. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll twieġeb għall-feedback mill-partijiet ikkonċernati u mill-Istati Membri, filwaqt li tassisti lin-negozjanti u lill-operaturi fl-implimentazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligu li jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta tul il-katina tal-valur.

Sabiex in-negozjanti u l-operaturi, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, ikunu f’pożizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament, il-Kummissjoni qed tipprijoritizza l-operazzjonalizzazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni. Il-kategorizzazzjoni tal-valutazzjoni komparattiva tar-riskju hija wkoll kruċjali biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà fl-applikazzjoni tar-Regolament għall-operaturi, għan-negozjanti, għall-pajjiżi produtturi u għall-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni timpenja ruħha bis-sħiħ biex tiżgura li kemm is-Sistema ta’ Informazzjoni kif ukoll il-proposta għall-klassifikazzjoni tar-riskji għandhom ikunu disponibbli malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard minn 6 xhur qabel jibda japplika r-Regolament.

Fil-kuntest tar-rieżami ġenerali tar-Regolament, mistenni mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2028, il-Kummissjoni se tanalizza, fejn xieraq u abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt, miżuri addizzjonali biex tissimplifika u tnaqqas il-piż amministrattiv. Din l-analiżi se tinkludi l-ħtieġa għal rekwiżiti mnaqqsa, u l-fattibbiltà tagħhom, fir-rigward ta’ sorsi minn pajjiżi u partijiet minnhom li kisbu riżultati pożittivi f’konformità mal-objettivi tar-Regolament.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>