<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0021</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Adam Bielan</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0015/2025 - Rapporteur: Dainius Žalimas)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Adam Bielan (2024/2045(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Adam Bielan, datata l-5 ta’ Lulju 2024 u ppreżentata mill-Qorti Distrettwali għal Warsaw-Śródmieście, id-Diviżjoni Kriminali V, b’rabta mal-proċedimenti kriminali mressqa kontrih permezz ta’ att ta’ akkuża privat ippreżentat mir-rappreżentant legali tal-akkużaturi privati, u mħabbar fis-seduta plenarja fis-16 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Adam Bielan fit-23 ta’ Jannar 2025, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u wara li kkunsidra d-dokument ippreżentat minnu matul is-seduta ta’ smigħ,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra vs De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs il-Parlament</STRING>, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, <STRING ITALIC="on">Puigdemont i Casamajó u Oħrajn vs il-Parlament</STRING>, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0015/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fil-5 ta’ Lulju 2024, id-Diviżjoni Kriminali V tal-Qorti Distrettwali għal Warsaw-Śródmieście fil-Polonja bagħtet talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Adam Bielan, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Polonja, ippreżentata lilha minn parti privata abbażi ta’ ċerti dikjarazzjonijiet magħmula minn Adam Bielan matul intervista bir-radju mxandra fl-10 ta’ Marzu 2023; billi skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, kwalunkwe talba għat-tneħħija tal-immunità trid titressaq minn “awtorità kompetenti ta’ Stat Membru” u skont l-Artikolu 9(12) għandha tintbagħat mill-awtoritajiet ġudizzjarji, peress li ż-żewġ kunċetti mhumiex identiċi; billi f’każijiet fejn skont il-liġi Pollakka jitressaq att ta’ akkuża privat li fih ma jkunx qed jipparteċipa prosekutur pubbliku, l-awtorità kompetenti biex tittrażmetti talba minn parti privata għat-tneħħija tal-immunità hija l-qorti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità saret b’rabta ma’ proċedimenti kriminali mibdija kontra Adam Bielan dwar malafama, reat skont l-Artikolu 212(1) u (2) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-allegati dikjarazzjonijiet malafamanti saru minn Adam Bielan matul intervista għal programm mill-istazzjon tar-radju RMF FM, li xxandar fil-Polonja fl-10 ta’ Marzu 2023, b’rabta mal-operat u l-ġestjoni taċ-Ċentru Nazzjonali Pollakk għar-Riċerka u l-Iżvilupp, li huwa aġenzija eżekuttiva tal-Ministeru Pollakk tax-Xjenza u l-Edukazzjoni Għolja; billi l-aġenzija hija ssorveljata mill-Ministru tal-Fondi għall-Iżvilupp u l-Politika Reġjonali u wieħed mill-kompiti ewlenin tagħha huwa li talloka finanzjament pubbliku għall-proġetti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi skont l-abbozz ta’ att ta’ akkuża privat, Adam Bielan allegatament għamel id-dikjarazzjonijiet malafamanti bl-intenzjoni li jagħmel ħsara lir-reputazzjoni pubblika ta’ żewġ individwi u kumpanija, li għandha l-kwartieri ġenerali f’Varsavja, u li x’aktarx iwassal għat-telf tal-fiduċja meħtieġa li tingħata lilhom biex iwettqu r-rwoli u l-attivitajiet rispettivi tagħhom, filwaqt li għamel kalunji fil-konfront tagħhom permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni tal-massa, reat li jista’ jwassal li jkun is-soġġett ta’ prosekuzzjoni b’mod privat skont l-Artikolu 212(4) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti legali relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi Adam Bielan ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej fl-2019 u kien Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien tal-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi dikjarazzjoni magħmula minn Membru barra mill-preċinti tal-Parlament tista’ tikkostitwixxi opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, meta jkun fiha valutazzjoni suġġettiva li jkollha rabta diretta u evidenti mal-qadi tad-dmirijiet parlamentari ta’ dak il-Membru; billi jekk dan huwiex il-każ jew le jrid għalhekk jiġi determinat mill-karattru u l-kontenut tad-dikjarazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi f’dan l-isfond, fid-dawl taċ-ċirkostanzi deskritti fit-talba għat-tneħħija tal-immunità, il-kuntest u l-kontenut tal-allegati dikjarazzjonijiet malafamanti magħmula minn Adam Bielan, ma jidhirx li teżisti rabta diretta u ovvja bejn dawk id-dikjarazzjonijiet u l-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-azzjonijiet allegati ma jikkostitwixxux opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Adam Bielan fil-qadi ta’ dmirijietu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi skont l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni Pollakka, mill-jum li fih jitħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet sal-iskadenza tal-mandat tiegħu, Deputat ma għandux ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr l-approvazzjoni tas-<STRING ITALIC="on">Sejm</STRING> (il-kamra inferjuri tal-parlament) u lanqas ma għandu jiġi detenut jew arrestat mingħajr l-approvazzjoni tas-<STRING ITALIC="on">Sejm</STRING>, għajr għal każijiet meta jkun inqabad <STRING ITALIC="on">in flagrante delicto</STRING> u fejn id-detenzjoni tiegħu tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-andament xieraq tal-proċedimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma setax jikkonstata l-eżistenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti legali inkwistjoni kellhom l-intenzjoni li jimminaw l-attività politika tal-Membru bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois vs il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Adam Bielan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Polonja u lil Adam Bielan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>