<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0020</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-eskalazzjoni tal-vjolenza fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0102, 0109, 0125, 0127, 0129 u 0133/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2025 dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (2025/2553(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà f’isem l-UE tal-25 ta’ Jannar 2025 dwar l-aktar eskalazzjoni reċenti fil-Lvant tal-RDK,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 tat-2 ta’ Frar 2025 dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-26 ta’ Jannar 2025 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sessjoni speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-7 ta’ Frar 2025 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikat tal-Kunsill għall-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana tat-28 ta’ Jannar 2025 dwar l-iżviluppi reċenti fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tat-18 ta’ Diċembru 1979,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija tal-15 ta’ Novembru 2023 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2862, 28.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2023/2862/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi f’Jannar 2025, il-grupp tar-ribelli armat M23, appoġġjat mill-forzi Rwandiżi, kompla javvanza fil-Lvant tar-RDK u ħataf il-belt kapitali reġjonali ta’ Goma; billi l-vjolenza bejn il-gruppi ribelli u l-armata Kongoliża żdiedet drastikament, u kkawżat għadd kbir ta’ vittmi ċivili; billi huwa stmat li 3 000 persuna tilfu ħajjithom matul l-offensiva fuq Goma; billi dak iż-żmien madwar 800 000 persuna spostata internament kienu sabu rifuġju f’siti ta’ spostament b’densità kbir ta’ popolazzjoni madwar il-belt;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-M23 ħabbar waqfien mill-ġlied unilaterali li għandu jibda fl-4 ta’ Frar 2025; billi l-ġlied madankollu kompla, l-ajruport ta’ Goma għadu magħluq, it-tagħmir tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru saritlu ħsara u l-aċċess umanitarju għadu limitat; billi hemm rapporti li l-belt tal-minjieri ta’ Nyabibwe f’Kivu ta’ Isfel tinsab f’idejn l-M23; billi l-mexxejja tal-M23 iddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jkomplu javvanzaw fir-RDK; billi l-aħħar avvanzi tal-M23 jimmarkaw eskalazzjoni allarmanti tal-kunflitt devastanti fil-Lvant tar-RDK, ksur tal-integrità territorjali u eskalazzjoni fil-vjolenza, li jwasslu għal kriżi umanitarja mwiegħra, ksur tad-drittijiet tal-bniedem u destabbilizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-reġjun ilu għexieren ta’ snin ibati minn vjolenza ċiklika, li kkawżat kriżi tas-sigurtà u umanitarja; billi wara waqfien mill-ġlied li dam diversi snin, il-ġellieda tal-M23 reġgħu bdew jiġġieldu fi tmiem l-2021; billi l-liġi marzjali ilha fis-seħħ mill-2021 fil-Lvant tar-RDK u l-gvern ċivili ġie sostitwit mill-militar; billi l-forzi tal-M23 espandew il-preżenza tagħhom fil-Lvant tad-DRC, u stabbilew amministrazzjonijiet tal-governanza ġodda u sistemi tat-tassazzjoni ġodda, filwaqt li ħolqu kampijiet tat-taħriġ militari u qed jesportaw il-minerali direttament lejn ir-Rwanda; billi l-konsegwenzi fit-tul tal-ġenoċidju terribbli tar-Rwanda tal-1994 kontra t-Tutsi għadhom qed ikebbsu l-vjolenza, il-mibegħda u l-ispostamenti furzati llum il-ġurnata;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fit-23 u l-24 ta’ Jannar 2025, l-M23 spara fuq pożizzjonijiet tal-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fir-RDK (MONUSCO), u b’riżultat ta’ dan mietu 13-il membru tal-forzi għaż-żamma tal-paċi skjerati mal-MONUSCO u tal-missjoni għaż-żamma tal-paċi mmexxija mill-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC);
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Grupp ta’ Esperti tan-NU kkonkluda fir-rapport tiegħu ta’ Ġunju 2024 li l-iskjerament tal-Forzi tad-Difiża tar-Rwanda (RDF) jikser is-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li l-kontroll u d-direzzjoni de facto tal-Forzi tad-Difiża tar-Rwanda fuq l-operazzjonijiet tal-M23 jagħmlu anki lir-Rwanda responsabbli għall-azzjonijiet tal-M23;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-ħtif ta’ Goma wassal għal spostament sinifikanti ta’ persuni ċivili; billi huwa stmat li 500 000 persuna ġew spostati sa mill-bidu ta’ Jannar 2025; billi eluf ta’ Kongoliżi kienu ħarbu qabel lejn il-belt biex jiskansaw il-vjolenza u kellhom ikomplu jimxu lil hinn mill-kampijiet għal persuni spostati internament għal ġo tined temporanti jew kienu mġiegħla jorqdu fil-beraħ; billi s-sikurezza tal-persuni spostati internament issa hija mhedda serjament, u n-nisa u l-bniet qed ibatu b’mod sproporzjonat;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-viċi kap tal-forza għaż-żamma tal-paċi tan-NU bbażata f’Goma rrapporta dwar l-istupru u l-qtil tal-massa tal-priġunieri nisa fil-ħabs Munzenze ta’ Goma, u huwa stmat li mijiet ta’ nisa ġew stuprati u ħafna ġew maħruqa ħajjin fil-ħabs;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi n-nisa u l-bniet fir-RDK ħabbtu wiċċhom ma’ żieda fil-livelli ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, li jfisser li kull erba’ minuti waħda minnhom tisfa vittma ta’ stupru; billi l-persunal tal-Isptar Panzi f’Bukavu, li jilqa’ ħafna superstiti ta’ vjolenza sesswali, jinsab allarmat dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tiddeterjora fiż-żona u dwar is-sigurtà tal-persunal u tal-pazjenti fl-Isptar Panzi stess;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-ħtif ta’ Goma qanqal protesti vjolenti f’Kinshasa, b’għexieren ta’ dimostranti li attakkaw ambaxxati u talbu lill-komunità internazzjonali twaqqaf l-avvanz tal-M23;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi jeżisti s-sogru li l-kunflitt fir-RDK jinfirex fir-reġjun; billi l-iskjerament ta’ forza għaż-żamma tal-paċi mill-Forzi Reġjonali tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant ġie rtirat fl-2023; billi l-SADC bagħtet missjoni għaż-żamma tal-paċi fir-RDK f’Diċembru 2023 bi truppi mill-Afrika t’Isfel, it-Tanzanija u l-Malawi; billi mill-anqas 20 membru tal-forzi għaż-żamma tal-paċi nqatlu matul l-avvanz tal-M23 lejn Goma; billi fis-6 ta’ Frar 2025, il-Malawi ħabbar l-irtirar tat-truppi tiegħu minn din il-missjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ li r-Rwanda hija attiva fil-kunflitt fil-Lvant tar-RDK, inkluż permezz tal-kontroll de facto tagħha tal-M23, u tipprovdilu armi, appoġġ loġistiku u truppi; billi l-esperti tan-NU jistmaw li hemm bejn 3 000 u 4 000 truppi tar-Rwanda li joperaw mal-M23;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi Kivu ta’ Fuq huwa reġjun għani fir-riżorsi, bi provvisti vasti ta’ materja prima kritika inkluż il-kobalt, id-deheb u l-landa, li huma meħtieġa għat-tranżizzjoni diġitali u enerġetika globali; billi Goma hija ċentru ewlieni tat-trasport u l-kummerċ għall-esportazzjoni tal-minerali; billi n-NU stmat li madwar 120 tunnellata ta’ koltan qed jittieħdu mill-M23 lejn ir-Rwanda kull xahar; billi l-esperti tan-NU jistmaw ukoll li l-M23 huwa ffinanzjat minn madwar EUR 288 000 fix-xahar iġġenerati permezz tal-kontroll tiegħu tal-kummerċ tal-minerali fir-RDK; billi l-gruppi ribelli sikwit jirreklutaw suldati tfal, u dan huwa ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali u tal-umanità;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-investigazzjonijiet tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fir-RDK iffukaw fuq l-allegati delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità mwettqa prinċipalment fil-Lvant tar-RDK, fir-reġjun ta’ Ituri u fil-Provinċji ta’ Kivu ta’ Fuq u Kivu ta’ Isfel, mill-1 ta’ Lulju 2002; billi r-RDK għamlet it-tieni riferiment lill-QKI f’Mejju 2023 dwar allegati delitti mwettqa f’Kivu ta’ Fuq mill-1 ta’ Jannar 2022;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi fit-8 ta' Frar 2025 f'summit konġunt f'Dar es Salaam, it-Tanżanija, il-blokki reġjonali tan-Nofsinhar tal-Afrika, l-SADC, u l-Lvant tal-Afrika, il-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC), sejħet għal waqfien mill-ġlied immedjat u mingħajr kundizzjonijiet, talbet l-irtirar ta' forzi armati barranin mhux mistiedna mit-territorju tar-RDK, ħeġġet lill-partijiet kollha fil-gwerra u fi żmien ħamest ijiem, ħeġġet lill-partijiet kollha fil-gwerra, ftuħ mill-ġdid tal-ajruport ta’ Goma u rotot ewlenin oħra biex tiġi ffaċilitata l-għajnuna umanitarja; billi l-Unjoni Afrikana hija mistennija tindirizza l-kwistjoni f’laqgħa f’Addis Ababa fl-14 ta’ Frar 2025; billi għaddejjin sforzi oħra ta’ medjazzjoni, b’mod partikolari minn Franza, bl-għan li l-atturi kollha jiltaqgħu madwar il-mejda tan-negozjati;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Kunsill Affarijiet Barranin tal-Kunsill tal-UE huwa mistenni jiskambja fehmiet dwar is-sitwazzjoni fir-RDK fl-24 ta’ Frar 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi bejn l-2021 u l-2024, l-UE pprovdiet EUR 260 miljun f’finanzjament lir-Rwanda, u EUR 900 miljun addizzjonali ġew imwiegħda fl-ambitu tal-istrateġija Global Gateway; billi wara l-aktar żviluppi reċenti fil-Lvant tar-RDK, l-UE ddikjarat li kienet lesta ssaħħaħ l-assistenza ta’ emerġenza, b’mod partikolari għall-popolazzjonijiet li għadhom kif ġew spostati f’Goma u l-madwar, u fit-28 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni ħabbret appoġġ umanitarju ġdid għar-RDK, b’ammont inizjali ta’ EUR 60 miljun għall-2025; billi l-UE qed tipprova tintensifika l-preżenza tagħha fir-reġjun, inkluż permezz tal-appoġġ reċenti tagħha għall-programm “Kuritur Ekoloġiku Kivu-Kinshasa” permezz ta’ inizjattiva Global Gateway, li għandha l-għan li tgħin biex jinħoloq kuritur sostenibbli ta’ 2 600 km li jgħaqqad il-Lvant tar-RDK ma’ Kinshasa u mal-Kosta tal-Atlantiku, żona ta’ 540 000 km²;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-UE ffurmat sħubijiet dwar il-materja prima ma’ diversi pajjiżi, inklużi r-RDK, ir-Rwanda u pajjiżi oħra fil-reġjun; billi dawn is-sħubiji jiffukaw, fost affarijiet oħra, fuq li javvanzaw id-diliġenza dovuta u t-traċċabbiltà, il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-materja prima, u l-allinjament ma’ standards ambjentali, soċjali u ta’ governanza internazzjonali; billi l-Parlament, għall-kuntrarju tal-Kunsill, ma ngħatax l-opportunità mill-Kummissjoni li jikkondividi l-valutazzjoni politika tiegħu tad-deċiżjoni li jinnegozja Memorandum ta’ Qbil (MtQ) mar-Rwanda jew li jipprovdi feedback tekniku dwar l-abbozz ta’ MtQ;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-RDK Thérèse Kayikwamba Wagner u r-rebbieħ tal-Premju Nobel Denis Mukwege infurmaw lill-Parlament fil-5 ta’ Frar 2025 dwar l-okkupazzjoni tal-Lvant tar-RDK u l-impatt umanitarju mwiegħer fuq il-popolazzjoni lokali u l-persuni spostati internament;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Kunsill ħatar lil Johan Borgstam bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar fl-1 ta’ Settembru 2024; billi fit-30 ta’ Jannar 2025, id-DAFR organizzat smigħ straordinarju mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE u Bintou Keita, Kap tal-MONUSCO;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi qabel l-iżviluppi reċenti, ir-RDK iffaċċjat waħda mill-akbar kriżijiet ta’ spostament fl-Afrika, b’6,7 miljun persuna spustati internament, inkluż 4,6 miljun f’Kivu t’Isfel u ta’ Fuq; billi r-RDK tospita wkoll aktar minn 520 000 rifuġjat u applikant għall-ażil minn pajjiżi ġirien, filwaqt li 1,1 miljun rifuġjat mir-RDK qed jiġu ospitati f’pajjiżi ġirien fir-reġjun, aktar minn nofshom fl-Uganda; billi ż-żieda reċenti fil-vjolenza rriżultat fi spostament intern ta’ aktar minn nofs miljun persuna sa mill-bidu tas-sena; billi minħabba l-iffullar qawwi fis-siti ta’ spostament fejn għad hemm in-nies u n-nuqqas ta’ infrastruttura tal-ilma, tas-sanità u tal-iġjene, ir-riskju ta’ tifqigħa tal-kolera huwa estremament għoli, flimkien ma’ dak ta’ tixrid rapidu tal-epidemija tal-Mpox;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-okkupazzjoni ta’ Goma u ta’ territorji oħra fil-Lvant tar-RDK mill-M23 u mill-RDF bħala ksur inaċċettabbli tas-sovranità u tal-integrità territorjali tar-RDK; iħeġġeġ lill-Gvern tar-Rwanda biex jirtira t-truppi tiegħu mit-territorju tar-RDK, għax qed jiksru b’mod ċar id-dritt internazzjonali u l-Karta tan-NU, u biex iwaqqaf il-kooperazzjoni mar-ribelli tal-M23; jitlob li r-Rwanda u l-atturi statali potenzjali l-oħra kollha fir-reġjun iwaqqfu l-appoġġ tagħhom għall-M23;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakki indiskriminati b’armi splussivi f’żoni popolati f’Kivu ta’ Fuq mill-partijiet kollha, inkluż fuq kampijiet ta’ nies spostati u żoni oħra b’densità għolja ta’ popolazzjoni qrib Goma, kif ukoll il-qtil illegali, l-istupri u delitti tal-gwerra apparenti oħra, ix-xogħol furzat, ir-reklutaġġ furzat u prattiki abbużivi oħra mwettqa mill-M23 bl-appoġġ tal-RDF u mill-FARDC, il-forzi armati tar-RDK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinsab maħsud ferm bl-użu xokkanti tal-vjolenza sesswali kontra n-nisa u l-bnietbħala għodda ta’ repressjoni u arma tal-gwerra fil-Lvant tar-RDK, kif ukoll bir-reklutaġġ inaċċettabbli ta’ suldati tfal mid-diversi gruppi ribelli; jitlob li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati mill-komunità internazzjonali mingħajr dewmien; itenni bil-qawwa li kwalunkwe attakk kontra l-forzi b’mandat tan-NU ma jistax jiġi skużat u jista’ jitqies bħala delitt tal-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob li tintemm minnufih il-vjolenza, b’mod partikolari l-qtil tal-massa u l-użu tal-istupru bħala arma strateġika tal-gwerra; jistieden lir-RDK u lir-Rwanda jinvestigaw u jipproċessaw fil-qrati kif xieraq lil dawk responsabbli għad-delitti tal-gwerra, inkluża l-vjolenza sesswali, skont il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-kmand;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni umanitarja kritika fil-pajjiż; jitlob il-ftuħ mill-ġdid immedjat tal-ajruport ta’ Goma biex jiġu stabbiliti mill-ġdid l-operazzjonijiet umanitarji u jiddaħħlu l-provvisti permezz tal-ajruport u l-fruntiera tal-art; jappella għall-ħolqien u l-ftuħ immedjat ta’ kurituri umanitarji u għall-partijiet kollha, inkluż il-gruppi armati li joperaw fil-Lvant tar-RDK, biex ikun permess u ffaċilitat aċċess umanitarju sħiħ imsejjes fuq il-ħtiġijiet u l-prinċipji umanitarji, inkluż l-iżgurar li ċ-ċivili u l-persuni spostati ma jiġux imċaħħda mill-aċċess għal oġġetti essenzjali għas-sopravivenza tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li l-ħaddiema umanitarji jeħtiġilhom ikunu jistgħu joperaw b’mod sikur biex jipprovdu assistenza li ssalva l-ħajjiet liċ-ċivili Kongoliżi, u li s-sikurezza tal-faċilitajiet mediċi trid tiġi ppreservata; jisħaq li dan huwa obbligu ċentrali skont id-dritt umanitarju internazzjonali, u li l-awturi li jiksru dawn l-obbligi għandhom jinżammu responsabbli; jissottolinja li r-Rwanda u l-pajjiżi ġirien tagħha għandhom responsabbiltà speċjali li jiffaċilitaw l-aċċess umanitarju għar-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakk fuq l-istituzzjonijiet diplomatiċi tal-UE, l-Istati Membri tagħha u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħall-fondazzjonijiet politiċi f’Kinshasa; jissottolinja li l-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u tal-persunal diplomatiku jeħtiġilha tiġi ggarantita;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta’ koerenza fir-rispons tal-UE għall-kriżijiet fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar u jistieden lill-Kunsill jivvaluta mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-istrateġija mġedda tal-UE għal-Lagi l-Kbar tiegħu; ifakkar li l-UE u r-rappreżentant speċjali tagħha għar-reġjun huma lesti li jgħinu fl-isforzi kollha ta’ medjazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fl-appoġġ umanitarju mwiegħed mill-UE, jinnota li dan għadu ’l bogħod milli jaqdi l-ħtiġijiet bażiċi għall-ikel, l-ilma, l-assistenza medika u l-kenn fil-Lvant tar-RDK, speċjalment fid-dawl tat-terminazzjoni reċenti tal-appoġġ mill-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID); jistieden lill-Kummissjoni u lill-komunità internazzjonali jżidu b’mod sinifikanti l-appoġġ finanzjarju għall-assistenza urġenti u li ssalva l-ħajjiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jiddispjaċih li l-UE naqset, minn meta feġġ mill-ġdid l-M23 bl-appoġġ tar-Rwanda, milli tieħu miżuri xierqa biex tindirizza b’mod suffiċjenti l-kriżi u tagħmel pressjoni effettiva fuq ir-Rwanda biex ittemm l-appoġġ tagħha għall-M23, u li minflok ħadet passi, inkluż l-iffirmar fi Frar 2024 ta’ Memorandum ta’ Qbil dwar ktajjen tal-valur sostenibbli tal-materja prima kritika u d-deċiżjoni li jiżdied l-appoġġ għall-iskjerament tar-Rwanda fil-Mozambique fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF), li naqsu milli juru biżżejjed salvagwardji u kkontribwew biex jintbagħat messaġġ inkonsistenti lill-awtoritajiet tar-Rwanda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jissospendu minnufih il-MtQ bejn l-UE u r-Rwanda dwar ktajjen tal-valur sostenibbli tal-materja prima sakemm ir-Rwanda turi li waqfet tindaħal u waqfet tesporta minerali estratti minn żoni kkontrollati mill-M23; jistieden lill-atturi kollha jżidu t-trasparenza u jipprojbixxu b’mod effettiv id-dħul fl-UE tal-minerali kollha marbuta mat-tixrid tad-demm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-attivazzjoni mill-ġdid futura tal-kooperazzjoni dwar materja prima kritika kundizzjonali fuq li r-Rwanda tingħaqad mal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi, li r-RDK diġà tagħmel parti minnha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-Regolament attwali dwar il-Minerali ta’ Kunflitt<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/821/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jiġi infurzat bil-qawwa u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tar-regoli tal-UE, bl-għan li jiġu żgurati l-ogħla standards ta’ traċċabbiltà u trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li s-sorveljanza parlamentari u l-involviment tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija, fl-iffirmar u l-implimentazzjoni tal-MtQ dwar il-materja prima u l-pjanijiet direzzjonali huma essenzjali għal proċess inklużiv bi skrutinju adegwat, u jridu jsiru parti mill-MtQ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jiffriżaw l-appoġġ baġitarju dirett lir-Rwanda u jagħmluh soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet, min-naħa tar-Rwanda, dwar, fost l-oħrajn, l-aċċess umanitarju u l-qtugħ tar-rabtiet kollha mal-M23; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jiffriżaw l-assistenza militari u ta’ sigurtà tagħhom lill-RDF u lill-parti tal-forzi armati Kongoliżi li jikkollaboraw mar-ribelli tal-M23, sabiex jiġi żgurat li ma jikkontribwux direttament jew indirettament għal operazzjonijiet militari abbużivi fil-Lvant tar-RDK; jappella bil-qawwa, b’mod partikolari, għal rieżami tal-appoġġ imġedded tal-UE fl-ambitu tal-EPF biex jiġi żgurat li t-truppi skjerati fit-Tramuntana tal-Mozambique u li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-EPF, kif ukoll il-kmandanti tagħhom, ikunu ġew eżaminati kif xieraq u ma kinux involuti fil-Lvant tar-RDK jew fi ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, bil-ħsieb li jiġi sospiż l-appoġġ jekk jinstab li jikkontribwixxi direttament jew indirettament għal operazzjonijiet militari abbużivi fil-Lvant tar-RDK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha tal-UE jipprojbixxu t-trasferiment tal-armi lill-forzi tar-Rwanda u lill-M23 u jiżguraw trasparenza akbar fil-kummerċ tal-armi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill jespandi s-sanzjonijiet kontra kmandanti għolja tal-M23, mexxejja ta’ gruppi armati oħra u uffiċjali għolja mill-Kongo u mir-Rwanda – inklużi l-Maġġur Ġenerali Eugene Nkubito, il-Kmandant tat-Tielet Diviżjoni tal-RDF, u l-Maġġur Ġeneral Ruki Karusisi, il-Kmandant tal-Forza Speċjali tal-RDF, identifikati fir-rapport ta’ Ġunju 2024 tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU, u l-Maġġur Ġenerali Emmy K. Ruvusha, Kmandant tal-Forzi tas-Sigurtà tar-Rwanda, identifikat fir-rapport ta’ Ġunju 2023 tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU – u minn pajjiżi oħra fir-reġjun kollu, bħala responsabbli għal abbużi serji reċenti mill-forzi tagħhom jew minn dawk li għalihom għandhom responsabbiltà ta’ kmand, inkella kompliċi f’tali abbużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), lill-Istati Membri u lill-Gvern tar-RDK jieħdu azzjoni immedjata biex jipprevjenu l-vjolenza sesswali u jtejbu l-kura għas-superstiti, inkluż billi jadattaw il-qafas legali nazzjonali biex jiggarantixxu l-aċċess għall-kura medika f’każ ta’ abort; Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet tas-saħħa tan-nisa tqal, b’mod partikolari dawk li jiġu spostati u li ma jintlaħqux mill-appoġġ mediku; jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jkomplu jagħtu prijorità għall-għoti tal-appoġġ umanitarju għan-nisa u l-bniet fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Calls on the Commission to continue supporting anti-corruption efforts and the strengthening of governance in the DRC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Commends the Prosecutor of the ICC’s announcement that the ICC will continue to investigate alleged crimes committed by any person, irrespective of affiliation or nationality; reiterates the EU’s unwavering support for the ICC and calls on the Council and Commission to fulfil their obligations to ensure the functioning and effectiveness of the ICC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-MONUSCO fil-protezzjoni taċ-ċivili u fl-istabbilizzazzjoni tar-reġjun; iħeġġeġ lill-UE tikkoopera ma’ atturi oħra fuq il-post, b’mod partikolari Monusco, biex tiżgura l-protezzjoni taċ-ċivili fil-Lvant tar-RDK; jistieden lin-NU taħdem favur mandat aktar b’saħħtu għall-MONUSCO sabiex jingħata lok għaż-żamma tal-paċi; jistieden lin-NU jiżguraw il-protezzjoni taċ-ċivili u r-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali, b’mod partikolari biż-żieda fir-riskju ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, u jippreservaw is-sikurezza tal-persunal umanitarju, tal-ħaddiema tas-saħħa u tal-faċilitajiet mediċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lin-NU jieħdu miżuri immedjati u speċifiċi biex jipproteġu l-Isptar Panzi, lill-pazjenti u lill-persunal tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>wara li kkunsidra s-sessjoni speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-7 ta’ Frar 2025 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, supports the establishment of an independent commission of inquiry into serious violations committed since January 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu tad-diskors ta’ mibegħda u l-ksenofobija, kif ukoll il-politika bbażata fuq l-etniċità; jissottolinja li dawk kollha li sostnew il-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK jeħtieġ jinżammu responsabbli ta’ għemilhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-konsegwenzi tal-indħil Russu fil-kunflitt u b’mod aktar wiesa’ fir-reġjun; jikkundanna b’mod partikolari l-isforzi mir-Russja biex trawwem sentimenti kontra l-Punent permezz tat-tixrid ta’ aħbarijiet foloz dwar l-atturi tal-Punent fuq il-media soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Expresses its concern about the increasing presence of Chinese actors in the mining sector of the DRC and the region acting without respect for economic and social responsibilities, and recalls that European industries and companies in the region will only have long-term security of supply if a long-lasting and peaceful solution to the conflict is found;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifakkar li huwa biss approċċ inklużiv u reġjonali li se jkun jista’ jindirizza l-problemi multidimensjonali li ilhom jeżistu fir-reġjun; jilqa’ b’sodisfazzjon kbir is-summit konġunt tal-SADC u l-EAC dwar il-paċi f’Dar es Salaam fit-8 ta’ Frar 2025; itenni, f’dan ir-rigward, l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-proċessi ta’ Luanda u ta’ Nairobi u jistieden lill-pajjiżi kollha tal-Lagi l-Kbar, b’mod partikolari r-RDK u r-Rwanda, jagħmlu b’urġenza negozjati f’dawn l-oqfsa; jenfasizza li kwalunkwe soluzzjoni trid tindirizza wkoll il-kawżi ewlenin tal-kunflitt, inkluż, iżda mhux biss, it-traffikar illeċitu ta’ riżorsi naturali; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw bis-sħiħ l-inizjattivi nazzjonali u reġjonali, bħall-inizjattiva tal-knejjes kattoliċi u protestanti Kongoliżi u l-Proċess ta’ Luanda; jissottolinja li l-organizzazzjonijiet reġjonali, bħall-Unjoni Afrikana, l-SADC u l-EAC, jeħtieġ li jkollhom rwol ċentrali f’dawn l-isforzi kollha; jissottolinja wkoll li soluzzjoni dejjiema tirrikjedi riforma tas-settur tas-sigurtà tar-RDK, b’armata u amministrazzjoni tar-RDK organizzati aħjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-komunità internazzjonali u lill-atturi kollha involuti jużaw il-ftehim qafas ta’ Addis Ababa u jorganizzaw konferenza internazzjonali għall-paċi fil-Lvant tal-Kongo u fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar; jisħaq li din il-konferenza “Kummerċ għall-Paċi” se jkollha l-karatteristika unika li jkollha lis-settur privat madwar il-mejda tan-negozjati għall-paċi, peress li l-gwerra hija dwar minerali strateġiċi; jissottolinja li n-negozjanti jista’ jkollhom ingranaġġ sinifikanti biex iħeġġu lill-pajjiżi tagħhom jaġixxu għall-paċi; jemmen li l-approċċ tan-negozju għall-paċi jista’ jgħinna nimxu ’l quddiem biex tinstab soluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jitlob li l-Kampjonati tad-Dinja taċ-Ċikliżmu fit-Toroq tal-Unjoni Internazzjonali taċ-Ċikliżmu tal-2025 f’Kigali jiġu mħassra jekk ir-Rwanda ma tibdilx ir-rotta li qabdet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Rwanda, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, lill-Unjoni Afrikana u lil korpi internazzjonali rilevanti oħra.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>