<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0062</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2024/002 BE/Limburg makkinarju u karta - il-Belġju</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0019/2024 - Rapporteur: Matjaž Nemec)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2024/002 BE/Limburg makkinarju u karta (COM(2024)0370 – C10-0166/2024 – 2024/0286(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0370 – C10‑0166/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj<STRING ITALIC="on">).</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-miri stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0019/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza tingħata permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li għalihom ikunu ħadmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2024/002 BE/Limburg makkinarju u karta għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara 681 sensja<FOOTNOTE><FIELD> Fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 17 (Manifattura ta’ karta u ta’ prodotti tal-karta) u 28 (Manifattura ta’ magni u tagħmir) tan-NACE Reviżjoni 2 fir-reġjun ta’ Provincie Limburg f’perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni mill-31 ta’ Diċembru 2023 sat-30 ta’ April 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni tirrigwarda 567 ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-kumpanija Sappi Lanaken NV (karta) u 114-il ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-kumpanija Purmo Group Belgium NV (makkinarju);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (c), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi li tal-anqas 200 ħaddiem ikunu ngħataw is-sensja fuq perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’intrapriżi li joperaw fl-istess setturi ekonomiċi jew f’setturi ekonomiċi differenti u li jinsabu fl-istess reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna naqqsu l-kompetittività ekonomika u għandhom impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku fil-Belġju;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi Sappi Lanaken kienet speċjalizzata fil-produzzjoni ta’ karta miksija mingħajr injam (WCP); billi d-domanda dejjem tonqos għall-prodotti tal-grafika li tirriżulta minn żieda fid-diġitalizzazzjoni wasslet għal kapaċità żejda dejjem tikber tal-industrija Ewropea tal-karta miksija mingħajr injam; billi l-produzzjoni f’Sappi Lanaken ma setgħetx tiġi ttrasferita għal prodotti oħra tal-karta li għalihom hemm aktar domanda mingħajr investimenti kbar u l-Grupp Sappi għalhekk iddeċieda li jwaqqaf il-produzzjoni f’Lanaken u jagħlaq l-impjant, peress li ma seta’ jiġi identifikat l-ebda xerrej xieraq, minħabba kapaċità strutturali żejda fl-industrija;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-volum tal-produzzjoni tal-Grupp Purmo tal-panel radiators ilu jonqos b’mod kostanti fuq il-perjodu 2018-2023, minn 820 000 unità fl-2018 għal 320 000 fl-2023 (- 60 %); billi meta jitqabblu l-kostijiet tal-produzzjoni tad-diversi impjanti tal-Grupp Purmo fl-Ewropa, is-sit f’Zonhoven jinsab fi żvantaġġ, peress li l-kostijiet tiegħu huma minn 17 % sa 35 % ogħla; billi l-Grupp Purmo ddeċieda li jwaqqaf il-produzzjoni tal-panel radiators ta’ 50 mm fl-impjant tiegħu ta’ Zonhoven u jagħlaq il-linja tal-produzzjoni rilevanti;  billi wara s-sitwazzjoni mhux mistennija rigward id-disponibbiltà u l-prezzijiet tal-gass, li rriżultat mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li bbenefikat lis-sistemi tat-tisħin b’temperatura baxxa għad-detriment tal-panel radiators, l-irkupru tad-domanda huwa improbabbli peress li s-suq tal-panel radiators se jkun dejjem aktar limitat għas-sostituzzjoni tal-unitajiet li jinsabu fl-użu;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi ż-żewġ kumpaniji, f’konformità mal-liġi Belġjana, segwew il-proċedura obbligatorja biex jinfurmaw u jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-ħaddiema u stabbilew unità tal-impjiegi, li l-għan tagħha huwa li lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-kuntest ta’ sensji kollettivi tipprovdilhom servizzi ta’ rikollokament;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu diretti primarjament lejn miżuri attivi ta’ politika tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom l-għan li jintegraw mill-ġdid u malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (c), tar-Regolament dwar il-FEG ġew issodisfati u li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 704 135 skont dak ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-kost totali ta’ EUR 1 173 559, li jinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 1 126 559 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar ta’ EUR 47 000;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw l-applikazzjoni fid-19 ta’ Lulju 2024, u li, wara li l-Belġju pprovda informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fil-5 ta’ Novembru 2024 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess jum;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni tirrigwarda 567 ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-kumpanija Sappi Lanaken u 114-il ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-kumpanija Purmo Group Belgium; jinnota wkoll li b’kollox 632 ħaddiem se jkunu benefiċjarji fil-mira, li huma kważi esklużivament irġiel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li s-swieq tax-xogħol ta’ Lanaken u ta’ Zonhoven jinsabu fi żvantaġġ meta mqabbla ma’ Limburg kumplessivament jew mal-Flanders bi proporzjon tal-popolazzjoni li taħdem meta mqabbla mal-impjiegi disponibbli ferm aktar baxx milli f’Limburg kumplessivament jew fil-Flanders; jenfasizza li l-għadd ta’ impjiegi industrijali disponibbli f’Limburg naqas bi 15 % fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrimarka li l-profili tal-ħaddiema ssensjati, li terz minnhom għandhom l-età ta’ 55 sena jew aktar u 30 % minnhom għandhom livell baxx ta’ edukazzjoni, jissarrfu f’ostakli serji fuq is-suq tax-xogħol; jisħaq li filwaqt li titqies ix-xejra ’l isfel fil-postijiet tax-xogħol vakanti u d-distribuzzjoni ġeografika tagħha, il-ħaddiema se jeħtieġu appoġġ addizzjonali mfassal apposta għalihom biex jgħinhom jirnexxu fit-tranżizzjoni lejn impjieg;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jenfasizzaw il-valur miżjud tal-Unjoni tal-intervent, billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lejn udjenzi multipli, inkluża informazzjoni mmirata lejn il-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-media u l-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis li hija responsabbiltà soċjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jipprovdu lill-ħaddiema affettwati bil-possibbiltà li jiksbu l-kwalifiki meħtieġa għal impjieg futur, meta jitqies li t-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika qed ikollhom impatt sinifikanti fuq is-setturi tagħhom filwaqt li jwasslu għal tnaqqis fid-domanda; jilqa’ l-fatt li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal mill-Belġju b’konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira, mar-rappreżentanti u mas-sħab soċjali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li l-appoġġ ipprovdut mill-FEG jeħtieġ li jiġi inkorporat fi strateġija akbar għall-ħaddiema affettwati u għar-reġjun, fil-livelli politiċi kollha, inkluż permezz tal-appoġġ ta’ strumenti ta’ finanzjament rilevanti tal-Unjoni, bl-għan li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura fit-tranżizzjonijiet diġitali u klimatiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li s-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin: konsulent għall-intervent soċjali, gwida, konsulenza, u orjentazzjoni vokazzjonali, appoġġ attiv għat-tiftix ta’ impjieg, taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, inkluż taħriġ fil-ħiliet diġitali, kif ukoll taħriġ fuq il-post tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda joffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fis-26 ta’ Diċembru 2023 u li għalhekk, il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun minn dik id-data sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda jġarrab nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fl-20 ta’ Novembru 2023 u li għalhekk, tali nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG minn dik id-data sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni li l-assistenza mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi, jew kwalunkwe allowance jew dritt tal-ħaddiema ssensjati, biex tiġi żgurata l-addizzjonalità sħiħa tal-allokazzjoni; ifakkar li l-Istati Membri li japplikaw għal appoġġ ta’ finanzjament mill-FEG jeħtiġilhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar is-sensji kollettivi u li l-kumpanija kkonċernata tkun ipprovdiet għall-ħaddiema tagħha kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Belġjani u lill-Istati Membri l-oħra jieħdu l-miżuri preventivi b’mod proattiv sabiex jadattaw l-industriji għall-globalizzazzjoni u l-bidliet teknoloġiċi u ambjentali u jipproteġu lill-ħaddiema milli jitilfu l-impjiegi tagħhom u minn impatti negattivi oħra tal-globalizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2024/002 BE/Limburg makkinarju u karta</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2025/47.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>