<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0018</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-detenzjoni kontinwa u r-riskju tal-piena tal-mewt għal individwi fin-Niġerja akkużati bi blasfemija, b’mod partikolari l-każ ta’ Yahaya Sharif-Aminu</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0101, 0104, 0117, 0120, 0122 u 0123/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2025 dwar id-detenzjoni kontinwa u r-riskju tal-piena tal-mewt għal individwi fin-Niġerja akkużati bi blasfemija, b’mod partikolari l-każ ta’ Yahaya Sharif-Aminu (2025/2548(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Niġerja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fl-10 ta’ Awwissu 2020, il-kantant Niġerjan Yahaya Sharif-Aminu tressaq quddiem Qorti Suprema tax-Xarija fl-Istat ta’ Kano fejn għadda ġuri mingħajr rappreżentanza legali u ġie kkundannat għall-mewt bit-tgħalliq minħabba kliem ta’ kanzunetta li allegatament kellha kummenti derogatorji fir-rigward tal-Profeta Muhammad; billi l-familja tiegħu ffaċċjat fastidju u persekuzzjoni wara l-arrest tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi f’Jannar 2021, il-Qorti Għolja tal-Istat ta’ Kano ordnat ġuri mill-ġdid u f’Awwissu 2022, il-Qorti tal-Appell ikkonfermatu, filwaqt li affermat il-kostituzzjonalità tal-liġijiet dwar il-blasfemija tax-Xarija, inħoloq riskju serju li l-piena tal-mewt tiġi kkonfermata; billi f’Novembru 2022, Sharif-Aminu ressaq appell quddiem il-Qorti Suprema li baqa’ pendenti; billi huwa rrappurtat li jinsab f’kundizzjoni kritika fil-ħabs peress li saħħtu ddeterjorat u ma għandux biżżejjed ikel, ħwejjeġ u mediċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Niġerjani oħra baqgħu il-ħabs fuq akkużi ta’ blasfemija;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-liġijiet dwar il-blasfemija fin-Niġerja jiksru l-impenji internazzjonali tagħha tad-drittijiet tal-bniedem, il-Karta Afrikana u l-Kostituzzjoni Niġerjana; billi l-akkużi ta’ blasfemija ta’ spiss iwasslu għal fastidju, vjolenza u qtil fil-pubbliku; billi n-Niġerja hija wieħed minn seba’ pajjiżi fejn individwu jista’ jiġi kkundannat għall-mewt minħabba blasfemija;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi kull persuna għandha d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, tar-reliġjon u tat-twemmin;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Niġerjani jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil Yahaya Sharif-Aminu, iwaqqgħu l-akkużi kollha kontrih, jiggarantixxu d-drittijiet ta’ proċess ġust u s-sikurezza tiegħu, u jiżguraw aċċess adegwat għall-ikel, għall-ħwejjeġ u għat-trattament mediku; jistieden lill-Qorti Suprema tan-Niġerja tiżgura proċess ta’ appell imħaffef u ġust; jitlob il-ħelsien tal-oħrajn kollha li qed jiffaċċjaw allegazzjonijiet ta’ blasfemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li l-liġijiet dwar il-blasfemija jiksru biċ-ċar l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u jmorru kontra l-Kostituzzjoni Niġerjana, li tiggarantixxi l-libertà tar-reliġjon u tal-espressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Niġerjani jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż kollu billi jiżguraw li l-liġijiet federali, statali u tax-Xarija ma jiċħdux il-protezzjoni li l-Kostituzzjoni nazzjonali u l-konvenzjonijiet internazzjonali jagħtu lin-Niġerjani; jisħaq fuq ir-responsabbiltà tan-Niġerja biex tmexxi bl-eżempju u tabolixxi l-liġijiet dwar il-blasfemija, inkluż l-insult reliġjuż fil-liġi kriminali, liema liġi tipperikola sistematikament il-minoranzi reliġjużi, tikser il-libertajiet fundamentali u tħeġġeġ il-vjolenza settarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lin-Niġerja timponi moratorju nazzjonali fuq l-eżekuzzjonijiet u taħdem biex tabolixxi kompletament il-piena tal-mewt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern Niġerjan jiġġieled l-impunità madwar l-akkużi ta’ blasfemija billi jippenalizza lil min jippromwovi allegazzjonijiet foloz u jressaq lill-awturi ta’ vjolenza fil-pubbliku quddiem il-ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jqajmu każijiet individwali, tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u liġijiet dwar il-blasfemija mal-awtoritajiet Niġerjani u jiżguraw li r-rappreżentanza diplomatika tosserva l-proċedimenti legali meta l-proċess ta’ Sharif-Aminu jibda fil-Qorti Suprema; ifaħħar il-ħelsien mill-ħtija ta’ Rhoda Jatau u l-ħelsien ta’ Mubarak Bala;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-VP/RGħ kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tan-Niġerja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>