<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0007</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni fil-Venezwela wara l-użurpazzjoni tal-presidenza fl-10 ta’ Jannar 2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0064, 0080 u 0083/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Jannar 2025 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela wara l-użurpazzjoni tal-presidenza fl-10 ta’ Jannar 2025 (2025/2519(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela, b’mod partikolari dik tad-19 ta’ Settembru 2024 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/7215, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7215/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u t-trattati u l-istrumenti l-oħra tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Venezwela,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Carter Center tat-30 ta’ Lulju 2024 dwar l-elezzjoni tal-Venezwela u dik tat-2 ta’ Ottubru 2024 li tilleġittimizza r-rekords elettorali ppreżentati mill-oppożizzjoni demokratika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sejbiet dettaljati tal-missjoni internazzjonali indipendenti ta’ tiftix ta’ fatti dwar ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela tal-14 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tas-27 ta’ Diċembru 2024 dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem wara l-elezzjonijiet fil-Venezwela,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta’ Jannar 2025 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà f’isem l-Unjoni Ewropea dwar l-avvenimenti tal-10 ta’ Jannar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-15 ta’ Jannar 2025 mill-kelliema tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar id-deċiżjonijiet riċenti tal-awtoritajiet Venezwelani,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Parzjali dwar il-Promozzjoni tad-Drittijiet Politiċi u l-Garanziji Elettorali għal Kulħadd, iffirmat mir-reġim ta’ Nicolás Maduro u l-alleanza tal-oppożizzjoni Venezwelana, il-Pjattaforma Unitarja, f’Ottubru 2023 (il-Ftehim ta’ Barbados),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fit-28 ta’ Lulju 2024, il-poplu Venezwelan ivvota bi ħġaru u b’mod paċifiku biex jiddetermina l-futur ta’ pajjiżu, u dan juri mġiba ċivika u demokratika eċċezzjonali; billi wara li għalqet il-votazzjoni, il-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) kkontrollat mir-reġim irrifjuta li jippubblika r-rekord uffiċjali tal-karti tal-għadd tal-voti (“actas”) u ffalsifika r-riżultati tal-elezzjoni, filwaqt li ħabbar ir-rebħa falza ta’ Maduro; billi miljunita’ Venezwelani vvutaw għal bidla demokratika billi appoġġjaw lil Edmundo González Urrutia b’maġġoranza sinifikanti (67,05 % tal-voti mitfugħa), skont kopji disponibbli pubblikament tar-rekords elettorali kkorroborati mill-uniċi osservaturi internazzjonali kredibbli u imparzjali, jiġifieri l-missjoni tan-NU u l-Carter Center;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fil-perjodu ta’ wara l-elezzjoni, saru protesti paċifiċi fil-pajjiż kollu bħala kontestazzjoni tal-wirja frodulenti mir-reġim ta’ Maduro; billi r-reġim irreaġixxa għal dawn il-protesti bi vjolenza u repressjoni estremi, li wasslu għall-mewt ta’ mill-inqas 23 ruħ, filwaqt li aktar minn 2 500 ruħ ġew arrestati jew għebu bil-forza, inklużi madwar 120 tifel u tifla; billi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi Venezwelani rrappurtaw li, mill-1 ta’ Jannar 2025, fil-pajjiż hemm mill-inqas 1 697 priġunier politiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi diversi ċittadini barranin, inklużi ċittadini tal-UE, għadhom qed jinżammu arrestati fuq akkużi foloz ta’ “destabbilizzazzjoni”;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-oppożizzjoni demokratika għar-reġim ħabbtet wiċċha ma’ persekuzzjoni kontinwa anke qabel l-elezzjonijiet tat-28 ta’ Lulju 2024, iżda dan il-fastidju żdied b’mod sinifikanti minn dak iż-żmien ’l hawn, b’mod partikolari permezz ta’ każijiet ta’ għajbien furzat u arresti arbitrarji; billi María Corina Machado għadha mġiegħla tgħix klandestinament minħabba t-theddid kontra ħajjitha, u Edmundo González Urrutia ġie mġiegħel jaħrab mill-pajjiż mal-familja tiegħu minħabba theddid serju; billi mill-20 ta’ Marzu 2024, sitt kollaboraturi mill-qrib ta’ Vente Venezuela fittxew rifuġju fl-ambaxxata Arġentina f’Caracas, fejn għadhom qed jiffaċċjaw pressjoni u fastidju dejjem akbar mill-forzi tas-sigurtà Venezwelani;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi għadhom għaddejjin ħafna każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi detenzjonijiet arbitrarji, użu eċċessiv ta’ forza, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarja, għajbien furzat, fastidju, persekuzzjoni u prosekuzzjoni ta’ ċittadini li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal għaqda paċifika u l-libertà tal-espressjoni, kif ukoll ksur ta’ proċess ġust; billi minbarra l-kriżi politika u istituzzjonali, il-Venezwela qed tesperjenza kriżi ekonomika, soċjali u demografika profonda li qed taffettwa serjament il-ħajja taċ-ċittadini tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fid-19 ta’ Settembru 2024, il-Parlament irrikonoxxa lil Edmundo González Urrutia bħala l-President leġittimu u elett demokratikament tal-Venezwela, u lil María Corina Machado bħala l-mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela; billi stati demokratiċi oħra fir-reġjun u madwar id-dinja rrikonoxxew lil Edmundo González Urrutia bħala l-President elett; billi hu kellu jieħu l-ġurament tal-ħatra fl-10 ta’ Jannar 2025; billi fis-17 ta’ Diċembru 2024, il-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024 lil María Corina Machado bħala l-mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela, u lill-President elett Edmundo González Urrutia, li jirrappreżentaw lill-Venezwelani kollha fil-pajjiż u barra minnu li qegħdin jiġġieldu biex jerġgħu jiġu stabbilit l-libertà u d-demokrazija;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi ftit jiem qabel l-10 ta’ Jannar 2025, ir-reġim ħataf lil Rafael Tudares, ir-raġel ta’ bint Edmundo González Urrutia, u għadu mhux magħruf fejn jinsab; billi, bl-istess mod, ir-reġim ta fastidju lil omm María Corina Machado f’darha stess; billi ħafna politiċi u membri tal-persunal oħra tal-oppożizzjoni demokratika għar-reġim iffaċċjaw ukoll persekuzzjoni, arresti arbitrarji u għajbien furzat, inkluż il-kandidat presidenzjali Enrique Márquez;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi fid-9 ta’ Jannar 2025, il-poplu Venezwelan, immexxi minn María Corina Machado, ħareġ jipprotesta fit-toroq kontra l-aktar tentattiv reċenti ta’ Nicolás Maduro li jieħu l-poter f’idejh b’mod illeġittimu; billi María Corina Machado ġiet maħtufa mill-forzi tar-reġim waqt li kienet qed tipprova titlaq mill-protesta, filwaqt li ġiet meħlusa aktar tard: att sfaċċat ta’ intimidazzjoni mmirata u fastidju li rċieva kundanna internazzjonali mifruxa;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fl-10 ta’ Jannar 2025, id-dittatur Nicolás Maduro ħa l-poter b’mod illeġittmu permezz ta’ att frodulenti, mingħajr ebda leġittimità demokratika jew evidenza verifikabbli ta’ integrità elettorali; billi l-ebda kap ta’ stat jew ta’ gvern elett demokratikament ma attenda għaċ-ċerimonja; billi l-fruntieri tal-pajjiż ingħalqu u l-ispazju tal-ajru kien mgħasses ħafna, u dan żamm lil Edmundo González Urrutia milli jivvjaġġa lejn il-Venezwela;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi sa mill-ħtif frodulenti u illeġittimu tal-poter, ir-reġim ta’ Maduro ordna li l-preżenza diplomatika ta’ xi Stati Membri titnaqqas b’mod konsiderevoli, b’mod arbitrarju, u r-reġim jiġġustifika l-aġir tiegħu bħala rispons għall-“imġiba ostili tal-gvernijiet tar-Renju tan-Netherlands, Franza u l-Italja, ikkaratterizzata mill-appoġġ tagħhom għal gruppi estremisti u l-indħil tagħhom fl-affarijiet interni”;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), sa mill-2014 telqu mill-pajjiż madwar 8 miljun Venezwelan, l-akbar eżodu fl-istorja reċenti tal-Amerka Latina u waħda mill-akbar kriżijiet ta’ spostament fid-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fl-10 ta’ Jannar 2025, il-Kunsill iddeċieda li jadotta pakkett ġdid ta’ sanzjonijiet immirati kontra 15-il individwu responsabbli li dgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt jew id-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-użurpazzjoni tal-presidenza minn Nicolás Maduro u jenfasizza li r-reġim tiegħu huwa illeġittimu u l-użurpazzjoni tal-presidenza min-naħa tiegħu tikkostitwixxi f’tentattiv illegali biex jibqa’ fil-poter bil-forza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li abbażi tar-rekords elettorali ppreżentati mill-oppożizzjoni demokratika għar-reġim u kif iddikjarat mill-organizzazzjonijiet internazzjonali indipendenti preżenti fl-elezzjonijiet tat-28 ta’ Lulju 2024, jiġifieri l-missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Carter Center, il-Parlament irrikonoxxa lil Edmundo González Urrutia bħala r-rebbieħ leġittimu tal-elezzjonijiet presidenzjali, rebħa rikonoxxuta mill-UE u l-Istati Membri tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ Settembru 2024, u espressa wkoll f’diversi okkażjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lis-CNE kkontrollat mir-reġim biex jippubblika r-rekords elettorali tal-elezzjonijiet tat-28 ta’ Lulju 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jaqbel mal-Istati Membri li r-reġim Venezwelan tilef opportunità ewlenija biex jirrispetta r-rieda tal-poplu u jiżgura tranżizzjoni demokratika trasparenti fil-pajjiż u li b’riżulat, Maduro m’għandu l-ebda leġittimità demokratika u għaldaqstant, il-Parlament ma jirrikonoxxihx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli f’isem l-Istati Membri tal-UE li tirrikonoxxi r-rebħa ta’ Edmundo González Urrutia b’maġġoranza sinifikanti, u l-Parlament iqis li kellu jieħu l-ġurament presidenzjali fl-10 ta’ Jannar 2025; jilqa’ wkoll l-impenn mill-UE biex tkompli tindirizza l-ħtiġijiet urġenti tal-poplu Venezwelan, li qed isofri l-konsegwenzi tal-kriżi umanitarja twila;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifaħħar ir-reżiljenza tal-oppożizzjoni demokratika u l-impenn tal-poplu Venezwelan għad-demokrazija fil-konfront tar-repressjoni u l-avversità; itenni li r-rispett lejn ir-rieda tal-poplu Venezwelan, kif espressa fl-elezzjonijiet, jibqa’ l-uniku mod biex il-Venezwela ġġib lura d-demokrazija, li tippermetti tranżizzjoni paċifika u ġenwina u biex issolvi l-kriżi umanitarja u soċjoekonomika attwali; iħeġġeġ lir-reġim Venezwelan jirrevoka l-mandat ta’ arrest mhux ġustifikat maħruġ għal Edmundo González Urrutia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni reċenti tal-Kunsill tal-10 ta’ Jannar 2025 li testendi s-sanzjonijiet immirati għal 15-il individwu addizzjonali; jitlob li dawn is-sanzjonijiet jiġu msaħħa u estiżi biex jinkludu lil Nicolás Maduro, iċ-ċirku ta’ ġewwa tiegħu u l-familji tagħhom, inklużi Jorge Rodríguez u Vladimir Padrino López, u lil dawk kollha responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-affermazzjoni illeġittima tal-awtorità, l-użurpazzjoni tal-funzjonijiet uffiċjali u l-atti repressivi kollha fil-Venezwela;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar Alberto Trentini, ċittadin Taljan u voluntier mal-organizzazzjoni nongovernattiva Humanity and Inclusion (Umanità u Inklużjoni) li tgħin lill-persuni b’diżabbiltà, li ġie arrestat mill-awtoritajiet Venezwelani fil-15 ta’ Novembru 2024 matul missjoni umanitarja u li minn dakinhar, għad ma kien hemm l-ebda aħbar dwaru; jenfasizza li s-Sur Trentini jbati wkoll minn problemi tas-saħħa u ma għandux mediċini jew prodotti meħtieġa bażiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jikkundanna wkoll il-persekuzzjoni mwettqa min-naħa tar-reġim kontra l-oppożizzjoni demokratika għar-reġim u l-poplu Venezwelan, kif ukoll kontra ħafna ċittadini tal-UE li ġew detenuti b’mod arbitrarju u għadhom qed jinżammu l-ħabs inġustament; jitlob li tintemm ix-xejra sistematika ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jeżiġi l-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha u tal-persuni kollha detenuti b’mod arbitrarju; jitlob li r-reġim ta’ Maduro jwaqqaf il-politika tiegħu ta’ abbużi u ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jara li l-persuni responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom, u li jiżgura li l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet kollha tal-bniedem jiġu rispettati bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappoġġja bis-sħiħ l-investigazzjonijiet tal-QKI dwar id-delitti u l-atti ta’ repressjoni estensivi tar-reġim Venezwelan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-atturi demokratiċi reġjonali u internazzjonali kollha biex jallinjaw mingħajr kundizzjonijiet, bħala dmir morali, mal-forzi demokratiċi tal-Venezwela u biex jagħmlu l-almu tagħhom biex tinġieb lura d-demokrazija fil-pajjiż sabiex juru solidarjetà u rispett lejn il-poplu Venezwelan u r-rieda u d-dritt leġittimi tagħhom li jgħixu fil-libertà u l-paċi f’sistema demokratika; jafferma mill-ġdid l-impenn sod lejn il-poplu Venezwelan u lejn id-difiża tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; jesprimi solidarjetà mal-forzi demokratiċi tal-Venezwela;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ r-ritorn f’Caracas tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR); jemmen li l-OHCHR, il-Missjoni Internazzjonali Indipendenti ta’ Tiftix tal-Fatti tan-NU dwar il-Venezwela, il-QKI u l-mekkaniżmi reġjonali rilevanti għandhom joperaw liberament u mingħajr indħil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-ħtif illeġittimu tal-poter minn Maduro aggrava kriżi umanitarja mwiegħra li diġà kienet teżisti, li diġà kienet wasslet lil 8 miljun Venezwelan biex ifittxu kenn barra mill-pajjiż, u li aktarx se ġġiegħel saħansitra aktar nies jaħarbu, filwaqt li twassal għal pressjoni migratorja mġedda u dejjem tikber li se tinħass l-aktar fil-viċinat dirett tal-Venezwela; ifakkar li s-sitwazzjoni tar-rifuġjati u l-migranti Venezwelani tirrikjedi soluzzjonijiet fit-tul; jirrikonoxxi l-għadd kbir ta’ sforzi mill-pajjiżi ġirien biex jipprovdu mhux biss ikel u akkomodazzjoni, iżda wkoll dokumentazzjoni legali regolari, edukazzjoni u appoġġ mediku; jistieden lill-UE tagħmel l-almu tagħha biex tassisti lill-Venezwelani li qed jitilqu minn pajjiżhom f’konformità mal-istandards internazzjonali u l-perkorsi legali eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiddeplora d-deċiżjoni ta’ Jannar 2025 mill-awtoritajiet Venezwelani li jnaqqsu sostanzjalment il-persunal diplomatiku akkreditat ta’ diversi Stati Membri f’Caracas u jħeġġeġ it-treġġigħ lura immedjat ta’ din l-azzjoni unilaterali u inaċċettabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jemmen li fid-disġunzjoni bejn id-demokrazija u d-dittatorjat, m’hemm l-ebda lok għal ambigwità jew triq tan-nofs, peress li persuna jew tkun man-naħa tad-demokratiċi u dawk li jbatu r-repressjoni, jew man-naħa tad-dittaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-parteċipanti tas-Summit bejn l-UE u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-awtoritajiet tar-reġim tal-Venezwela.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>