<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0004</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-repressjoni sistematika tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Pakhshan Azizi u Wrisha Moradi, u t-teħid ta’ ċittadini tal-UE bħala ostaġġi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0066, 0073, 0082, 0085 u 0086/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Jannar 2025 dwar ir-repressjoni sistematika tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Pakhshan Azizi u Wrisha Moradi, u t-teħid ta’ ċittadini tal-UE bħala ostaġġi (2025/2511(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran marret għall-agħar b’mod sinifikanti, b’żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet, inklużi dawk fuq aktar minn 900 individwu fl-2024 biss, li ħafna minnhom kienu nisa, dissidenti politiċi u individwi konnessi mal-protesti imqanqla mill-qtil ta’ Jina Mahsa Amini;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-attivisti Kurdi, l-assistent soċjali Pakhshan Azizi u l-promotur tad-drittijiet tan-nisa Verisheh (Wrisha) Moradi, li ġġieldu kontra l-ISIS fil-Kurdistan, ġew ikkundannati għall-mewt minħabba “ribelljoni armata kontra l-Istat”; billi dawn ġew miċħuda proċess ġust u kienu soġġetti għal tortura u reklużjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi f’Jannar 2025 il-Qorti Suprema tal-Iran ikkonfermat piena tal-mewt kontra Pakhshan Azizi u oħrajn;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi għexieren ta’ ċittadini innoċenti tal-UE ġew detenuti b’mod arbitrarju fl-Iran, mingħajr aċċess għal proċessi ġusti, bħala parti minn strateġija usa’ tal-Iran ta’ diplomazija tal-ostaġġi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddenunzja r-repressjoni bla rażan tad-drittijiet tal-bniedem mir-reġim Iranjan, b’mod partikolari l-mira fuq l-attivisti nisa; jikkundanna bil-qawwa l-piena tal-mewt kontra Pakhshan Azizi u Wrisha Moradi; jesiġi li l-Iran jeħles immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-priġunieri politiċi kollha li jinsabu l-ħabs b’mod inġust, inklużi Pakhshan Azizi, Wrisha Moradi u mill-anqas 56 priġunier politiku ieħor ikkundannat għall-mewt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-piena tal-mewt u jappella lill-Gvern Iranjan biex jintroduċi moratorju immedjat fuqha u jneħħiha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Iranjani u jesprimi l-appoġġ sħiħ u s-solidarjetà tiegħu mal-Iranjani magħqudin fil-moviment “Mara, Ħajja, Libertà”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jeħilsu immedjatament, jirripatrijaw b’mod sikur u jwaqqgħu l-akkużi kollha kontra ċ-ċittadini tal-UE, inklużi Olivier Grondeau, Cécile Kohler, Jacques Paris u Ahmadreza Djalali; jikkundanna bil-qawwa l-użu mill-Iran tad-diplomazija tal-ostaġġi; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jwettqu sforzi diplomatiċi konġunti u jaħdmu b’mod kollettiv biex jiġu meħlusa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-qtil ta’ Jamshid Sharmahd; iħeġġeġ lir-reġim Iżlamiku fl-Iran biex jipprovdi d-dettalji taċ-ċirkostanzi tal-mewt tiegħu u biex il-fdalijiet tiegħu jiġu rritornati immedjatament lill-familja tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna s-soppressjoni sistemika mir-reġim Iranjan tal-movimenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-persekuzzjoni tal-minoranzi, inklużi l-Kurdi, l-Baluchis, l-Insara, li qed iħabbtu wiċċhom mal-persekuzzjoni wara li jikkonvertu, kif ukoll il-Baha’is, li kollha kemm huma qed iħabbtu wiċċhom ma’ diskriminazzjoni etnika u reliġjuża, arrest u ksur tad-drittijiet fundamentali li għandhom l-għan li jssikktu d-dissens;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jiddeżinjaw il-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika bħala organizzazzjoni terroristika u biex jestendi s-sanzjonijiet tal-UE għal dawk kollha responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-Mexxej Suprem Ali Khamenei, il-President Masoud Pezeshkian, il-Kap Ġudizzjarju Gholam-Hossein Mohseni-Eje’ i, il-Prosekutur Ġenerali Mohammad Movahedi-Azad u l-Imħallef Iman Afshari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani biex jipprovdu lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran u lill-missjoni ta’ tiftix tal-fatti tan-NU aċċess sħiħ u mingħajr xkiel sabiex iwettqu l-mandati tagħhom; jappella lill-UE u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw bis-sħiħ il-missjoni u jappoġġjaw it-tiġdid tal-mandat tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu għal aktar appoġġ finanzjarju għas-soċjetà ċivili Iranjana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Assemblea Konsultattiva Iżlamika u lill-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>