<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0003</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-każ ta’ Jean-Jacques Wondo fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0069, 0072, 0078, 0081 u 0084/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Jannar 2025 dwar il-każ ta’ Jean-Jacques Wondo fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (2025/2510(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, ratifikat mir-RDK fl-1976, u l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Prinċipji u l-Linji Gwida dwar id-Dritt għal Proċess Ġust u għall-Assistenza Legali fl-Afrika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi Jean-Jacques Wondo, espert tas-sigurtà, militari u politiku Belġjan-Kongoliż, ġie mistieden f’Kinshasa fi Frar 2024 biex imexxi r-riformi tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Intelligence Kongoliża, l-ANR;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi Wondo ġie arrestat wara kolp ta’ stat li falla fid-19 ta’ Mejju 2024, li għalih ġie akkużat bħala l-“awtur intellettwali”, minkejja li b’mod konsistenti baqa’ jinsisti li huwa innoċenti; billi l-akkużi kienu bbażati fuq xhieda sfurzata u mhux affidabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fit-13 ta’ Settembru 2024, Wondo u 36 persuna oħra ġew ikkundannati għall-mewt minn qorti militari fi proċess li ġie kkundannat b’mod wiesa’ għall-ksur serju ta’ proċess ġust u għan-nuqqas ta’ evidenza kredibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-saħħa ta’ Wondo marret għall-agħar b’mod gravi fil-kustodja u teħtieġ attenzjoni medika;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-RDK neħħiet moratorju fuq il-piena tal-mewt f’Marzu 2024, u dan wassal għal żieda qawwija fis-sentenzi tal-mewt, li jikkontradixxi l-impenji tagħha skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-kundanna għall-mewt ta’ Wondo u oħrajn u l-ksur serju tad-dritt tagħhom għal proċess ġust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern tar-RDK jannulla immedjatament is-sentenzi tal-mewt, jerġa’ jdaħħal moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet u jieħu passi lejn l-abolizzjoni sħiħa tal-piena tal-mewt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar is-saħħa sejra għall-agħar ta’ Wondo, jitlob li jingħata aċċess immedjat għal trattament mediku u jinsisti li jinħeles immedjatament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddenunzja l-użu ħażin tal-qrati militari għall-prosekuzzjoni ta’ Wondo u jistieden lir-RDK tallinja l-prattiki ġudizzjarji tagħha mal-impenji internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni l-oppożizzjoni kategorika tiegħu għall-piena tal-mewt fi kwalunkwe ċirkostanza u jitlob l-abolizzjoni universali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lid-delegazzjoni tal-UE f’Kinshasa, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-ministri għall-affarijiet barranin tal-Istati Membri biex jintensifikaw l-impenn tagħhom mal-awtoritajiet tar-RDK, filwaqt li jenfasizzaw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-indipendenza ġudizzjarja u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jitlob li jiġu implimentati riformi sistemiċi fir-RDK biex il-ġudikatura tinbena mill-ġdid f’istituzzjoni indipendenti, ġusta u effiċjenti li tiggarantixxi proċess ġust u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Gvern u lill-Parlamenti tar-Reppubblika Demokratika tal-Kongo, lill-Unjoni Afrikana u korpi internazzjonali rilevanti oħra.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>