<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0073</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kirgistan, b’mod partikolari l-każ ta’ Temirlan Sultanbekov</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0222, 0224, 0227, 0228 u 0230/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2024 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kirgistan, b’mod partikolari l-każ ta’ Temirlan Sultanbekov (2024/2993(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kirgistan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi dan l-aħħar saru tfittxijiet fil-kwartieri ġenerali tal-partit Demokratiku Soċjali tal-Kirgistan (SDK); billi qabel l-elezzjonijiet muniċipali ta’ Novembru 2024, qorti distrettwali ta’ Bishkek ordnat l-arrest preventiv tal-mexxej tal-SDK Temirlan Sultanbekov u ta’ uffiċjali oħra tal-partit sat-13 ta’ Jannar 2025; billi dawn ġew arrestati fuq allegazzjonijiet ta’ xiri ta’ voti, b’audiotape ta’ oriġini mhux magħrufa jservi bħala l-evidenza primarja, li l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja għalih mhijiex ċara u r-rabta tiegħu mad-detenuti mhijiex magħrufa; billi l-SDK wera li l-pagamenti lill-persunal tal-kampanja, kif imsemmi fir-reġistrazzjoni, kienu trasparenti; billi s-Sur Sultanbekov beda strajk tal-ġuħ bi protesta fil-jum tal-arrest tiegħu, u l-kundizzjoni fiżika tiegħu minn dak iż-żmien marret għall-agħar serjament; billi l-Kummissjoni Elettorali ta’ Bishkek skwalifikat il-kandidati muniċipali tal-partit f’Bishkek;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin, l-istandards demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem fil-Kirgistan marru għall-agħar b’mod allarmanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-media indipendenti, bħal Kloop, Temirov Live, Ait Ait Dese u Azattyk, il-ġurnalisti u l-bloggers għadhom qed jiffaċċjaw repressjoni; billi kemm il-ġudikatura kif ukoll l-vjolenza tal-viġilanti qed jintużaw dejjem aktar biex irażżnu lill-avversarji politiċi u lill-kritiċi tas-soċjetà ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA) bejn il-Kirgistan u l-UE huwa soġġett għall-proċedura ta’ approvazzjoni tal-Parlament u jirrikjedi l-konformità sħiħa tal-Kirgistan mad-dmir tiegħu li jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u jirrispetta l-istandards demokratiċi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar ir-raġunijiet dubjużi għad-detenzjoni ta’ Temirlan Sultanbekov u ta’ attivisti oħra favur id-demokrazija fil-Kirgistan u l-motivazzjoni politika possibbli wara l-każ kriminali kontrihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kirgistani jeħilsu minnufih lis-Sur Sultanbekov u lil uffiċjali oħra tal-partit u jadottaw miżuri alternattivi għad-detenzjoni, filwaqt li jirrispettaw id-dritt tagħhom għal proċess debitu f’konformità mad-drittijiet ċivili u politiċi ggarantiti skont il-kostituzzjoni Kirgistana u l-obbligi internazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw is-sikurezza u l-benesseri tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern Kirgistani jtemm l-kampanja tiegħu ta’ intimidazzjoni u persekuzzjoni legali kontra l-partiti tal-oppożizzjoni, il-mezzi tal-media indipendenti u l-ġurnalisti; jinsab imħasseb dwar l-adozzjoni tal-liġi stil Russu dwar l-“aġenti barranin”; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kirgistani jwaqqgħu l-akkużi kollha kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi Makhabat Tazhibek Kyzy, Azamat Ishenbekov, Aktilek Kaparov u Ayke Beishekeeva, ġurnalisti mill-kanali Temirov Live u Ait Ait Dese;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Kirgistani jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards demokratiċi u l-libertajiet fundamentali f’konformità mal-EPCA u l-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi Plus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jappella lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE, b’mod partikolari d-Delegazzjoni tal-UE għall-Kirgistan, ikomplu jesprimu t-tħassib serju tagħhom dwar id-deterjorament tad-drittijiet tal-bniedem mal-awtoritajiet Kirgistani, u jikkunsidraw azzjoni oħra jekk is-sitwazzjoni tkompli tmur għall-agħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Asja Ċentrali, lill-Istati Membri, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-awtoritajiet Kirgistani.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>