<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2024)0074</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-repressjoni kontinwa tas-soċjetà ċivili u tal-media indipendenti fl-Ażerbajġan u l-każijiet ta’ Dr Gubad Ibadoghlu, Anar Mammadli, Kamran Mammadli, Rufat Safarov u Meydan TV</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0218, 0221, 0226, 0231, 0234 u 0236/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2024 dwar ir-repressjoni kontinwa tas-soċjetà ċivili u tal-media indipendenti fl-Ażerbajġan u l-każijiet ta’ Dr Gubad Ibadoghlu, Anar Mammadli, Kamran Mammadli, Rufat Safarov u Meydan TV  (2024/2994(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, ratifikata mill-Ażerbajġan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi mill-2023, l-awtoritajiet tal-Ażerbajġan kienu involuti f’attakki sistemiċi kontra s-soċjetà ċivili, l-oppożizzjoni politika, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-komunità LGBTI+ u l-media indipendenti, li intensifikaw matul il-COP29;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fl-Ażerbajġan hemm aktar minn 300 priġunier politiku, kif ukoll 23 priġunier tal-gwerra Armen, inklużi mexxejja tal-ex repubblika awtoproklamata ta’ Nagorno-Karabakh;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Gubad Ibadoghlu, priġunier politiku u finalist tal-Premju Sakharov 2024, għadu qed jinżamm taħt arrest domiċiljari; billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li l-kundizzjoni ta’ saħħtu hija kritika, filwaqt li jeħtieġ jiġi rikoverat l-isptar u li ssirlu kirurġija tal-qalb urġenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-mexxej tas-soċjetà ċivili Anar Mammadli ilu minn April 2024 taħt arrest preventiv fuq akkużi foloz, filwaqt li s-saħħa tiegħu qed tmur lura minħabba li qed jiġi mċaħħad mill-kura tas-saħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fil-bidu ta’ Diċembru 2024, l-awtoritajiet tal-Ażerbajġan arrestaw lill-ġurnalisti ta’ MeydanTV Aynur Ganbarova, Aytaj Ahmadova, Khayala Agayeva, Natig Javadli u Aysel Umudova, kif ukoll lill-ġurnalisti Ramin Jabrayilzade u Ahmad Mukhtar; billi arrestaw ukoll lill-Viċi Direttur tal-Iskola tal-Ġurnaliżmu ta’ Baku Ulvi Tahirov, il-mexxej politiku Azer Gasimli u d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Rufat Safarov; billi kollha qed iħabbtu wiċċhom ma’ akkużi bla bażi u b’motivazzjonijiet politiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-attivista ambjentali Kamran Mammadli ġie attakkat minn gwardji tas-sigurtà waqt il-COP29 u huwa pprojbit milli jivvjaġġa;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi d-drittijiet tal-bniedem tal-priġunieri jinkisru b’mod regolari permezz ta’ detenzjoni f’kundizzjonijiet inumani, tortura u fastidju speċifiku tal-priġunieri politiċi nisa, inkluża Nargiz Absalamova;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-allegat ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem mir-reġim tal-Ażerbajġan, inklużi l-libertajiet ta’ espressjoni, ta’ assoċjazzjoni u ta’ għaqda paċifika, u l-abbuż politikament motivat tal-istess reġim tas-sistema tal-ġustizzja kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan biex b’mod immedjat itemmu l-attakki kontra l-gruppi kollha ta’ dissidenti u jeħilsu mingħajr kundizzjonijiet u jwaqqgħu l-akkużi kollha kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-attivisti politiċi u attivisti oħra li qed jiġu proċessati mill-qrati fuq akkużi foloz u motivati politikament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob li l-awtoritajiet biex b’mod immedjat ineħħu l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar ta’ Ibadoghlu, u jwaqqgħu mingħajr kundizzjonijiet l-akkużi kollha kontrih u jippermettulu jirċievi trattament urġenti barra mill-pajjiż; jiddeplora l-fatt li Ibadoghlu ma tħalliex jattendi għaċ-ċerimonja tal-Premju Sakharov jew jingħaqad magħha b’mod remot;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Ażerbajġan ineħħi r-restrizzjonijiet mhux dovuti fuq il-media indipendenti billi jallinja l-liġijiet tiegħu dwar ir-reġistrazzjoni u l-finanzjament ta’ gruppi mhux governattivi u tal-media mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja; jitlob li l-awtoritajiet itemmu r-repressjoni ta’ MeydanTV, ToplumTV, Abaz Media u Kanal13;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob li jiġu imposti sanzjonijiet tal-UE fl-ambitu tar-reġim globali tagħha ta’ sanzjonijiet b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem fuq uffiċjali tal-Ażerbajġan responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi Fuad Alasgarov, Vilayat Eyvazov and Ali Naghiyev;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinsisti li kwalunkwe ftehim ta’ sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan, inkluż dwar l-enerġija, jeħtieġlu jkun kundizzjonali ħafna fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha; jistieden lill-Kummissjoni tissospendi l-Memorandum ta’ Qbil tal-2022 dwar Sħubija Strateġika fil-Qasam tal-Enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ażerbajġan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>