<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0024</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ħatra ta’ membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0025/2025 - Rapporteur: Aurore Lalucq)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2025 dwar il-proposta għall-ħatra ta’ membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (N10-0005/2025 – C10-0031/2025 – 2025/0902(NLE))</STRING></TI><NOTE>(Approvazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-19 ta’ Frar 2025 għall-ħatra ta’ Slavka Eley bħala Membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (C10‑0031/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/806/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P8_TA(2019)0211.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2020)0017.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 135 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0025/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-membri tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarji kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-banek;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Parlament huwa impenjat li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fl-ogħla pożizzjonijiet fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fil-15 ta’ Jannar 2025 il-Kummissjoni adottat lista mqassra għall-kariga ta’ Membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni pprovdiet il-lista mqassra lill-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, fid-19 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni adottat proposta biex Slavka Eley tinħatar bħala Membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidata proposta għall-funzjonijiet ta’ Membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, fit-3 ta’ Marzu 2025, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta’ smigħ ma’ Slavka Eley, li fiha hija għamlet stqarrija preliminari u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta’ Slavka Eley bħala Membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għal perjodu ta’ ħames snin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>