<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0072</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-11-il sena mill-okkupazzjoni tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta’ Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea okkupata, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Iryna Danylovych, Tofik Abdulhaziiev u Amet Suleymanov</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0219, 0229, 0232, 0233 u 0235/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2024 dwar il-11-il sena mill-okkupazzjoni tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta’ Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea okkupata, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Iryna Danylovych, Tofik Abdulhaziiev u Amet Suleymanov (2024/2992(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi sa minn Frar 2014, il-Krimea ġiet okkupata b’mod temporanju, u annessa illegalment, mir-Russja, wara referendum illegali u internazzjonalment mhux rikonoxxut;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-persuni mill-Krimea għadhom qed iġarrbu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, lieva illegali għall-armata Russa, passaportizzazzjoni u Russifikazzjoni furzati, detenzjonijiet arbitrarji, ta’ spiss abbażi ta’ akkużi ta’ terroriżmu foloz, għajbien furzat, tortura, qtil ekstraġudizzjarju, in-nuqqas tal-libertà tal-opinjoni, tal-assemblea, tal-assoċjazzjoni u tar-reliġjon;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-awtoritajiet okkupanti Russi qed jimmiraw b’mod partikolari lit-Tatari tal-Krimea, lill-Ukreni etniċi u lill-minoranzi etniċi, u rrisistemaw sa 800 000 Russu biex b’hekk infurzaw bidla fil-kompożizzjoni demografika tal-Krimea fuq linji etniċi b’mod neokolonjali, li jikkostitwixxi delitt tal-gwerra skont id-dritt internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi hemm aktar minn 200 priġunier politiku mill-Krimea fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni Russi, fosthom 133 Tatar tal-Krimea u 67 priġunier politiku bi problemi ta’ saħħa gravi li jeħtieġu assistenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-ġurnalista u difensur tad-drittijiet tal-bniedem mill-Krimea Iryna Danylovych ġiet maħtufa fl-2022, ġiet akkużata li kellha splussivi fil-pussess tagħha u ġiet ikkundannata għal 6 snin u 11-il xahar ħabs; billi l-attivist f’NGO Tofik Abdulhaziiev ġie arrestat fl-2019 u ġie kkundannat għal 12-il sena f’ħabs b’sigurtà massima fuq akkużi foloz, u sa mill-2023 qed jinżamm f’ħabs xi 2 700 km bogħod mill-Krimea; billi l-ġurnalist ċittadin Amet Suleymanov ġie kkundannat għal 12-il sena ħabs fl-2021;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi ħafna persuni mill-Krimea għadhom qed jiġu persegwitati, fosthom: Emil Kurbedinov, Server Mustafayev, Emir-Usein Kuku, Lutfiye Zudiyeva, Kulamet Ibraimov, Abdureshit Dzhepparov, Edem Semedlyaev, Rustem Kyamilev, Oleksandr Sizikov, Halyna Dovhopola, Ruslan Abdurakhmanov, Rustem Huhuryk u Lilia Hemedzhy;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu tal-okkupazzjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta’ Sevastopol mir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna l-immirar kontinwu mir-Russja tal-Ukreni etniċi u l-persekuzzjoni sistematika tat-Tatari tal-Krimea indiġeni, bl-għan li teradika l-identità, il-patrimonju u l-kultura tagħhom, aġir li, għat-Tatari tal-Krimea, jevoka d-deportazzjonijiet ġenoċidali tal-1944; iqis li l-futur tal-Krimea huwa marbut mar-rikonoxximent tagħha bħala l-art twelid storika tat-Tatari tal-Krimea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna l-persekuzzjoni tal-ġurnalisti, tal-attivisti tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u d-deportazzjoni taċ-ċivili fosthom priġunieri politiċi mill-Krimea lejn istituzzjonijiet penitenzjarji madwar ir-Russja, kontra d-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob ir-rilaxx immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Iryna Danylovych, Tofik Abdulhaziiev u Amet Suleymanov u ta’ priġunieri politiċi oħrajn; jappella biex tingħata kura medika immedjatament; jiddenunzja l-infurzar ta’ verdetti kontra individwi morda serjament, li jikkostitwixxi ksur sfaċċat tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u lin-NU jistabbilixxu fejn jinsabu d-detenuti ċivili mill-Krimea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-komunità internazzjonali tkompli bil-politika tagħha tan-nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea; jappoġġja l-isforzi għat-tmiem tal-okkupazzjoni tagħha, bħall-Pjattaforma tal-Krimea; jappella għat-tisħiħ tas-sanzjonijiet kontra individwi u entitajiet ġuridiċi involuti fl-annessjoni illegali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-VP/RGħ, lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE u lill-awtoritajiet Russi u Ukreni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>