<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0015</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275 </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0060/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D102172/03 – 2024/3011(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D102172/03),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-22 ta’ Novembru 2024, fejn ma ngħatat ebda opinjoni, u l-votazzjoni tal-Kumitat ta’ Appell tas-17 ta’ Diċembru 2024, fejn ukoll ma ngħatat ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fid-19 ta’ Ġunju 2024, u ppubblikata fl-1 ta’ Awwissu 2024<FOOTNOTE><FIELD> L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-“Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275 (applikazzjoni GMFF-2022-5890)”, EFSA Journal 2024; 22(8):e8886, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8886.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)<FOOTNOTE><FIELD>––––––––  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fl-għaxar leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2628 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2024)0038).Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat COT102, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2024)0039).Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2629 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 x 59122 u tmien subkombinazzjonijiet tiegħu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2024)0040).Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1828 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 u li jikkonsisti minnu, u ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti minn dak il-qamħirrum ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 (P10_TA(2024)0041).Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1822 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP915635, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2024)0042).Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1826 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP23211, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2024)0043).Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2618 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2024)0044).Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2024)0045).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fid-29 ta’ April 2022, Bayer Agriculture B.V., ibbażata fil-Belġju, f’isem Bayer CropScience LP, ibbażata fl-Istati Uniti, ippreżentat applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands għall-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275 (il-“qamħirrum ĠM”), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-qamħirrum ĠM jipproduċi żewġ proteini insettiċidali (Mpp75Aa1 u Vpb4Da2) u jesprimi l-ġene DvSnf7 dsRNA li jiġġieled id-Diabrotica virgifera; billi l-modifikazzjoni ġenetika tinvolvi proċess f’żewġ stadji, trasformazzjoni medjata mill-Agrobacterium tumefaciens u sistema ta’ rikombinazzjoni Cre/lox biex jitneħħew il-markaturi selezzjonabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fid-19 ta’ Ġunju 2024, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli dwar il-MON 95275, li ġiet ippubblikata fl-1 ta’ Awwissu 2024; billi l-opinjoni tal-EFSA ma tipprovdix biżżejjed data biex jiġu vvalutati l-effetti ġenetiċi mhux intenzjonati, l-attività bijoloġika tas-sekwenzi read-through, u l-impatti potenzjali mhux fil-mira fuq organiżmi li mhumiex fil-mira;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-provi fuq il-post imwettqa mill-applikant naqsu milli jqisu diversi kundizzjonijiet ta’ stress ambjentali jew prattiki agrikoli differenti, u b’hekk ir-rilevanza tar-riżultati għall-ambjenti ta’ kultivazzjoni Ewropej kienet limitata;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-effetti fuq l-organiżmi li mhumiex fil-mira tal-ġene DvSnf7 dsRNA prodott permezz tar-RNAi jqajmu tħassib;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-proteini insettiċidali Mpp75Aa1 u Vpb4Da2 jikkondividu similaritajiet strutturali ma’ tossini magħrufa u ma għandhomx biżżejjed evalwazzjoni tal-ispeċifiċità, tar-rispons immunitarju, u tal-effetti kombinatorji tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-potenzjal tal-fluss tal-ġeni għall-qraba selvaġġi, inklużi l-popolazzjonijiet tat-teosinte Ewropej, joħloq riskji ta’ persistenza transġenika u żbilanċ ekoloġiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta’ April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/503/oj).</FIELD></FOOTNOTE> mhumiex indirizzati b’mod adegwat, b’mod partikolari fir-rigward tal-verifika indipendenti tad-data u l-effetti ambjentali fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-valutazzjoni tal-EFSA ma indirizzatx biżżejjed ir-rwol tal-interazzjonijiet tal-mikrobijoma jew l-impatti tat-tossiċità kumulattivi fuq organiżmi li mhumiex fil-mira;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, għall-kuntrarju tal-użu ta’ insettiċidi, meta l-esponiment ikun fiż-żmien tal-bexx u għal perjodu limitat wara, l-użu ta’ għelejjel ĠM insettiċidali jwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u dawk li mhumiex fil-mira għat-tossini;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Istati Membri ppreżentaw ħafna kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tliet xhur<FOOTNOTE><FIELD> https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/action/downloadSupplement?doi=10.2903%2Fj.efsa.2024.8716‌&file=efs28716-sup-0012-Annex8.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari li l-lista ta’ studji rilevanti, identifikati fir-rieżami tal-letteratura tal-applikant, ma kinitx tinkludi studji dwar id-destin tal-proteini insettiċidali fl-ambjent jew dwar l-effetti potenzjali tar-residwi tal-għelejjel fuq organiżmi li mhumiex fil-mira;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta’ 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM għall-ikel u l-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni ta’ OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM u fl-għaxar leġiżlatura attwali diġà adotta 8 riżoluzzjonijiet oħra li joġġezzjonaw għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza l-OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur se jinċentiva l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ikel u ta’ għalf tal-annimali li fihom organiżmi ġenetikament modifikati, li jikkonsistu minnhom, jew li huma prodotti minnhom; billi l-Brażil u l-Arġentina huma fost l-akbar produtturi tal-OĠM u utenti tal-pestiċidi fid-dinja, inklużi l-OĠM u l-pestiċidi pprojbiti fl-Unjoni għal raġunijiet ambjentali jew ta’ saħħa;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-konverġenza tal-istandards bejn l-Unjoni u s-sħab tagħha fin-negozjati dwar il-ftehim ta’ kummerċ ħieles, sabiex jintlaħqu l-istandards tas-sikurezza tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-għelejjel ĠM minħabba riskji għall-bijodiversità, għas-sikurezza tal-ikel u għas-saħħa tal-ħaddiema f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar irrikonoxxiet, f’ittra tal-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni dwar OĠM<FOOTNOTE><FIELD> https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li, minn dak iż-żmien ’l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb’oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti; itenni l-appell tiegħu li l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>