<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0019</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni politika fil-Georgia</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0106, 0108, 0112, 0116 u 0118/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2025 dwar id-deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni politika fil-Georgia (2025/2522(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Georgia, b’mod partikolari dik tat-28 ta’ Novembru 2024 dwar id-deterjorament tal-kriżi demokratika tal-Georgia wara l-elezzjonijiet parlamentari reċenti u l-allegata frodi elettorali<FOOTNOTE><FIELD> Testi Adottati, P10_TA(2024)0054.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istatus tal-Georgia bħala pajjiż kandidat tal-UE, mogħti mill-Kunsill Ewropew fis-summit tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tal-Kostituzzjoni Georgjana, li jitlob l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha possibbli biex tiġi ggarantita l-integrazzjoni sħiħa tal-Georgia fl-UE u fin-NATO,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar l-elezzjonijiet parlamentari li saru fil-Georgia fis-26 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-rigress demokratiku fil-Georgia aċċellera b’mod drammatiku mill-elezzjonijiet parlamentari tas-26 ta’ Ottubru 2024 ’il hawn, li kienu difettui bil-kbir u kkaratterizzati minn irregolaritajiet serji, u naqsu milli jissodisfaw l-istandards demokratiċi internazzjonali u l-impenji tal-Georgia fil-qafas tal-OSKE; billi dawn l-elezzjonijiet kisru n-normi u l-istandards demokratiċi stabbiliti għal elezzjonijiet ħielsa u ekwi, u naqsu milli jirriflettu r-rieda tal-poplu u rrendew lill-“parlament” riżultanti, u sussegwentement lill-“president”, mingħajr l-ebda leġittimità demokratika; billi mill-bidu nett tal-attività tiegħu, il-parlament Georgjan attwali opera bħala organu b’partit wieħed (Ħolma Georgjana), li hija ħaġa inkompatibbli mal-essenza tad-demokrazija parlamentari pluralistika;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Georgia<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE> jikkonċerna l-prinċipji ġenerali tal-ftehim, li jinkludu l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 78 tal-Kostituzzjoni tal-Georgia jiddikjara li l-korpi kostituzzjonali għandhom jieħdu l-miżuri kollha fl-ambitu tal-kompetenzi tagħhom biex jiżguraw l-integrazzjoni sħiħa tal-Georgia fl-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-President tal-Georgia, Salome Zourabichvili, ikkundannat pubblikament l-elezzjonijiet parlamentari bħala mbagħbsa, iddikjarat li mhux se tirrikonoxxihom u talbet investigazzjoni internazzjonali; billi r-reġim attwali tal-Georgia, immexxi mill-partit Ħolma Georgjana u l-fundatur tiegħu, Bidzina Ivanishvili, orkestra użurpazzjoni antikostituzzjonali tal-poter, filwaqt li żarma b’mod sistematiku l-istituzzjonijiet demokratiċi, immina l-indipendenza ġudizzjarja u dgħajjef il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, u b’hekk iggrava l-kriżi politika u kostituzzjonali tal-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Georgia uffiċjalment kellha l-istatus ta’ pajjiż kandidat tal-UE minn Diċembru 2023; billi fit-28 ta’ Novembru 2024, Irakli Kobakhidze ħabbar li l-Georgia kienet se ttawwal iż-żmien ta’ meta jingħata bidu għat-taħditiet ta’ adeżjoni mal-UE u tirrifjuta l-assistenza finanzjarja tagħha sa tmiem l-2028, filwaqt li injora l-impenn kostituzzjonali tal-pajjiż għall-integrazzjoni Ewropea u effettivament immina l-aspirazzjonijiet Ewro-Atlantiċi sovrani tal-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fit-28 ta’ Novembru 2024, bdew protesti paċifiċi tal-massa kontra l-gvern fil-pajjiż kollu, li talbu elezzjonijiet ġodda, ħielsa u ekwi, it-tmiem tal-vjolenza politika u r-repressjoni, u r-ritorn tal-pajjiż fit-triq Ewropea tiegħu; billi l-protesti ilhom iseħħu mingħajr interruzzjoni għal aktar minn 75 jum;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fl-14 ta’ Diċembru 2024, il-parlament de facto organizza “elezzjoni presidenzjali” b’kandidat wieħed mill-partit Ħolma Georgjana, l-eks futboler Mikheil Kavelashvili, li ġie elett b’224 vot minn 225 vot miftugħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-awtoritajiet awtoproklamati tal-Georgia tefgħu lill-pajjiż fi kriżi kostituzzjonali u politika sħiħa, kif ukoll fi kriżi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija; billi dan kien ikkaratterizzat mir-repressjoni brutali ta’ dimostranti paċifiċi, avversarji politiċi u rappreżentanti tal-media, fejn l-imħallfin, il-prosekuturi u l-uffiċjali tal-pulizija qed jiffabbrikaw b’mod attiv akkużi amministrattivi u kriminali politikament motivati kontra dimostranti, ġurnalisti u personalitajiet tal-oppożizzjoni detenuti matul dimostrazzjonijiet paċifiċi kontra l-gvern; billi, minn Diċembru 2024, aktar minn 460 persuna ġew arrestati jew ikkastigati minn mindu bdew il-protesti, u dan in-numru qed jiżdied kuljum;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet li deliberatament kienu nieqsa min-numri ta’ identifikazzjoni ferrxu lid-dimostranti bil-forza permezz tal-gass tad-dmugħ u l-kanuni tal-ilma; billi bosta ġurnalisti rrapportaw li kienu fil-mira u li ġew imsawta, u li nqerdilhom it-tagħmir tagħhom u nsterqulhom oġġetti personali; billi għexieren ta’ dimostranti ġew attakkati brutalment, u diversi mijiet ta’ persuni ġew arrestati; billi d-Difensur Pubbliku tal-Georgia żvela li 80 % ta’ dawk detenuti rrapportaw li esperjenzaw vjolenza u trattament inuman f’idejn l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi; billi minkejja l-kundanna internazzjonali, il-Gvern Georgjan illeġittimu ta midalji lil uffiċjali involuti fir-repressjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-istabbilimenti tal-media indipendenti, inklużi TV Formula, TV Mtavari u TV Pirveli, qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet operazzjonali u finanzjarji severi minħabba l-indħil tar-reġim, filwaqt li għexieren ta’ rappreżentanti tal-media qed jiġu soġġetti għal diversi forom ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika intensa; billi ġew iddokumentati bosta attakki vjolenti fuq il-ġurnalisti, inkluż is-swat sever lil Aleksandre Keshelashvili, Maka Chikhladze u Giorgi Shetsiruli, u l-fastidju li sar lill-ġurnalista detenuta Saba Kevkhishvili; billi fit-12 ta’ Jannar 2025, l-awtoritajiet Georgjani arrestaw lill-ġurnalista Mzia Amaghlobeli, li ilha taħt arrest preventiv minn dak iż-żmien u tinsab fuq strajk tal-ġuħ b’solidarjetà mal-priġunieri politiċi kollha fil-Georgia; billi qed tiffaċċja bejn erba’ u seba’ snin ħabs;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fil-lejl tal-14 ta’ Jannar 2025, Giorgi Gakharia, mexxej tal-oppożizzjoni tal-partit Għall-Georgia u eks Prim Ministru, u Zviad Koridze, ġurnalist u attivist ta’ Transparency International, ġew attakkati fiżikament minn uffiċjali tal-partit Ħolma Georgjana f’inċidenti separati fl-istess post f’Batumi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fit-2 ta’ Frar 2025, Nika Melia, mexxej tal-partit pro-Ewropew Akhali, u Gigi Ugulava, l-eks sindku ta’ Tbilisi, ġew arrestati waqt il-protesti ta’ kontra l-gvern u soġġetti għal vjolenza fiżika waqt li kienu f’detenzjoni; billi fit-12 ta’ Jannar 2025, Elene Khoshtaria, mexxejja tal-moviment politiku Droa, ġiet detenuta f’Batumi;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-awtoritajiet de facto tal-Georgia użaw forza sproporzjonata u vjolenza eċċessiva kontra dimostranti paċifiċi u rrikorrew għal arresti arbitrarji tal-massa biex ifixklu d-dissens; billi l-organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem irrappurtaw it-trattament ħażin sistemiku tad-detenuti, inkluża t-tortura; billi sal-lum, l-ebda uffiċjal wieħed tal-infurzar tal-liġi involut fir-repressjoni brutali, l-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ma tressaq quddiem il-ġustizzja;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-awtoritajiet awtoproklamati introduċew leġiżlazzjoni drakonjana ġdida li daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Diċembru 2024 u emendaw il-Kodiċi Kriminali, il-Kodiċi tal-Offiżi Amministrattivi u l-Liġi dwar l-Assembleji u l-Manifestazzjonijiet, u imponew aktar restrizzjonijiet arbitrarji fuq id-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika, introduċew, fost affarijiet oħra, multi kbar talli jittellgħu jew jitwaħħlu slogans u posters, u taw lill-pulizija s-setgħa li jżommu individwi “b’mod preventiv” għal 48 siegħa fuq suspett ta’ ppjanar li jiksru r-regoli li jirregolaw l-ġemgħa pubblika; billi fit-3 ta’ Frar 2025, il-partit Ħolma Georgjana żvela abbozz ulterjuri ta’ leġiżlazzjoni mfassal biex jissikka l-kontroll, iżid il-pieni għal varjetà ta’ reati mmirati direttament lejn id-dimostranti, il-kritiċi u d-dissens politiku, bħal kastigi eħrex għal kull min “jinsulta lill-uffiċjali”, jikkriminalizza l-imblukkar tat-toroq u jżid id-durata tad-detenzjoni amministrattiva minn 15 għal 60 jum;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi fis-27 ta’ Jannar 2025, il-Kunsill iddeċieda li jissospendi partijiet mill-ftehim għall-faċilitazzjoni tal-viża bejn l-UE u l-Georgia għad-diplomatiċi u l-uffiċjali Georgjani, iżda naqas milli jimponi sanzjonijiet individwali b’rispons għar-repressjoni kontinwa; billi l-Gvern Ungeriż u dak Slovakk kienu qed jimblukkaw b’mod konsistenti sanzjonijiet fl-UE kollha li jħallu impatt, u b’hekk żammew lill-25 Stat Membru li kien fadal (UE-25) milli jintroduċu b’mod effettiv sanzjonijiet kontra l-awtoritajiet Georgjani awtoproklamati;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi diversi Stati Membri, inklużi l-Litwanja, l-Estonja, il-Latvja u ċ-Ċekja, imponew sanzjonijiet bilaterali fuq xi politiċi, imħallfin u uffiċjali oħra Georgjani responsabbli tar-repressjoni brutali fuq id-dimostranti, tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-abbuż tal-istat tad-dritt; billi f’Diċembru 2024, l-Istati Uniti ssanzjonaw lil Bidzina Ivanishvili, flimkien mal-“Ministru għall-Affarijiet Interni” tal-Georgia Vakhtang Gomelauri u l-Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Kompiti Speċjali Mirza Kezevadze, tal-involviment tagħhom fir-repressjonijiet brutali fuq ir-rappreżentanti tal-media, il-personalitajiet tal-oppożizzjoni u d-dimostranti; billi r-Renju Unit u l-Ukrajna imponew sanzjonijiet simili fuq uffiċjali Georgjani ta’ livell għoli; billi Ivanishvili, permezz ta’ liġijiet adottati ta’ malajr imfassla għas-sitwazzjoni personali tiegħu, qed iċaqlaq l-assi offshore tiegħu lejn il-Georgia b’antiċipazzjoni ta’ aktar sanzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi fid-29 ta’ Jannar 2025, il-partit Ħolma Georgjana ħabbar li se jirtira d-delegazzjoni tiegħu mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (APKE) wara li din tal-aħħar talbet elezzjonijiet parlamentari ġenwinament demokratiċi ġodda, il-ħelsien tal-priġunieri politiċi u l-irfigħ tar-responsabbiltà għall-awturi tal-vjolenza; billi l-esperti tan-NU kkundannaw ix-xejra ta’ repressjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Georgia, filwaqt li l-OSKE sejħet lil din is-soppressjoni ksur serju tad-dritt tal-libertà tal-għaqda;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-partit fil-gvern Ħolma Georgjana laqqa’ l-parlament il-ġdid bi ksur tal-kostituzzjoni tal-pajjiż u dan irriżulta f’bojkott tal-parlament mill-oppożizzjoni; billi fil-5 ta’ Frar 2025, il-“parlament” awtoproklamat ivvota biex japprova t-terminazzjoni bikrija tal-mandati ta’ 49 minn 61 membru tal-parlament, li jirrappreżentaw il-Koalizzjoni għall-Bidla, il-Georgia b’Saħħitha u l-Moviment Nazzjonali Magħqud, sabiex titneħħielhom l-immunità tagħhom u jiġu ffaċilitati l-arrest u l-prosekuzzjoni tagħhom; billi l-istess “parlament” stabbilixxa kummissjoni biex tikkastiga l-partit preċedenti fil-gvern, Moviment Nazzjonali Magħqud;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi għadd dejjem jikber ta’ impjegati taċ-ċivil tkeċċew wara li tkellmu kontra l-waqfien tal-proċess ta’ adeżjoni tal-Georgia mal-UE; billi Ħolma Georgjana emendat il-liġijiet dwar is-servizz pubbliku, filwaqt li ssimplifikat il-proċeduri għat-tkeċċija tal-impjegati taċ-ċivil, li diversi minnhom tkeċċew talli pparteċipaw fil-protesti, f’tentattiv ċar biex isikktu l-ilħna kritiċi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna l-“awtoritajiet” ta’ Ħolma Georgjana u jħeġġiġhom iwaqqfu minnufih ir-repressjoni vjolenti tad-dimostranti paċifiċi, tal-avversarji politiċi u tar-rappreżentanti tal-media; jissottolinja li bħalissa l-awtoritajiet awtoproklamati tal-Georgia qed jiksru l-libertajiet fundamentali, id-drittijiet bażiċi tal-bniedem u l-obbligi internazzjonali ewlenin tal-pajjiż, u b’hekk qed idgħajfu deċennji ta’ riformi demokratiċi mmexxija mill-klassi politika u mis-soċjetà ċivili tal-pajjiż; iqis lill-Georgia bħala stat maħtuf mir-reġim illeġittimu tal-partit Ħolma Georgjana; jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-partit fil-gvern Ħolma Georgjana abbanduna t-triq tiegħu lejn l-integrazzjoni Ewropea u s-sħubija man-NATO; ifakkar li r-regressjoni demokratika li qed isseħħ bħalissa u l-adozzjoni ta’ liġijiet antidemokratiċi effettivament issospendew il-proċess ta’ integrazzjoni tal-Georgia fl-UE; itenni l-appoġġ sod tiegħu għall-aspirazzjonijiet Ewropej leġittimi tal-poplu Georgjan u x-xewqa tiegħu li jgħix f’pajjiż prosperu u demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ma jirrikonoxxix l-awtoritajiet awtoproklamati tal-partit Ħolma Georgjana li ġew stabbiliti wara l-elezzjoni mbagħbsa tas-26 ta’ Ottubru 2024, li la kienet ħielsa u lanqas ekwa, u li saret bi ksur tan-normi u l-istandards demokratiċi, u li ma rriflettietx ir-rieda tal-poplu tal-Georgia; jissottolinja li l-frodi elettorali estensiva dgħajfet l-integrità tal-proċess elettorali, xeħtet dubju fuq il-leġittimità tar-riżultat u mminat il-fiduċja pubblika, kemm domestikament kif ukoll internazzjonalment, fi kwalunkwe gvern ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet interparlamentari, biex ma jirrikonoxxux il-leġittimità tal-parlament monopartitiku Ħolma Georgjana u tal-president maħtur tiegħu; Jistieden, għalhekk, lill-komunità internazzjonali tingħaqad mal-bojkott tal-awtoritajiet Georgjani awtoproklamati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ikompli jirrikonoxxi lil Salome Zourabichvili bħala l-President leġittima tal-Georgia u r-rappreżentanta tal-poplu Georgjan; ifaħħar l-isforzi tagħha biex b’mod paċifiku tiddirezzjona lill-pajjiż lura fuq perkors demokratiku u Ewropew ta’ żvilupp; jistieden lill-President tal-Kunsill Ewropew jistieden lill-President Zourabichvili tirrappreżenta lill-Georgia f’laqgħa li jmiss dalwaqt tal-Kunsill Ewropew u fis-summit li jmiss tal-Komunità Politika Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li s-soluzzjoni tal-kriżi politika u kostituzzjonali attwali fil-Georgia tista’ tinkiseb biss permezz ta’ elezzjonijiet parlamentari ġodda; jitlob b’insistenza li jsiru elezzjonijiet ġodda fil-Georgia fix-xhur li ġejjin f’ambjent elettorali mtejjeb, issorveljati minn amministrazzjoni elettorali indipendenti u imparzjali u mmonitorjati permezz ta’ osservazzjoni internazzjonali diliġenti biex jiġi ggarantit proċess ġenwinament ekwu, ħieles u trasparenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-uffiċjali tal-UE jitolbu b’insistenza u fermezza elezzjonijiet ġodda u biex kwalunkwe impenn li jagħmlu fil-futur, ikun espliċitament kundizzjonali fuq l-istabbiliment ta’ data ġdida għall-elezzjonijiet parlamentari u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu li jiżgura li dawn ikunu ħielsa u ekwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappella lill-Kunsill u lill-Istati Membri, b’mod partikolari lill-UE-25 biex, fuq bi bilaterali u kkoordinata, jimponu sanzjonijiet personali immedjati u mmirati fuq Bidzina Ivanishvili, il-familja tiegħu u l-kumpaniji tiegħu, u jiffriżaw l-assi tiegħu kollha fi ħdan l-UE minħabba r-rwol tiegħu fid-deterjorament tal-proċess politiku fil-Georgia, li ppermetta rigress demokratiku, u talli aġixxa kontra l-interessi ddikjarati mill-kostituzzjoni tal-pajjiż tal-integrazzjoni Ewro-Atlantika; jistieden lill-Gvern Franċiż ineħħi lil Bidzina Ivanishvili mil-Leġjun tal-Unur u jimponi sanzjonijiet individwali fuqu; jilqa’, f’dan ir-rigward, is-sanzjonijiet imposti bilateralment mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u ċ-Ċekja, kif ukoll dawk diġà imposti mill-Istati Uniti u mir-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari l-UE-25 biex, fuq bażi bilaterali u koordinata, jimponu sanzjonijiet personali fuq l-uffiċjali u l-mexxejja politiċi fil-Georgia responsabbli tar-regress demokratiku, il-frodi elettorali, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-persekuzzjoni tal-avversarji u l-attivisti politiċi, inklużi Irakli Kobakhidze, Shalva Papuashvili, Vakhtang Gomelauri, is-Sindku ta’ Tbilisi u Segretarju Ġenerali tal-partit Ħolma Georgjana Kakha Kaladze, u l-President tal-partit Ħolma Georgjana Irakli Garibashvili; jistedinhom jestendu dawn is-sanzjonijiet għall-imħallfin, inklużi dawk tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Georgia li qed jaqtgħu sentenzi politikament motivati, u għar-rappreżentanti tas-servizzi tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll għall-faċilitaturi finanzjarji li jappoġġjaw b’mod taċitu jew bil-miftuħ lir-reġim u għas-sidien tal-istabbilimenti tal-media allinjati mar-reġim, inklużi TV Imedi, Pos TV u Rustavi 2 TV, tar-rwol tagħhom fit-tixrid tad-diżinformazzjoni u talli raw kif jimmanipulaw id-diskors pubbliku sabiex isostnu t-tmexxija awtoritarja tal-partit fil-gvern attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jimponu sanzjonijiet fuq in-network ta’ faċilitaturi ta’ Bidzina Ivanishvili, l-entourage elit tiegħu, l-operaturi finanzjarji korrotti, il-propagandisti u dawk li jiffaċilitaw l-apparat statali repressiv, inklużi, fost oħrajn, Ekaterine Khvedelidze, Uta Ivanishvili, Tsotne Ivanishvili, Bera Ivanishvili, Gvantsa Ivanishvili, Alexander Ivanishvili, Shmagi Kobakhidze, Ucha Mamatsashvili, Natia Turnava, Ivane Chkhartishvili, Sulkhan Papashvili, Giorgi Kapanadze, Tornike Rizhvadze, Ilia Tsulaia, Kakha Bekauri, Lasha Natsvlishvili, Vasil Maglaperidze, Grigol Liluashvili, Mikheil Chinchaladze, Levan Murusidze, Irakli Rukhadze, Tinatin Berdzenishvili, Tamaz Gaiashvili, Anton Obolashvili u Gocha Enukidze;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Isostni l-fehma li l-miżuri meħuda s’issa mill-UE b’reazzjoni għar-regress demokratiku flagranti u n-nuqqas ta’ żamma tal-impenji preċedenti għadhom ma jirriflettux bis-sħiħ is-severità tas-sitwazzjoni fil-Georgia u l-aħħar żviluppi; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill li jissospendi l-ivvjaġġar mingħajr viża għad-diplomatiċi u l-uffiċjali Georgjani, iżda jqisha biss bħala l-ewwel pass, li trid tiġi segwita minn miżuri aktar ħorox; jiddeplora l-ostakolar min-naħa tal-Gvern Ungeriż u dak Slovakk tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet kontra individwi responsabbli tar-rigress demokratiku fil-Georgia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li r-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa vitali għall-parametri referenzjarji tal-UE għal-liberalizzazzjoni tal-viża; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jirrieżaminaw l-istatus mingħajr viża tal-Georgia, bil-possibbiltà ta’ sospensjoni jekk jitqies li l-istandards tal-UE dwar il-governanza u l-libertajiet demokratiċi mhumiex qed jiġu rispettati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza brutali u r-repressjoni użati mir-reġim fil-gvern tal-Georgia kontra dimostranti paċifiċi mit-28 ta’ Novembru 2024 ’il hawn; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha u ta’ dawk li ġew detenuti matul il-protesti ta’ kontra l-gvern; jitlob il-ħelsien tal-ġurnalista Mzia Amaghlobeli, li issa ilha fuq strajk tal-ġuħ għal aktar minn erba’ ġimgħat minħabba d-detenzjoni inġusta tagħha u qed tirriskja li tiffaċċja konsegwenzi kritiċi, irriversibbli u ta’ theddida għall-ħajjitha; jiddenunzja l-attakk fuq l-eks Prim Ministru Giorgi Gakharia u s-swat li ssawwat, li wasslu biex iddaħħal l-isptar, segwit mill-arrest fit-2 ta’ Frar 2025 ta’ mexxejja politiċi inklużi Nika Melia u Gigi Ugulava, bħala eskalazzjoni xokkanti tal-vjolenza orkestrata mill-istat mill-partit Ħolma Georgjana u l-alleati tiegħu kontra d-dimostranti paċifiċi u l-avversarji politiċi; ifakkar fid-detenzjoni ta’ Elene Khoshtaria fit-12 ta’ Jannar 2025 f’Batumi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Itenni s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-Georgia u mas-soċjetà ċivili vibranti tagħha fil-ġlieda għad-drittijiet demokratiċi leġittimi tagħhom u għal futur Ewropew għal pajjiżhom; iħeġġeġ lill-Gvern Georgjan ireġġa’ lura l-perkors politiku attwali tiegħu u jerġa’ lura għall-implimentazzjoni tar-rieda tal-poplu Georgjan għal riformi demokratiċi kontinwi li jerġgħu jiftħu l-prospett ta’ sħubija futura fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>	Jikkundanna bil-qawwa l-promulgazzjoni ta’ leġiżlazzjoni drakonjana li timponi restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq il-libertajiet tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika, u jitlob b’insistenza l-annullament ta’ leġiżlazzjoni repressiva bħal din li ġiet adottata reċentement; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Georgjani jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-individwi kollha detenuti talli eżerċitaw b’mod paċifiku d-drittijiet fundamentali tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika, u jiżguraw investigazzjonijiet fil-pront, bir-reqqa u imparzjali dwar l-allegazzjonijiet kollha ta’ użu illegali u sproporzjonat tal-forza mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi; iqis li s-sistema ġudizzjarja Georgjana ntużat bħala arma biex toħnoq id-dissens, trawwem il-biża’ u ssikket il-libertà tal-kelma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jitlob lill-“awtoritajiet Georgjani” jieħdu azzjoni immedjata biex jiżguraw is-sikurezza u l-libertà tal-ġurnalisti u jinvestigaw il-każijiet kollha ta’ vjolenza u mġiba ħażina mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi; jenfasizza l-importanza li jitrawwem ambjent demokratiku fejn il-media, is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni jistgħu joperaw liberament mingħajr biża’ ta’ ritaljazzjoni jew ċensura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jitlob b’insistenza investigazzjoni indipendenti, trasparenti u imparzjali dwar il-brutalità tal-pulizija u l-użu ta’ forza eċċessiva kontra dimostranti paċifiċi<STRING BOLD="on">;</STRING> jappella biex dawk responsabbli tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-uffiċjali tal-gvern u tal-infurzar tal-liġi li jordnaw atti ta’ repressjoni, jintalbu jwieġbu għal għemilhom b’mod sħiħ quddiem il-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jiddenunzja t-tnedija ta’ investigazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur fit-8 ta’ Frar 2025 dwar organizzazzjonijiet mhux governattivi akkużati b’sabotaġġ aggravat, attentat ta’ sabotaġġ u assistenza lil organizzazzjonijiet barranin u kkontrollati minn barra l-pajjiż f’attivitajiet ostili mmirati biex idgħajfu l-interessi tal-istat tal-Georgia, li għalihom jistgħu jirċievu sentenzi ta’ diversi snin; iqis din l-azzjoni bħala eskalazzjoni ulterjuri tar-repressjoni mir-reġim, użu ħażin tas-sistema ġudizzjarja u rigress demokratiku aċċellerat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jikkundanna l-kampanja usa’ ta’ attakki min-naħa tal-awtoritajiet Georgjani li jiddisprezzaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lid-donaturi internazzjonali ta’ reputazzjoni tajba li jappoġġjaw lid-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Georgia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jiddenunzja t-terminazzjoni minn Ħolma Georgjana tal-mandati ta’ 49 membru parlamentari tal-oppożizzjoni bħala sinjal ta’ rigress demokratiku ulterjuri, u jqis dan bħala l-aħħar pass fl-attakk ta’ Ħolma Georgjana fuq il-pluraliżmu politiku fil-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>	Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (APKE) li tikkontesta l-kredenzjali tad-delegazzjoni parlamentari tal-Georgia minħabba r-rigress demokratiku u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; jappoġġja t-talba tal-APKE biex il-Georgia tibda minnufih proċess inklużiv li jinvolvi l-atturi politiċi u soċjali kollha, inkluż il-partit fil-gvern, l-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, biex jiġu indirizzati b’mod urġenti d-defiċjenzi u n-nuqqasijiet innutati matul l-elezzjonijiet parlamentari reċenti u biex jinħoloq ambjent elettorali li jwassal għal elezzjonijiet ġodda ġenwinament demokratiċi li għandhom jitħabbru fix-xhur li ġejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li l-Georgia, li xi darba kienet minn ta’ quddiem f’dik li hi l-integrazzjoni Ewro-Atlantika, għaddejja minn proċess aċċellerat ta’ rigress demokratiku, f’dak li donnu tentattiv intenzjonat biex turi li r-rieda tal-poplu Georgian m’għadhiex tiddetermina l-ġejjieni tal-pajji, li jista’ jwassal biex il-pajjiż jieħu t-triq li ħadet il-Belarussja fir-rigward tal-iżvilupp politiku, bi tranżizzjoni mill-istat awtoritarju attwali għal reġim dittatorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jiddeplora d-deċiżjoni ta’ Irakli Kobakhidze li jissospendi t-taħditiet ta’ adeżjoni u jirrifjuta l-finanzjament tal-UE sa tmiem l-2028; ifakkar li l-istħarriġ kollu juri b’mod konsistenti l-appoġġ enormi tal-popolazzjoni Georgjana għal futur Ewro-Atlantiku; jesprimi appoġġ qawwi għall-aspirazzjonijiet Ewro-Atlantiċi tal-poplu Georgjan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jitlob li jsir awditu immedjat u komprensiv tal-politika tal-UE fir-rigward tal-Georgia minħabba r-rigress demokratiku; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia fid-dawl tal-ksur tal-prinċipji ġenerali mill-awtoritajiet awtoproklamati Georgjani, kif stabbilit fl-Artikolu 2, jiġifieri r-rispett għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali; jirrimarka li n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi jista’ jirriżulta fis-sospensjoni kundizzjonali tal-kooperazzjoni ekonomika u tal-privileġġi mogħtija mill-Ftehim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li twaqqaf l-appoġġ baġitarju kollu lill-awtoritajiet Georgjani u li tissospendi l-bidu ta’ kwalunkwe proġett ta’ investiment futur; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttemm l-appoġġ finanzjarju kollu għall-proġetti li għadhom għaddejjin; jitlob moratorju fuq il-proġetti kollha ta’ investiment fil-qasam tal-konnettività; jistieden lill-Kummissjoni tibda tidentifika setturi ekonomiċi ta’ rilevanza għall-interessi oligarkiċi li jappoġġjaw u jsostnu t-tmexxija awtoritarja attwali, bil-ħsieb ta’ deċiżjoni futura potenzjali dwar miżuri restrittivi jew sanzjonijiet ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni tibda tidentifika pproġetti ta’ konnettività li jappoġġjaw u jsostnu t-tmexxija awtoritarja attwali u tikkunsidra s-sospensjoni tagħhom sa ma jerġgħu jsiru l-elezzjonijiet parlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jikkundanna l-ambjent ta’ intimidazzjoni u polarizzazzjoni xprunat mid-dikjarazzjonijiet tar-rappreżentanti tal-Gvern tal-Georgia u tal-mexxejja politiċi, kif ukoll mill-attakki kontra l-pluraliżmu politiku, inkluż permezz ta’ każijiet disturbanti ta’ intimidazzjoni u vjolenza kontra l-forzi politiċi demokratiċi tal-Georgia u theddid ripetut biex jiġu pprojbiti l-partiti tal-oppożizzjoni, jiġu arrestati l-mexxejja tagħhom u saħansitra ċ-ċittadini komuni li jappoġġjawhom, u jsikktu d-dissens; jissottolinja li kwalunkwe ħaġa ħlief ir-restawr sħiħ tal-istandards demokratiċi tal-Georgia se tinvolvi deterjorament ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Georgia, tirrendi kwalunkwe ċaqliqa lejn l-adeżjoni mal-UE impossibbli u tirriżulta f’sanzjonijiet addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni biex malajr talloka mill-ġdid il-EUR 120 miljun iffriżati li oriġinarjament kienu maħsuba bħala appoġġ għall-awtoritajiet Georgjani, biex ittejjeb l-appoġġ tal-UE lis-soċjetà ċivili tal-Georgia, b’mod partikolari lis-settur mhux governattiv u lill-media indipendenti, li qed jispiċċaw dejjem aktar taħt pressjoni bla bżonn mill-partit politiku fil-gvern u mill-awtoritajiet, kif ukoll sabiex tappoġġja programmi li jippromwovu r-reżiljenza demokratika u l-integrità elettorali; jappella biex il-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE jiġu aġġustati b’tali mod li jqisu l-ħtiġijiet li jirriżultaw f’ambjent aktar ostili u antidemokratiku; jenfasizza l-urġenza tal-ħtieġa li tiġi appoġġjata s-soċjetà ċivili fid-dawl tar-repressjoni dejjem akbar u s-sospensjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID), u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-influwenza Russa li qed tiżdied fil-pajjiż u dwar l-azzjonijiet tal-gvern tal-partit Ħolma Georgjana fit-twettiq ta’ politika ta’ tqarrib u kollaborazzjoni mar-Russja, minkejja l-fatt li din qed tokkupa ftit ftit it-territorju Georgjan; jiddeplora, f’dan ir-rigward, ir-retorika ostili u kontra l-Punent li kulma jmur qed tiżdied tar-rappreżentanti tal-partit Ħolma Georgjana lejn is-sħab strateġiċi tal-Punent li għandha l-Georgia, inkluża l-UE, u l-Membri tal-PE u l-uffiċjali tagħha, kif ukoll il-promozzjoni tad-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tar-Russja min-naħa tal-partit Ħolma Georgjana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Itenni bil-qawwa t-talba insistenti urġenti tiegħu għall-ħelsien immedjat tal-ekx President Mikheil Saakashvili għal raġunijiet umanitarji, speċifikament bil-għan li jfittex trattament mediku barra mill-pajjiż; jenfasizza li l-awtoritajiet awtomaproklamati għandhom responsabbiltà sħiħa u inkontestabbli għall-ħajja, is-saħħa, is-sikurezza u l-benesseri tal-eks President Mikheil Saakashvili u jridu jinżammu għalkollox responsabbli ta’ kwalunkwe ħsara li tiġrilu; jistieden, barra minn hekk, lill-awtoritajiet ta’ Ħolma Georgjana jiżguraw li l-Membri tal-Parlament Ewropew jingħataw aċċess mingħajr xkiel għal Mikheil Saakashvili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u lill-awtoritajiet awtoproklamati tal-Georgia.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>