<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0002</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ħtieġa ta’ azzjonijiet kontra l-oppressjoni kontinwa u l-elezzjonijiet farsa fil-Belarussja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0055, 0056, 0057, 0058 u 0059/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Jannar 2025 dwar il-ħtieġa ta’ azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-oppressjoni kontinwa u l-elezzjonijiet farsa fil-Belarussja (2024/3014(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 2020 u tad-19 ta’ Frar 2024 dwar il-Belarussja u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 u tat-22 ta’ Ottubru 2021 dwar il-Belarussja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Awwissu 2024 dwar il-ħelsien ta’ għadd ta’ priġunieri politiċi, u tas-26 ta’ Frar 2024 dwar l-elezzjonijiet parlamentari u lokali, u d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli f’isem l-UE tat-8 ta’ Awwissu 2023 dwar it-tielet anniversarju tal-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta tan-NU, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u strumenti internazzjonali oħra relatati mad-drittijiet tal-bniedem li l-Belarussja hija parti għalihom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju tan-NU tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) tal-25 ta’ Marzu 2024 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja fil-kuntest tat-tħejjija għall-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u warajha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Konferenza Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tat-12 ta’ Ġunju 2023 dwar il-miżuri rakkomandati mill-Korp ta’ Tmexxija skont l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tal-ILO dwar is-suġġett tal-Belarussja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-30 sena ta’ tmexxija awtoritarja ta’ Aliaksandr Lukashenka fil-Belarussja kienet ikkaratterizzata minn repressjoni sistematika tal-avversarji politiċi u dissens, inkluż l-għajbien furzat tal-kritiċi ta’ Lukashenka; billi mill-elezzjoni presidenzjali frodulenti ta’ Awwissu 2020, ir-reġim illeġittimu ta’ Lukashenka, bl-appoġġ tar-Russja, rażżan b’mod sistematiku lill-attivisti politiċi, is-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, il-ġurnalisti, l-artisti, il-mexxejja reliġjużi, it-trejdjunjonisti u gruppi oħra fil-Belarussja u barra mill-pajjiż, filwaqt li żamm għexieren ta’ eluf ta’ persuni detenuti arbitrarjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi wara l-elezzjoni presidenzjali frodulenti tal-2020 u r-repressjoni brutali sussegwenti, l-UE u ħafna mis-sħab demokratiċi tagħha ma rrikonoxxewx ir-riżultati tal-elezzjonijiet jew lil Aliaksandr Lukashenka bħala mexxej leġittimu u President tal-Belarussja;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi skont iċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem “Viasna”, aktar minn 1 250 priġunier politiku għadhom detenuti fil-Belarussja f’kundizzjonijiet li jipperikolawlhom ħajjithom, u ħafna minn dawn il-priġunieri jinsabu f’qagħda ta’ saħħa fraġli; billi diversi priġunieri politiċi mietu waqt li kienu detenuti, erbgħa minnhom fl-2024 biss; billi l-priġunieri politiċi jiffaċċjaw tortura, ċaħda ta’ kura medika, aċċess ristrett għal żjarat minn avukati u membri tal-familja, u reklużjoni; billi mis-sajf tal-2020 ’l hawn, 3 697 persuna ġew rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi; billi fl-2024 biss, ġew dokumentati aktar minn 8 800 każ ta’ persekuzzjoni politikament motivata, fosthom arresti, detenzjonijiet, sensji u forom oħra ta’ repressjoni mmirati lejn priġunieri politiċi, il-familji u l-avukati tagħhom, attivisti, ġurnalisti, qassisin, tobba, Belarussi li jmorru lura pajjiżhom u oħrajn;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi diversi organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż l-OHCHR, iddokumentaw ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja, inklużi tortura, detenzjonijiet arbitrarji, priġunerija jew forom oħra ta’ privazzjoni severa tal-libertà fiżika, għajbien furzat, persekuzzjoni għal raġunijiet politiċi u trażżin tal-libertajiet, li skont id-dritt internazzjonali jammontaw għal delitti kontra l-umanità; billi f’Settembru 2024 il-Litwanja rreferiet is-sitwazzjoni fil-Belarussja lill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) biex jinvestiga ċerti delitti kontra l-umanità mwettqa mir-reġim ta’ Lukashenka;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-reġim illeġittimu Belarussu qed jippjana li jorganizza elezzjonijiet presidenzjali foloz fis-26 ta’ Jannar 2025 u Lukashenka qed jipprova jikseb is-seba’ mandat tiegħu; billi l-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Belarussja rreġistrat lil Lukashenka u lil erba’ “kandidati” <STRING ITALIC="on">pro forma</STRING> oħra; billi l-kampanja elettorali presidenzjali attwali qed titwettaq f’ambjent ta’ repressjoni severa li tonqos milli tissodisfa anke l-istandards minimi għal elezzjonijiet demokratiċi; billi l-kandidati demokratiċi huma pprojbiti milli jipparteċipaw, il-libertà tal-media hija ristretta ħafna, il-votanti jiffaċċjaw intimidazzjoni, u n-nuqqas ta’ osservazzjoni elettorali indipendenti jkompli jdgħajjef il-leġittimità tal-proċess elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi kemm l-elezzjonijiet parlamentari kif ukoll dawk lokali li saru fil-25 ta’ Frar 2024, u l-elezzjoni presidenzjali falza li jmiss skedata għas-26 ta’ Jannar 2025 huma eżempju tan-nuqqas ta’ rispett tar-reġim għan-normi demokratiċi peress li l-elezzjonijiet fil-Belarussja huma kkontrollati b’mod strett, fejn il-kandidati kollha jiġu approvati minn qabel mill-awtoritajiet, il-partiti demokratiċi jiġu eliminati u l-votanti ma jingħataw l-ebda għażla reali; billi l-kampanja elettorali kienet ikkaratterizzata mid-detenzjoni ta’ individwi involuti fil-kampanji presidenzjali tal-2020 ta’ kandidati oħra u minn rieda ċara li d-dissens jitrażżan b’mod aħrax;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi skont iċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem “Viasna”, mill-inqas 360 persuna ġew detenuti bejn Lulju u Settembru 2024, u ħafna mexxejja demokratiċi, inklużi r-Rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi Ales Bialiatski, Maria Kalesnikava, Viktar Babaryka, Pavel Seviarynets, Siarhei Tsikhanouski, Mikalai Statkevich u oħrajn għadhom miżmuma l-ħabs; billi mill-inqas tmien priġunieri politiċi bħalissa jinsabu detenuti f’iżolament:
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-reġim ta’ Lukashenka żied il-pressjoni fuq il-persunal tal-missjonijiet diplomatiċi tal-Punent akkreditat fil-Belarussja kif ukoll fuq barranin oħra; billi Mikalai Khila, membru lokali tal-persunal tad-delegazzjoni tal-UE għall-Belarussja, inqabad mill-KGB Belarussu quddiem l-uffiċċju tad-delegazzjoni tal-UE, inżamm taħt arrest preventiv minn April 2024 u, f’Diċembru 2024, ġie kkundannat għal erba’ snin priġunerija; billi ġie elenkat bħala priġunier politiku miċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem “Viasna”; billi żewġ ċittadini Ġappuniżi reċentement ġew detenuti fuq akkużi foloz ta’ “attivitajiet ta’ aġent”;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fl-2024 Lukashenka ta l-maħfra lil aktar minn 200 priġunier politiku f’tentattiv biex jitneħħew xi sanzjonijiet tal-Punent; billi l-arresti politiċi għadhom għaddejjin minkejja dawn il-maħfriet, u fl-2024 biss, mill-inqas 1 721 individwu ġew ikkundannati fuq akkużi politiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Federazzjoni tat-Trade Unions tal-Belarussja ilha infiltrata fl-istruttura tal-gvern tar-reġim ta’ Lukashenka u huwa maħsub li għandha rwol sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-reġim Belarussu juża liġijiet kontra l-estremiżmu biex jostakola l-mezzi tal-media u, abbażi ta’ dan, il-biċċa l-kbira tal-media indipendenti ġiet ikklassifikata bħala “estremista” filwaqt li mill-inqas 45 rappreżentant tal-media sfaw detenuti, madwar 400 f’eżilju u oħrajn qed jiffaċċjaw fastidju u trattament ħażin; billi l-media indipendenti, bħal Belsat TV, Charter 97, Nexta, Radio Racyja, Radio Svaboda, Nasha Niva u oħrajn, għandhom rwol kruċjali biex jagħtu informazzjoni essenzjali u jservu bħala pjattaforma għall-ilħna demokratiċi; billi l-awtoritajiet Belarussi jużaw sorveljanza, ċensura online u diżinformazzjoni, li jeskalaw l-awtoritarjaniżmu diġitali u jimminaw il-prospetti għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti fl-2025; billi l-propagandisti Belarussi regolarment ixerrdu diżinformazzjoni dwar l-Istati Membri tal-UE u l-uffiċjali tagħhom u jrażżnu l-aċċess għall-informazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi mill-2020, aktar minn 500 000 Belarussu ġew imġiegħla jaħarbu mill-pajjiż u xi wħud għadhom qed jiffaċċjaw persekuzzjoni mir-reġim ta’ Lukashenka, inkluż permezz ta’ proċessi <STRING ITALIC="on">in absentia</STRING>, theddid mill-forzi tas-sigurtà u pressjoni fuq il-qraba, konfiska tal-proprjetà u restrizzjonijiet oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi taħt Lukashenka, aktar minn 250 persuna kkundannati għall-mewt ġew iġġustizzjati; billi l-Belarussja tibqa’ l-uniku pajjiż fl-Ewropa u fl-Asja Ċentrali li żamm il-piena tal-mewt, u l-ambitu tagħha ġie estiż fl-2022 biex jinkludi atti ta’ terroriżmu definiti b’mod vag u fl-2023 biex jinkludi t-“tradiment kontra l-istat”;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-miżuri repressivi fil-Belarussja qed jattakkaw dejjem aktar il-libertà reliġjuża, bl-adozzjoni reċenti tal-liġi dwar il-libertà tal-kuxjenza u l-organizzazzjonijiet reliġjużi toħloq theddida serja għad-drittijiet u l-eżistenza ta’ komunitajiet reliġjużi; billi din ir-repressjoni kellha wkoll fil-mira lil mexxejja reliġjużi, kif deher mis-sentenza reċenti ta’ qassis Kattoliku, ir-Reverendu Henrykh Akalatovich, għal 11-il sena ħabs fuq akkużi ffabbrikati ta’ tradiment għoli, liema sentenza tikkostitwixxi l-ewwel każ ta’ din ix-xorta kontra l-kleru Kattoliku fil-Belarussja;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-reġim ta’ Lukashenka wera li huwa strumentali għal Putin billi pprovda lill-forzi Russi aċċess għat-territorju Belarussu sabiex titħejja l-invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna; billi r-reġim ta’ Lukashenka jwettaq delitti kontra tfal Ukreni, inkluż billi jospita kampijiet ta’ riedukazzjoni għall-indottrinazzjoni politika u l-militarizzazzjoni; billi jassisti t-tentattivi mir-Russja u minn pajjiżi oħra biex jiddestabbilizzaw l-UE u jimminaw l-aspirazzjonijiet Ewropej fost il-ġirien tal-UE, b’mod partikolari billi jużaw il-migrazzjoni bħala arma fil-fruntieri tal-UE u jilleġittimizzaw ir-reġim awtokratiku ta’ Bidzina Ivanishvili fil-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-UE imponiet sanzjonijiet immirati fuq il-Belarussja b’reazzjoni għall-elezzjonijiet frodulenti tal-2020, il-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, u l-kompliċità tal-Belarussja fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inklużi restrizzjonijiet kummerċjali u sanzjonijiet fuq 287 individwu, fosthom Lukashenka, u 39 entità;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi r-reġim ta’ Lukashenka, bl-għajnuna tar-Russja, jevita xi wħud minn dawn is-sanzjonijiet permezz tal-aċċess preferenzjali għas-suq u l-użu tal-infrastruttura Russa; billi r-rapporti jindikaw li BelAZ, produttur tat-trakkijiet Belarussu ssanzjonat, jevita s-sanzjonijiet billi jżarma t-trakkijiet fil-Belarussja u jittrasporta l-parts lejn l-UE biex jintramaw mill-ġdid taħt ismijiet ta’ ditti differenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni li ma jirrikonoxxix l-elezzjoni ta’ Alexander Lukashenko għall-kariga ta' President tal-Belarussja; iqis ir-reġim attwali fil-Belarussja bħala illeġittimu, illegali u kriminali; jafferma mill-ġdid l-appoġġ sod tiegħu għall-poplu Belarussu fl-insegwiment tiegħu tad-demokrazija, il-libertà u d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddenunzja n-nuqqas ta’ libertà, ġustizzja u trasparenza qabel l-hekk imsejħa elezzjonijiet presidenzjali fil-Belarussja u jitlob lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali biex kategorikament jirrifjutaw l-elezzjonijiet li ġejjin fil-Belarussja u l-kampanja ta’ tħejjija bħala foloz peress li dawn ma jissodisfawx l-istandards minimi internazzjonali għal elezzjonijiet demokratiċi; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali biex ikomplu ma jirrikonoxxux il-leġittimità ta’ Aliaksandr Lukashenka bħala president wara s-26 ta’ Jannar 2025, u jitlob li jsiru elezzjonijiet ħielsa u ġusti fil-Belarussja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddeplora l-ksur gravi li għaddej tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi fil-Belarussja, li kompla jintensifika matul it-tħejjija tal-hekk imsejħa elezzjonijiet presidenzjali; jikkundanna r-repressjoni sistematika fil-Belarussja, li tinkludi arresti arbitrarji, tortura, fastidju, trattament ħażin tad-detenuti, impunità persistenti u nuqqas ta’ rispett strutturali lejn proċessi ġusti u imparzjali; itenni t-talba tiegħu għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-individwi kollha detenuti fil-Belarussja minħabba l-fehmiet politiċi tagħhom, kif ukoll li jiġu kkumpensati u jingħataw lura d-drittijiet tagħhom; jeżiġi li tintemm ir-repressjoni tal-avversarji politiċi u tal-pubbliku Belarussu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Itenni l-istedina tiegħu lill-awtoritajiet Belarussi biex jirrispettaw id-drittijiet tad-detenuti, jipprovdu kura medika u jagħtu aċċess għal avukati, familji u organizzazzjonijiet internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi tħassib kbir dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi, inklużi Maria Kalesnikava, Siarhei Tsikhanouski, Ales Bialiatski, Mikalai Statkevich, Mikalai Khila, Valiantsin Stefanovich, Maksim Znak, Viktar Babaryka, Ihar Losik, Andrzej Poczobut, Palina Sharenda-Panasiuk, Uladzimir Matskevich, Marfa Rabkova, Uladzimir Labkovich, Aliaksandr Yarashuk, Volha Brytsikava, Aliaksandr Kapshul, Yana Pinchuk, Mikalai Bankou, Andrei Navitski, Henrykh Akalatovich, Uladzimir Kniha Dmitry Kuchuk, Pavel Seviarynets u oħrajn, li ħafna minnhom qed jiffaċċjaw kwistjonijiet tas-saħħa serji mingħajr aċċess għal kura medika xierqa u qed iġarrbu iżolament, trattament ħażin u tortura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iqis l-arrest u l-kundanna fuq akkużi politikament motivati ta’ Mikalai Khila, membru tal-persunal lokali tad-Delegazzjoni tal-UE f’Minsk, bħala ksur tal-prattiki diplomatiċi fil-konfront tal-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżviluppaw malajr rispons kredibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifaħħar ir-reżiljenza tas-soċjetà ċivili u tal-forzi demokratiċi Belarussi; itenni s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-Belarussja u l-appoġġ tiegħu għall-aspirazzjonijiet leġittimi tiegħu għal futur demokratiku u Ewropew; jesprimi solidarjetà mal-forzi demokratiċi Belarussi u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu Belarussja sovrana, demokratika u prospera; jibqa’ impenjat li jaħdem mal-forzi demokratiċi, mas-soċjetà ċivili u mal-media indipendenti għall-benefiċċju tal-poplu tal-Belarussja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jinvestigaw l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja u jappoġġjaw miżuri ta’ akkontabbiltà, inkluż permezz ta’ ġuriżdizzjoni universali; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinvestigaw, abbażi ta’ ġuriżdizzjoni universali, id-delitti kontra l-umanità mwettqa mir-reġim ta’ Lukashenka fil-Belarussja u fit-territorju tal-UE u, fuq l-eżempju tal-Litwanja, jirreferu s-sitwazzjoni fil-Belarussja lill-Qorti Kriminali Internazzjonali għal investigazzjoni sa fejn ikun possibbli, u jikkunsidraw it-twaqqif ta’ tribunal internazzjonali għall-prosekuzzjoni tad-delitti tar-reġim ta’ Lukashenka; jistieden lill-Istati Membri jippermettu lill-avukati Belarussi li tkeċċew mir-reġim jipprattikaw fit-territorju tal-UE sabiex jipprovdu assistenza legali lill-Belarussi ppersegwitati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza l-ħidma imprezzabbli mwettqa mid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja li qed jimmonitorjaw, jiddokumentaw u jirrapportaw il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-delitti kontra l-umanità li qed iseħħu fil-pajjiż, sabiex jiġu żgurati akkontabbiltà u ġustizzja sussegwenti għall-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw lill-priġunieri politiċi u lill-familji tagħhom, inkluż billi jitolbu prova ta’ fejn jinsabu l-priġunieri politiċi, jitolbu l-ħelsien tagħhom, jissimplifikaw il-proċeduri għal dawk li qed jaħarbu mill-Belarussja biex jiksbu viżi u dokumenti tal-identità, u jipprovdu riabilitazzjoni u tipi oħra ta’ appoġġ; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri fil-Belarussja biex ikomplu josservaw u jimmonitorjaw il-proċessi tal-priġunieri politiċi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-Belarussi eżiljati jiġu protetti mill-persekuzzjoni mir-reġim ta’ Lukashenka u li jingħataw opportunitajiet biex jibqgħu u jaħdmu legalment fl-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jqajmu l-kwistjoni tal-abbuż tal-mandati ta’ arrest internazzjonali fi ħdan l-Interpol u jistieden lill-pajjiżi kkonċernati ma jestradixxux liċ-ċittadini Belarussi li ħarbu mir-reġim u li se jiffaċċjaw persekuzzjoni meta jirritornaw il-Belarussja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-miżuri repressivi fil-Belarussja espandew biex jinkludu attakki fuq il-libertà reliġjuża, permezz tal-adozzjoni tal-liġi dwar il-libertà tal-kuxjenza u l-organizzazzjonijiet reliġjużi, li tikser b’mod serju d-dritt fundamentali għal-libertà tar-reliġjon, tal-kuxjenza u tat-twemmin; iħeġġeġ lir-reġim ta’ Lukashenka jwaqqaf minnufih il-persekuzzjoni tal-komunitajiet reliġjużi u tal-knejjes;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jitlob li jitkompla l-appoġġ tal-UE għall-forzi demokratiċi Belarussi, immexxija minn Sviatlana Tsikhanouskaya; itenni l-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-forzi demokratiċi Belarussi, is-soċjetà ċivili, l-istudenti, il-ġurnalisti, il-mexxejja tat-trade unions, il-professjonisti eżiljati u oħrajn billi jingħataw viżi, boroż ta’ studju, għotjiet u opportunitajiet ta’ networking; iħeġġeġ lir-rappreżentanti tal-forzi demokratiċi tal-Belarussja jżommu u jippromwovu l-għaqda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiddenunzja l-kompliċità tar-reġim ta’ Lukashenka fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jikkundanna s-subordinazzjoni intenzjonata tal-Belarussja lir-Russja fl-hekk imsejjaħ stat ta’ unjoni li jinkludi sferi politiċi, ġeopolitiċi, ekonomiċi, militari u kulturali; itenni l-ħtieġa li jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-identità nazzjonali Belarussa u l-lingwa Belarussa, u li tiġi miġġielda d-distorsjoni u l-manipulazzjoni tal-istorja Belarussa mir-reġim ta’ Lukashenka kif ukoll mill-Kremlin u l-forzi bi prokura tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lis-sħab internazzjonali tagħha jwessgħu u jsaħħu s-sanzjonijiet kontra individwi u entitajiet responsabbli għar-repressjoni fil-Belarussja u għall-parteċipazzjoni tal-Belarussja fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, filwaqt li jagħlqu l-lakuni tas-sanzjonijiet u jindirizzaw is-sorsi ta’ dħul ewlenin li jiffinanzjaw lir-reġim, bħall-esportazzjonijiet tal-potassa u fertilizzanti oħra; jappella lill-UE tissanzjona lill-entitajiet Belarussi u lill-individwi responsabbli għax-xogħol furzat tal-priġunieri politiċi, kif ukoll l-oġġetti prodotti permezz ta’ dan ix-xogħol furzat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lis-sħab internazzjonali biex minnufih jidentifikaw, jiffriżaw u jsibu perkorsi legali biex jinqabdu l-assi tat-tmexxija Belarussa u tal-entitajiet Belarussi relatati involuti fl-isforz tal-gwerra tar-Russja, kif ukoll l-assi ta’ entitajiet u individwi li jmexxu l-hekk imsejħa kampanja elettorali ta’ Lukashenka, inkluża l-Federazzjoni tat-Trade Unions tal-Belarussja, bħal Yury Sianko, Hanna Varfalameyeva u Valery Kursevich; Jistieden lill-kumpaniji tal-UE u tal-Punent iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom fil-Belarussja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jqajmu l-kwistjoni tas-sitwazzjoni fil-Belarussja fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti kollha, b’mod partikolari fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, fin-NU u fil-korpi speċjalizzati tagħha u fl-ILO, bl-għan li jissaħħaħ l-iskrutinju internazzjonali tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-azzjoni internazzjonali dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw dokumentazzjoni u akkontabbiltà kontinwi għad-delitti internazzjonali mwettqa mir-reġim ta’ Lukashenka, isaħħu l-eżami tal-OHCHR tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja billi jipprovdu appoġġ sħiħ lill-Grupp ta’ Esperti Indipendenti tan-NU dwar is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Belarussja u billi jippreservaw il-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja biex il-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem jiġi mmonitorjat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jiddenunzja t-trasferiment illegali ta’ eluf ta’ tfal, inklużi orfni, minn żoni tal-Ukrajna okkupati mir-Russi għall-hekk imsejħa kampijiet ta’ rikreazzjoni fil-Belarussja, fejn huma soġġetti għal Russifikazzjoni u indottrinazzjoni; jikkundanna bil-qawwa l-involviment tas-Salib l-Aħmar tal-Belarussja fid-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-użu bħala arma u l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni mir-reġim ta’ Lukashenka biex jiddestabbilizza l-Istati Membri tal-UE ġirien permezz ta’ flussi irregolari orkestrati, filwaqt li jikser id-drittijiet tal-bniedem, jisfrutta individwi vulnerabbli u jhedded l-istabbiltà reġjonali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu fuq rispons koordinat biex jiġġieldu din it-theddida ibrida filwaqt li jipproteġu l-fruntieri esterni tal-UE u d-drittijiet u s-sikurezza ta’ individwi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Belarussja tbiddel is-sentenzi tal-mewt kollha, timponi moratorju fuq il-piena kapitali u taħdem favur l-abolizzjoni permanenti tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Unjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvern tal-Ġappun, lir-rappreżentanti tal-forzi demokratiċi Belarussi u lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> Belarussi.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>