<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0011</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Bank Ċentrali Ewropew – rapport annwali għall-2024 </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0003/2025 - Rapporteur: Anouk Van Brug)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2025 dwar il-Bank Ċentrali Ewropew – rapport annwali għall-2024 (2024/2054(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-feedback tal-BĊE tat-18 ta’ April 2024 dwar il-kontribut provdut mill-Parlament bħala parti mir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport Annwali tal-BĊE għall-2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 283, 11.8.2023, p. 40.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-BĊE, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 15 u 21 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 119, 123(1), 125, 127(1) u (2), 130, 282(2) u 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-projezzjonijiet makroekonomiċi mill-persunal tal-Eurosistema għaż-żona tal-euro tas-7 ta’ Marzu 2024, tas-6 ta’ Ġunju 2024, tat-12 ta’ Settembru 2024 u tat-12 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-25 ta’ Jannar 2024, tas-7 ta’ Marzu 2024, tal-11 ta’ April 2024, tas-6 ta’ Ġunju 2024, tat-18 ta’ Lulju 2024, tat-12 ta’ Settembru 2024, tas-17 ta’ Ottubru 2024 u tat-12 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istima tal-inflazzjoni tal-Eurostat tat-3 ta’ Frar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2024 ippubblikat fis-26 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Perspettiva Ekonomika Dinjija tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ta’ Jannar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-djalogi monetarji mal-President tal-BĊE, Christine Lagarde, tal-15 ta’ Frar 2024, tat-30 ta’ Settembru 2024 u tal-4 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-arranġamenti fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE dwar l-istrutturar tal-prattiki għall-interazzjoni fil-qasam tal-attivitajiet tal-banek ċentrali<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, ĠU C, C/2024/6738, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6738/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Istrument għall-Protezzjoni tat-Trażmissjoni (TPI) mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-21 ta’ Lulju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-euro diġitali (COM(2023)0369),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ewwel rapport ta’ progress tal-BĊE tal-24 ta’ Ġunju 2024 u t-tieni rapport ta’ progress tat-2 ta’ Diċembru 2024 dwar il-fażi ta’ tħejjija tal-euro diġitali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-erba’ rapporti ta’ progress tal-BĊE tat-13 ta’ Lulju 2023, tal-24 ta’ April 2023, tal-21 ta’ Diċembru 2022 u tad-29 ta’ Settembru 2022 dwar il-fażi ta’ investigazzjoni tal-euro diġitali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rieżami tal-istrateġija tal-politika monetarja tal-BĊE mnedija fit-23 ta’ Jannar 2020 u konkluża fit-8 ta’ Lulju 2021, u l-valutazzjoni li jmiss tal-istrateġija tal-politika monetarja tal-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rieżami tal-qafas operattiv tal-BĊE ppubblikat fit-13 ta’ Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-BĊE dwar ir-rwol internazzjonali tal-euro ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżultati tal-ewwel test tal-istress tar-reżiljenza ċibernetika tal-BĊE tas-26 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja tal-BĊE ppubblikat fl-20 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tar-Regolament rivedut dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1623, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“CRR III”) u d-Direttiva riveduta dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1619, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1619/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“CRD VI”) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-19 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżultati tat-test tal-istress tar-riskju klimatiku tal-BĊE tat-8 ta’ Lulju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-aġġornament tad-Dikjarazzjoni Ambjentali tal-BĊE għall-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan dwar il-Klima u n-Natura 2024–2025 tal-BĊE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 142(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0003/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont l-Eurostat, l-inflazzjoni tal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP) laħqet il-livell ta’ 2,4 % fiż-żona tal-euro f’Diċembru 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont il-projezzjonijiet makroekonomiċi tal-persunal tal-Eurosistema ta’ Diċembru 2024 għaż-żona tal-euro, l-inflazzjoni tal-HICP mistennija tonqos għal 2,1 % fl-2025 u għal 1,9 % fl-2026 u tiżdied għal 2,1 % fl-2027<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ecb.europa.eu/press/projections/html/ecb.projections202412_eurosystemstaff~71a06224a5.en.html#toc6.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-projezzjonijiet tal-inflazzjoni juru varjazzjoni sostanzjali madwar iż-żona tal-euro;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-għan primarju tal-BĊE huwa li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet, li huwa ddefinixxa bħala livell ta’ inflazzjoni ta’ 2 % fuq terminu medju;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-BĊE għandu jagħti appoġġ lil-linji politiċi ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni u b’hekk jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE kif indikati fl-Artikolu 3 tat-TUE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-BĊE huwa politikament indipendenti, li jfisser li la l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u lanqas il-gvernijiet tal-Istati Membri m’għandhom jipprovaw jinfluwenzawh;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-BĊE jista’ jieħu deċiżjonijiet biex jilħaq l-għan primarju tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet mingħajr indħil politiku, minbarra l-obbligu tiegħu ta’ rendikont;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-indipendenza politika tirrikjedi li l-BĊE joqgħod lura milli jieħu azzjonijiet politiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Artikolu 123 tat-TFUE u l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE jipprojbixxu l-finanzjament monetarju dirett tal-gvernijiet; billi l-BĊE jista’ jixtri titoli ta’ dejn fis-suq sekondarju jekk dan ikun meħtieġ biex isegwi l-għanijiet tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Eurosistema nbniet fuq il-prinċipju tad-dominanza monetarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-pagamenti tal-kapital minn titoli li jimmaturaw mixtrija taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP) ma għadhomx jiġu investiti mill-ġdid u l-pagamenti tal-kapital minn titoli li jimmaturaw mixtrija taħt il-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija (PEPP) mhux se jibqgħu jiġu investiti mill-ġdid minn Jannar 2025 ’il quddiem;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-riżervi bankarji miżmuma mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-BĊE kienu jammontaw għal EUR 3 triljun f’Diċembru 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-euro huwa t-tieni l-aktar munita importanti globalment;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-BĊE huwa responsabbli quddiem il-Parlament bħala l-istituzzjoni tal-UE li tirrappreżenta liċ-ċittadini tal-UE; billi dan l-obbligu ta’ rendikont baqa’ jinżamm fl-ogħla livell, bl-organizzazzjoni regolari tad-Djalogu Monetarju, il-parteċipazzjoni regolari tal-President tal-BĊE fis-seduti plenarji tal-Parlament u d-diversi żjarat u laqgħat bejn il-Membri tal-Parlament u l-membri tal-Bord tal-BĊE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ħarsa ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ r-rwol tal-BĊE fis-salvagwardja tal-istabbiltà monetarja u finanzjarja, li hija prekundizzjoni meħtieġa għat-tkabbir u l-istabbiltà ekonomika; jissottolinja li l-BĊE huwa l-istituzzjoni responsabbli għaż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet fiż-żona tal-euro f’dan ir-rigward; jinnota li “mingħajr preġudizzju għall-għan ta’ stabbiltà fil-prezzijiet, is-SEBĊ għandha tappoġġa l-linja ta’ politika ekonomika ġenerali fl-Unjoni”, kif stabbilit fl-Artikolu 127 tat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li l-indipendenza statutorja tal-BĊE, kif stabbilita fit-Trattati, hija prerekwiżit biex iwettaq il-mandat tiegħu, li huwa li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet fiż-żona tal-euro u b’hekk jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-indipendenza politika tal-BĊE, li m’għandhiex tintmiss; jisħaq li din l-indipendenza tirrikjedi li l-BĊE min-naħa tiegħu joqgħod lura milli jieħu azzjonijiet politiċi; jilqa’ l-kooperazzjoni istituzzjonali, u b’hekk jisħaq fuq l-importanza tal-livell korrispondenti ta’ obbligu ta’ rendikont lejn il-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-BĊE u lill-Parlament Ewropew jagħmlu użu sħiħ mill-arranġamenti ta’ obbligu ta’ rendikont u trasparenza u, fejn possibbli, ikomplu jsaħħu dawn l-arranġamenti, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-BĊE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi tal-BĊE biex ireġġa’ lura l-inflazzjoni għal livelli proporzjonati mal-mira tiegħu ta’ 2 % fuq terminu medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li kemm il-politika monetarja tal-BĊE, li jwettaq il-mandat tiegħu, kif ukoll il-politiki fiskali, għandhom jaħdmu flimkien sabiex jgħinu liċ-ċittadini u lill-unitajiet domestiċi Ewropej, kif ukoll lin-negozji ż-żgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jieħu nota tad-disparitajiet bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-livelli ta’ inflazzjoni ogħla jew anqas mill-mira tal-BĊE ta’ 2 %; jenfasizza li l-inflazzjoni tnaqqas il-kapaċità tal-akkwist tal-introjti fissi, it-tfaddil u l-pensjonijiet u li tfixkel il-funzjoni tas-sinjalar tal-prezzijiet, li tiżgura allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, u b’hekk għandha impatt negattiv fuq l-istabbiltà ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li l-inflazzjoni skattat “kriżi tal-għoli tal-ħajja” għaċ-ċittadini tal-UE; jenfasizza għalhekk li huwa imperattiv li l-inflazzjoni titnaqqas għar-rata fil-mira tagħha ta’ 2 %; jinnota li livelli għoljin ta’ inflazzjoni jolqtu b’mod sproporzjonat lill-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx, li jonfqu proporzjon akbar tal-baġit tagħhom fuq dak li għandhom bżonn; jisħaq li t-treġġigħ lura tal-inflazzjoni globali għal-livelli fil-mira tagħhom huwa għalhekk importanti wkoll sabiex tinżamm il-koeżjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jesprimi dispjaċir li l-inflazzjoni bażi xorta għadha għolja fiż-żona tal-euro (2,7 % f’Diċembru 2024), fejn tliet Stati Membri taż-żona tal-euro irrapportaw rati ta’ inflazzjoni bażi taħt it-2 % f’Diċembru 2024; ifakkar li din is-sitwazzjoni tiġġenera inċertezza ekonomika, tiskoraġġixxi t-tfaddil u żżid l-ispejjeż tal-għajxien taċ-ċittadini, u b’hekk taffettwa b’mod partikolari lil dawk b’introjtu fiss u limitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li ż-żamma tar-rati tal-imgħax għoljin wisq tista’ tagħmel ħsara lit-tkabbir ekonomiku; jistieden lill-BĊE ma jbaxxix ir-rati tal-imgħax malajr wisq, minħabba r-riskju li l-livelli tal-inflazzjoni jistgħu jerġgħu jibdew jiżdiedu filwaqt li l-inflazzjoni diġà hija ogħla minn 2 %; jenfasizza r-rwol ewlieni li għandhom l-aspettattivi dwar l-inflazzjoni u li volatilità żejda fir-rati tal-inflazzjoni tista’ ġġib magħha distorsjoni f’dawn l-aspettattivi; jistieden lill-BĊE jivvaluta l-impatt tal-bidliet fir-rati tal-imgħax fuq setturi ekonomiċi differenti, fosthom setturi b’intensità għolja ta’ kapital;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi li d-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE sa mill-kriżi ta’ inflazzjoni, li rriżultat miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, poġġew l-inflazzjoni fuq perkors li huwa kompatibbli mal-ksib tal-għan tal-istabbiltà tal-prezzijiet, filwaqt li ġie evitat deterjorament serju fl-attività ekonomika jew fl-impjiegi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar li l-Eurosistema kienet mibnija fuq il-prinċipju tad-dominanza monetarja u li unjoni ekonomika u monetarja, għaldaqstant, tirrikjedi politiki fiskali sodi fl-Istati Membri sabiex tkun tista’ tirrispondi għax-xokkijiet esterni; ifakkar fil-ħtieġa ta’ implimentazzjoni xierqa tal-qafas fiskali l-ġdid biex tiġi żgurata l-kredibbiltà tal-politiki fiskali fil-livell tal-unjoni ekonomika u monetarja; jinnota li spazju fiskali biżżejjed jippermetti wkoll lill-Istati Membri jirrispondu għax-xokkijiet esterni; jinnota l-flessibbiltà pprovduta mir-regoli fiskali l-ġodda f’dan ir-rigward; jirrimarka li l-Istati Membri jistgħu jsaħħu r-reżiljenza tagħhom għal xokkijiet esterni permezz ta’ miżuri fiskali kif ukoll permezz ta’ riformi li jsaħħu t-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li politiki fiskali prudenti mill-Istati Membri jistgħu jikkomplementaw l-isforzi tal-BĊE biex iżomm l-inflazzjoni baxxa u b’dan il-mod jipproteġi l-introjti; jenfasizza li l-indirizzar tad-defiċit pubbliku u l-livelli tad-dejn eċċessivi huwa kruċjali biex tinżamm ekonomija stabbli, biex jinżamm it-tkabbir sostenibbli u biex ikun hemm spazju ta’ politika disponibbli għall-gvernijiet ħalli jirrispondu għal xokkijiet negattivi; jinnota f’dan ir-rigward is-sejbiet riċenti tar-Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja dwar livelli għoljin ta’ dejn nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-politiki monetarji tal-BĊE mmirati lejn it-twettiq tal-mandat primarju tiegħu huma soġġetti għal valutazzjoni tal-proporzjonalità; jinnota li l-valutazzjoni tal-proporzjonalità tqis l-impatt tal-miżuri tal-politika monetarja fuq l-ekonomija usa’ u fuq il-linji politiċi ekonomiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika monetarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li l-inflazzjoni globali naqset mill-ogħla livell tagħha ta’ 10,6 % f’Ottubru 2022 għal 2,4 % f’Diċembru 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ t-tnaqqis fl-inflazzjoni bażi mill-ogħla livell tagħha ta’ 7,6 % f’Marzu 2023 għal 2,7 % f’Diċembru 2024, iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell storikament u b’mod persistenti għoli tagħha; jinnota bi tħassib li inflazzjoni bażi għolja tista’ tissarraf f’ċifri ogħla ta’ inflazzjoni globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li l-BĊE ħa aktar minn tliet snin biex jikseb livell ta’ inflazzjoni li huwa proporzjonat mal-livell fil-mira tiegħu ta’ 2 %; ifakkar, f’dan ir-rigward, fil-valutazzjoni mhux korretta tal-BĊE li l-inflazzjoni kienet mistennija li tkun biss tranżitorja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq li x-xokkijiet fil-provvista, li primarjament joriġinaw minn sorsi esterni, kienu fost l-ixprunaturi ewlenin taż-żieda fl-inflazzjoni; jirrikonoxxi li l-politika monetarja għandha effett aktar dirett fuq il-livelli tal-inflazzjoni meta tirriżulta primarjament minn fatturi ta’ domanda aktar milli minn fatturi ta’ provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-BĊE biex jaġġorna regolarment il-mudelli tiegħu; jistieden lill-BĊE biex ikompli jirrevedi u jtejjeb il-mudelli tiegħu u r-rwol tagħhom fit-tfassil tal-politika tiegħu fid-dawl tal-prestazzjoni insuffiċjenti tal-mudelli f’dawn l-aħħar snin, b’mod partikolari biex jiddistingwi aħjar bejn sorsi ta’ inflazzjoni xprunati mid-domanda u dawk min-naħa tal-provvista; jisħaq li x-xokkijiet ekonomiċi fil-provvista jistgħu jirriżultaw minn bosta sorsi, fost oħrajn minn avvenimenti ġeopolitiċi, diżastri relatati mal-klima jew dawk naturali u attakki ċibernetiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq li l-inklużjoni ta’ akkomodazzjoni okkupata mis-sid (OOH) fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) hija mixtieqa kemm għal raġunijiet ta’ rappreżentattività kif ukoll ta’ komparabbiltà bejn il-pajjiżi fiż-żona tal-euro; jappella għal aċċellerazzjoni tal-pjan direzzjonali sabiex jiġi żgurat li d-data tal-OOH tiġi inkluża malajr fl-HICP; jilqa’ l-impenn tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE li jqis ukoll, kemm fil-valutazzjonijiet tal-politika monetarja tiegħu kif ukoll fid-deċiżjonijiet tiegħu dwarha, il-miżuri ta’ inflazzjoni disponibbli fir-rigward tal-indiċi tal-OOH awtonomu trimestrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jappoġġja d-deċiżjoni tal-BĊE li jnaqqas il-programmi tiegħu ta’ xiri ta’ assi, sabiex jilħaq bilanċ bejn il-kundizzjonijiet tal-likwidità tas-suq u l-livelli ta’ inflazzjoni, fid-dawl tal-likwidità eċċessiva fis-suq u tal-livelli mnaqqsa ta’ inflazzjoni; jilqa’ l-fatt li l-portafoll tal-assi taħt il-programmi ta’ xiri tal-BĊE ilu fuq trajettorja ta’ tnaqqis mill-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja li l-imgħax fuq il-parteċipazzjonijiet ta’ riżervi bankarji mill-banek kummerċjali fl-2023 irriżultaw li l-Eurosistema ħallset imgħax ta’ EUR 120 biljun lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li jammontaw għal 0,8 % tal-PDG taż-żona tal-euro; iqis li dan huwa sussidju sinifikanti għas-settur bankarju; jitlob lill-BĊE jtaffi din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq li l-programmi ta’ xiri tal-BĊE huma politiki mhux konvenzjonali li huma applikabbli biss fi żminijiet ta’ kriżi li, jekk ma jiġux implimentati b’attenzjoni, jirriskjaw li jiksru l-projbizzjoni fuq il-finanzjament monetarju skont l-Artikolu 123(1) tat-TFUE; jistieden lill-BĊE jkompli jimmonitorja t-tnaqqis gradwali tal-karta tal-bilanċ tiegħu, jillimita l-effetti potenzjali destabbilizzanti fit-tul fiż-żona tal-euro, filwaqt li jimmonitorja t-tkabbir u l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE; jistieden lill-BĊE jikkondividi għarfien dwar l-impatt tal-programmi ta’ xiri fuq il-funzjonament tas-swieq finanzjarji, inkluż l-impatt fuq il-fondi providenti u l-kooperazzjoni tal-assigurazzjoni tal-pensjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq li trażmissjoni uniformi tal-politika monetarja hija vitali għall-kisba tal-mandat tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet; jissottolinja li d-diverġenza eċċessiva fir-rendimenti sovrani tagħmel il-kundizzjonijiet tal-kreditu inkonsistenti mat-trażmissjoni uniformi tal-politika monetarja u tagħmel it-tnaqqis tad-dejn pubbliku estremament diffiċli; jinnota l-istabbiliment tal-Istrument għall-Protezzjoni tat-Trażmissjoni (TPI) f’Lulju 2022 bħala għodda biex tappoġġja b’mod effettiv it-trażmissjoni tal-politika monetarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li rati tal-imgħax differenti fiż-żona tal-euro huma – fin-nuqqas ta’ kwalunkwe disturb finanzjarju serju – ġeneralment ir-riżultat ta’ primjums tar-riskju differenti fuq il-bonds tal-gvern li jirriflettu, fost fatturi oħra, approċċi differenti ta’ politika fiskali; jinnota li l-interventi tat-TPI jistgħu jaħbu sfidi fiskali sottostanti; jisħaq li t-TPI għandu jintuża skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-BĊE biss biex jindirizza l-istress tas-suq finanzjarju mhux relatat mal-prinċipji fundamentali ekonomiċi; jistieden lill-Istati Membri jwettqu politiki fiskali responsabbli u jiżguraw livelli ta’ dejn sostenibbli biex b’hekk jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom kontra xokkijiet attwali u futuri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Euro diġitali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota l-progress tal-BĊE fil-proġett tal-euro diġitali, u jilqa’ d-djalogu kontinwu tiegħu mal-Parlament; jenfasizza li kwalunkwe euro diġitali għandu jġib miegħu valur miżjud ċar għaċ-ċittadini Ewropej, bħal awtonomija strateġika msaħħa tal-pagamenti, livell ogħla ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-pagamenti bl-imnut, il-potenzjal li titrawwem l-innovazzjoni fil-pagamenti u l-finanzi, inklużjoni finanzjarja mtejba u d-disponibbiltà ta’ sistema offline ta’ backup ta’ pagamenti; jistieden lill-BĊE juri b’mod ċar dawn il-benefiċċji qabel ma l-koleġiżlaturi tal-UE jiddeċiedu jekk jintroduċux jew le euro diġitali li jilħaq il-bilanċ it-tajjeb, fost oħrajn, bejn iż-żamma ta’ limiti, it-tħassib dwar il-privatezza, il-kompetizzjoni ma’ soluzzjonijiet ta’ pagament privat u l-faċilità tal-użu f’kuntest ta’ negozju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jappella sabiex kwalunkwe deċiżjoni biex jinħareġ l-euro diġitali ma għandhiex tittieħed esklużivament mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE; iqis, minflok, li d-deċiżjoni dwar jekk għandux jiġi introdott euro diġitali hija fl-aħħar mill-aħħar deċiżjoni politika li trid tittieħed mill-koleġiżlaturi tal-UE, minħabba l-impatt potenzjali profond ta’ tali deċiżjoni fuq firxa wiesgħa ta’ oqsma tal-UE, inklużi l-privatezza, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-istabbiltà finanzjarja, il-politika finanzjarja u oqsma oħra li jmorru lil hinn mill-mandat strett tal-politika monetarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Iqis li l-euro diġitali jista’ jkun storja ta’ suċċess biss jekk jipprovdi valur miżjud tanġibbli għaċ-ċittadini Ewropej li jistgħu jifhmu; jinnota li, bħalissa, ħafna ċittadini Ewropej jew ma semgħux dwar il-proġett tal-euro diġitali jew għadhom xettiċi dwaru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Itenni li l-flus kontanti għandhom jibqgħu disponibbli u aċċessibbli fuq skala wiesgħa f’kull ħin sabiex tiġi żgurata pluralità ta’ mezzi ta’ pagament; f’dak il-kuntest, jilqa’ l-proposta għal regolament dwar l-użu tal-flus kontanti tal-euro bħala valuta legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ mudell ta’ kumpens ibbażat fuq il-kost għas-settur bankarju, li għandu l-kompitu li jimplimenta b’mod prattiku l-proġett tal-euro diġitali; ifakkar li l-mudell ta’ kumpens irid jiggarantixxi euro mingħajr ħlas għall-utenti tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jqis kif xieraq it-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja u l-bidliet potenzjali fl-istruttura tas-settur finanzjarju li jirriżultaw mill-introduzzjoni tal-euro diġitali; ifakkar fl-importanza li jinżammu limiti sabiex ma jinħolqux riskji addizzjonali għall-karti tal-bilanċ tal-banek, b’mod speċjali matul żminijiet ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jipprijoritizza salvagwardji robusti tal-privatezza, filwaqt li jistabbilihom bħala sistema monetarja awrea għall-privatezza għal munita diġitali tal-bank ċentrali (CBDC), sabiex jiżgura l-fiduċja pubblika u jindirizza t-tħassib taċ-ċittadini rigward il-protezzjoni u l-awtonomija tad-data;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għanijiet sekondarji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq li l-għanijiet sekondarji tal-UE huma indeterminati kif speċifikat bħalissa mit-Trattati; jinnota li n-natura ta’ appoġġ tal-għanijiet sekondarji tal-BĊE tikkomplementa l-mandat primarju tiegħu; skont it-Trattati, l-għan tal-UE huwa li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha kif ukoll il-benesseri tal-popli tagħha, filwaqt li toħloq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal-livell massimu ta’ impjieg u progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifakkar li, mingħajr preġudizzju għall-mandat primarju tal-BĊE, it-Trattati jirrikjedu li l-BĊE jappoġġja l-linji politiċi ekonomiċi ġenerali tal-Unjoni; jistieden lill-BĊE jaderixxi mal-mandat tiegħu meta jinterpreta jew jaġixxi fuq l-għanijiet sekondarji tiegħu; jisħaq li l-qbiż ta’ dan il-mandat jaffettwa l-indipendenza politika tal-BĊE; iqis li ż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet u ta’ kundizzjonijiet makroekonomiċi stabbli tista’ twassal għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajba għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-linji politiċi ekonomiċi ġenerali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq li l-għanijiet sekondarji tal-BĊE jintlaħqu l-aħjar meta jopera f’ambjent makroekonomiku stabbli, ibbażat fuq livelli ta’ prezzijiet prevedibbli, li jinkoraġġixxi l-investiment; jistieden lill-BĊE jinkludi kapitolu speċifiku fir-rapport annwali tiegħu li jispjega kif interpreta u implimenta l-għanijiet sekondarji tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq li l-BĊE għandu jipprevjeni distorsjonijiet fil-funzjoni tas-sinjalar tal-prezzijiet minħabba li din il-funzjoni tiżgura allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi; jistieden lill-BĊE jivvaluta aktar sa liema punt it-tibdil fil-klima jaffettwa l-kapaċità tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jirrispetta l-approċċ tan-newtralità tas-suq fl-operazzjonijiet monetarji tiegħu, filwaqt li jinnota li l-BĊE jirrikonoxxi li n-newtralità tas-suq hija għodda operattiva, aktar milli rekwiżit legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-azzjonijiet tal-BĊE biex jiddekarbonizza l-parteċipazzjonijiet ta’ bonds korporattivi tiegħu ma segwewx approċċ strettament newtrali għas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jirrevedi l-politiki tiegħu biex jiżgura li dawn il-miżuri jippromwovu l-kompetittività tal-UE filwaqt li tali azzjonijiet ma għandhom bl-ebda mod jipperikolaw l-għan ewlieni tal-BĊE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-BĊE juża l-għodod disponibbli kollha tiegħu biex jiżgura li l-banek jieħdu r-riskji finanzjarji u esterni kollha bis-serjetà, inklużi riskji klimatiċi u ġeopolitiċi; jilqa’ l-attivitajiet tal-BĊE biex ikompli jsaħħaħ l-għodod u l-kapaċitajiet ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-Eurosistema sabiex jiġu inklużi aħjar ir-riskji relatati mal-klima u mal-ambjent, b’mod partikolari peress li t-tibdil fil-klima u l-fenomeni estremi tat-temp jistgħu jwasslu għal volatilità akbar tal-prezzijiet, b’mod speċjali fis-settur agroalimentari; jistieden lill-BĊE jkompli l-ħidma tiegħu fuq it-testijiet tal-istress tar-riskju klimatiku żviluppati biex tiġi vvalutata r-reżiljenza tal-banek u l-korporazzjonijiet fil-konfront tar-riskju tat-tranżizzjoni klimatika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota l-Pjan dwar il-klima u n-natura 2024-2025; jistieden lill-BĊE jabbozza Pjan dwar il-Ġeopolitika 2025-2030 sabiex jifhem aħjar l-implikazzjonijiet tal-gwerra u l-kunflitt fuq l-istabbiltà tal-prezzijiet u jittratta s-sorsi potenzjali kollha ta’ xokkijiet esterni b’mod ugwali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Aspetti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jissottolinja li rwol internazzjonali msaħħaħ tal-euro jwassal għal rati tal-imgħax aktar baxxi fiż-żona tal-euro, għal żieda fl-istatus għall-UE fix-xena internazzjonali u għal stabbiltà makroekonomika mtejba; ifakkar li t-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jinvestiga t-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro bl-għan li jżid l-attraenza tiegħu bħala munita ta’ riżerva u jappoġġja bidliet immexxija mis-suq f’din id-direzzjoni; jinnota li t-tlestija tal-unjoni ekonomika u monetarja tista’ trawwem ir-rwol internazzjonali tal-euro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota l-appoġġ tal-BĊE għall-istabbiliment ta’ skema Ewropea kompluta ta’ assigurazzjoni tad-depożiti; jirrikonoxxi li l-kondiviżjoni tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju huma interkonnessi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-attenzjoni li l-BĊE jagħti lir-riskji ta’ attakki ċibernetiċi; jistieden lill-BĊE jiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tas-sistema monetarja għall-utenti tagħha, b’mod speċjali fid-dawl tal-iżviluppi ġeopolitiċi li għaddejjin bħalissa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Iqis li l-istabbiltà finanzjarja hija prerekwiżit għal politika monetarja effettiva u sistema finanzjarja reżiljenti; jilqa’ l-finalizzazzjoni tal-qafas Basel III u l-implimentazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2025, peress li dan għandu l-potenzjal li jsaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur bankarju f’dan ir-rigward; jinnota, madankollu, id-dewmien fl-implimentazzjoni u n-nuqqas ta’ ċarezza rigward l-implimentazzjoni ta’ ċertu għadd ta’ ġuriż dizzjonijiet oħra, li qed jirriżultaw f’kundizzjonijiet mhux ekwi fil-livell globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jirrikonoxxi t-tħassib tal-BĊE rigward iż-żieda tas-settur bankarju parallel u r-riskju li jista’ joħloq għall-istabbiltà finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Iħeġġeġ il-kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-banek ċentrali nazzjonali dwar programmi ta’ litteriżmu finanzjarju biex l-individwi u n-negozji jingħataw is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jiddispjaċih li żewġ membri biss tal-Bord Eżekuttiv u tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma nisa; itenni li n-nomini għall-Bord Eżekuttiv għandhom ikunu bbilanċjati bejn il-ġeneri, b’listi mqassra ppreżentati lill-Parlament; iħeġġeġ lill-Istati Membri taż-żona tal-euro jsaħħu l-prinċipji tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-proċeduri tal-ħatra tagħhom, sabiex iż-żewġ ġeneri jkollhom opportunitajiet indaqs li jservu bħala gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali rispettiv tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Itenni li l-ħatriet tal-BĊE għandhom ikunu bbażati fuq proċessi oġġettivi ta’ valutazzjoni tal-mertu u tal-kapaċità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jappoġġja l-għan tal-BĊE li jżid ir-rappreżentanza tan-nisa billi jħeġġeġ lin-nisa javvanzaw f’dan il-qasam; għalhekk jilqa’ inizjattivi bħall-Borża ta’ Studju tal-BĊE għan-Nisa fl-Ekonomija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jenfasizza li l-aħħar Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja maħruġ mill-BĊE f’Novembru 2024 iqajjem tħassib dwar il-possibbiltà ta’ prezz artifiċjali tal-assi relatat mal-IA minħabba l-konċentrazzjoni fost ftit ditti benefiċjarji kbar tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jappella għat-tisħiħ ulterjuri tal-qafas intern tal-BĊE dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, ħalli dan isir konformi mad-Direttiva tal-UE dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lis-SEBĊ tkompli u ssaħħaħ id-djalogi tagħha mal-parlamenti nazzjonali, li jemmen li jsaħħu l-leġittimità u l-politiki tas-SEBĊ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>