<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0067</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ħatra tal-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0032/2024 - Rapporteurs: Aurore Lalucq, Javier Zarzalejos)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2024 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (N10-0050/2024 – C10-0210/2024 – 2024/0802(NLE))</STRING></TI><NOTE>(Approvazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2024 (C10-0210/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1620/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0032/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2024/1620 jipprevedi li l-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu għandu jintgħażel abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien, l-integrità, il-pożizzjoni rikonoxxuta u l-esperjenza fil-qasam tal-AML/CFT u kwalifiki rilevanti oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Parlament huwa impenjat biex jiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri f’karigi eżekuttivi fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi skont l-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2024/1620, fid-9 ta’ Ottubru 2024 il-Kummissjoni adottat lista mqassra ta’ kandidati għall-kariga tal-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern organizzaw seduti ta’ smigħ ma’ dawk il-kandidati fil-lista mqassra fil-25 ta’ Novembru 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2024/1620, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament fid-9 ta’ Ottubru 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fl-4 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni adottat proposta biex Bruna Szego tinħatar President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern imbagħad evalwaw il-kwalifiki tal-kandidata proposta għall-kariga ta’ President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2024/1620;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fis-16 ta’ Diċembru 2024, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern organizzaw seduta ta’ smigħ ma’ Bruna Szego, fejn għamlet stqarrija preliminari u wieġbet mistoqsijiet li ressqu l-membri tal-Kumitati;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-proposta għall-ħatra ta’ Bruna Szego bħala l-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>