<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0027</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-Fond Soċjali Ewropew Plus wara l-2027</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0014/2025 - Rapporteur: Marit Maij)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2025 dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus wara l-2027 (2024/2077(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 46(d), 149, 153(2)(a), 164, 175 u 349 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/3236 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1057 u (UE) 2021/1058 rigward l-Appoġġ Reġjonali ta’ Emerġenza għar-Rikostruzzjoni (RESTORE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3236, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3236/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD), li daħlet fis-seħħ fil-21 ta’ Jannar 2011 b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 23, 27/01/2010, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/48(1)/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat u ffirmat mill-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ La Hulpe dwar il-futur tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ffirmata mill-Parlament, il-Kummissjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kunsill fis-16 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Liège tal-5 ta’ Marzu 2024 bit-titlu “Akkomodazzjoni affordabbli, deċenti u sostenibbli għal kulħadd”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 dwar id-9 Rapport ta’ Koeżjoni (COM(2024)0149),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 bit-titlu “Nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE: pjan ta’ azzjoni”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2021 dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 93, 19.3.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2021 bit-titlu “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM(2021)0102) u l-miri ewlenin proposti tagħha għall-2030 dwar l-impjiegi, it-taħriġ u t-tnaqqis tal-faqar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ottubru 2020 intitolata “Unjoni tal-Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni (COM(2020)0620),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-prestazzjoni tal-baġit għas-snin 2019 u 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar il-ħolqien tal-impjiegi – it-tranżizzjoni ġusta u l-investimenti b’impatt<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4224, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4224/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2023 bit-titlu “It-tfal jiġu l-ewwel - insaħħu l-Garanzija għat-Tfal, sentejn wara l-adozzjoni tagħha”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4212, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4212/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2022 bit-titlu “Lejn drittijiet ugwali għall-persuni b’diżabilità”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021 dwar il-Garanzija Ewropea għat-Tfal<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 506, 15.12.2021, p. 94.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2021 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, b’enfasi partikolari fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 17.11.2021, p. 62.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 145.</FIELD></FOOTNOTE>.
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 208.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-indirizzar tar-rati ta’ persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 425, 20.10.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2020 dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 395, 29.9.2021, p. 101.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 bit-titlu “Lejn azzjoni Ewropea komuni dwar il-kura”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 362, 8.9.2021, p. 8.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tal-10 ta’ April 2024 bit-titlu “Much more than a market” (Ħafna aktar minn suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A10-0014/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) jappoġġja, jikkomplementa u jżid il-valur tal-politiki tal-Istati Membri sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs, aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u ta’ kwalità għolja, protezzjoni soċjali u inklużjoni; li b’mod partikolari jiffokaw fuq edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità u inklużivi, tagħlim tul il-ħajja, investiment fit-tfal u ż-żgħażagħ u aċċess għas-servizzi bażiċi.
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-FSE+ huwa l-uniku fond tal-UE li jiffoka primarjament fuq il-politiki soċjali, u għalhekk huwa uniku fih innifsu u huwa estremament effettiv u meħtieġ sabiex tinkiseb l-inklużjoni soċjali, flimkien mal-politika ta’ koeżjoni; billi l-FSE+ irid jintuża bl-aktar mod effiċjenti sabiex jinkisbu bidliet sistemiċi permezz ta’ riformi strutturali, b’enfasi fuq il-komplementarjetà tiegħu mal-baġits tal-Istati Membri sabiex l-Istati Membri jiġu motivati jużaw il-fond għal dawn ir-riformi, minkejja li huwa kruċjali wkoll li jiġu żviluppati politiki soċjali aktar olistiċi fil-livell tal-UE biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi u l-esklużjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u, b’mod partikolari, il-FSE+, huma għodod b’saħħithom għall-koeżjoni bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u ż-żoni, inklużi ż-żoni urbani u rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet ta’ kull reġjun fl-UE huma differenti; billi l-komunitajiet lokali huma l-benefiċjarji diretti tal-FSE+ u hija prekundizzjoni li l-partijiet interessati reġjonali u lokali jkunu involuti direttament fit-tfassil ta’ dan l-istrument; billi l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità huwa għodda li jippremetti l-involviment taċ-ċittadini fil-livell lokali fl-iżvilupp ta’ reazzjonijiet għall-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi ffaċċjati llum u għalhekk huwa għodda importanti biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-FSE+; billi l-implimentazzjoni tal-FSE+ fil-livell nazzjonali spiss tkun akkumpanjata minn piżijiet amministrattivi bla bżonn u regoli kkumplikati jew ineffettivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi persuni differenti f’sitwazzjonijiet vulnerabbli għandhom ħtiġijiet differenti, bħal tfal, familji b’ġenitur wieħed u familji kbar, nisa fil-faqar, persuni qiegħda u dawk f’impjiegi prekarji, migranti, migranti tax-xogħol u vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, persuni b’diżabilità, żgħażagħ u anzjani, persuni mingħajr dar u Rom; billi t-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika hija meħtieġa ħafna u ġġib magħha ħafna opportunitajiet iżda wkoll sfidi għal kulħadd, bħad-distakk fil-ħiliet diġitali u d-distakk diġitali bejn il-ġeneri, u l-ħtieġa li l-forza tax-xogħol titħarreġ mill-ġdid, u billi biex tirnexxi f’dan l-isforz, l-UE jeħtiġilha tiżgura tranżizzjoni ġusta li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura; billi fl-Unjoni Ewropea hemm persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli fl-UE li jitħallew fil-marġini tal-politiki soċjali u l-programmi ffinanzjati mill-FSE+; billi huma meħtieġa sforzi straordinarji u bidliet strutturali biex jintlaħqu l-persuni kollha f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u biex jiġi evitat li jiżdied in-numru ta’ nies f’tali sitwazzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi madwar 100 miljun persuna fl-UE għandhom xi forma ta’ diżabilità; billi nofs biss il-persuni b’diżabilità huma impjegati; billi 28,8 % tal-persuni b’diżabilità huma f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Disability_statistics_-_poverty_and_income_inequalities</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-persuni b’diżabilità li jgħixu fl-UE għadhom jiffaċċjaw forom multipli u intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni fl-oqsma kollha ta’ ħajjithom, inkluż ir-rifjut ta’ akkomodazzjoni deċenti; billi l-persuni b’diżabilità huma intitolati li jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom fuq bażi ugwali u huma intitolati għal parteċipazzjoni sħiħa u effettiva fl-oqsma kollha tal-ħajja u tas-soċjetà;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi 22,3 % tan-nisa jgħixu fil-faqar, meta mqabbla ma’ 20,3 % tal-irġiel, u billi n-nisa jibqgħu aktar affettwati mill-faqar u r-riskju ta’ esklużjoni soċjali mill-irġiel<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Gender_pay_gap_statistics.</FIELD></FOOTNOTE>; billi n-nisa fl-UE jaqilgħu medja ta’ 12,7 % inqas mill-irġiel u din id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa matul għexieren ta’ snin irriżultat f’differenza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri ta’ 29,5 %, li toħloq livell inugwali ta’ indipendenza ekonomika bejn in-nisa u l-irġiel anzjani; billi kważi nofs l-ommijiet waħedhom jgħixu fil-faqar jew jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi fl-2023, 94,6 miljun persuna fl-UE, madwar 21,4 % tal-popolazzjoni, kienu qed jgħixu f’unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, b’rata ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali ta’ 24,8 % għall-UE-27<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Living_conditions_in_Europe_-_poverty_and_social_exclusion</FIELD></FOOTNOTE>: billi fl-2020, madwar 14 % tal-unitajiet domestiċi bit-tfal (7,8 miljun unità domestika) kienu jikkonsistu f’ġenituri waħedhom; billi kważi nofs (48 %) l-ommijiet waħedhom u terz (32 %) tal-missirijiet waħedhom jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/edn-20210601-2</FIELD></FOOTNOTE>; billi kważi wild minn kull erbgħa fl-UE kollha huwa għaldaqstant f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali; billi r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE hija ta’ kważi 15 %; billi l-fatt li wieħed ikun qiegħed, b’mod partikolari żagħżugħ, jista’ jwassal għal problemi finanzjarji, kif ukoll għal iżolament soċjali, problemi ta’ saħħa mentali u anqas kuntentizza;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi ż-żieda ġenerali fl-istennija tal-għomor u fit-tixjiħ demografiku fl-Ewropa qed tiġġenera domanda dejjem akbar għall-kura fil-gruppi ta’ etajiet kollha; billi 80 % tal-kura fit-tul hija pprovduta minn persuni li jindokraw b’mod informali, fil-biċċa l-kbira nisa; billi s-settur tal-kura qed jiffaċċja nuqqas dejjem akbar ta’ ħaddiema fl-Istati Membri kollha; billi l-istrateġija Ewropea għall-kura għandha l-għan li tiżgura servizzi ta’ kura ta’ kwalità, affordabbli u aċċessibbli b’kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-persuni li jindokraw fl-UE kollha; billi l-programmi, il-proġetti u l-azzjonijiet li jippromwovu t-tixjiħ attiv u r-rabtiet interġenerazzjonali huma appoġġjati permezz tal-FSE+; billi l-FSE+ huwa l-istrument ewlieni ta’ finanzjament tal-UE li jappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-regoli għall-UE kollha relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindokraw;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi d-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta’ akkomodazzjoni deċenti qed jonqsu; billi l-akkomodazzjoni hija primarjament kompetenza tal-Istati Membri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; billi r-raġunijiet wara s-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni attwali jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, bħal-liberalizzazzjoni eċċessiva tas-suq, l-ispekulazzjoni tal-proprjetà immobbli, il-kirjiet għal żmien qasir mhux regolati, it-tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist tal-persuni fil-faqar u n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni soċjali u pubblika, u jikkostitwixxu waħda mill-isfidi ewlenin attwalment iffaċċjati mill-Ewropej billi għad fadlilna sew biex nilħqu l-mira li neliminaw il-fenomenu tal-persuni mingħajr dar sal-2030; billi l-UE se jkollha l-ewwel Kummissarju tagħha għall-indirizzar tal-kriżijiet tal-akkomodazzjoni, u l-ewwel pjan Ewropew għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli huwa mistenni fl-2025; billi dan il-pjan għandu jkopri b’mod speċifiku l-problema tat-tfal mingħajr dar; billi tali proposti, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jeħtieġ li jimxu id f’id ma’ miżuri nazzjonali sabiex jittejjeb l-aċċess għal akkomodazzjoni sostenibbli u affordabbli u l-kwalità tal-ħajja ta’ kuljum, bħal miżuri li jikkonċernaw kirjiet għal soġġorn qasir jew interventi oħra tas-suq f’żoni bi stress għoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi wild minn kull erbgħa għadu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/w/ddn-20240719-1</FIELD></FOOTNOTE>, u billi t-tendenza attwali mhux se tilħaq il-mira li jitnaqqas l-għadd ta’ tfal fil-faqar b’mill-inqas ħames miljuni sal-2030; billi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal għandha l-għan li tipprevjeni u tiġġieled il-faqar tat-tfal u l-esklużjoni soċjali tat-tfal fil-bżonn ,billi tiggarantixxi aċċess effettiv u mingħajr ħlas għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità għolja, għall-edukazzjoni, għall-attivitajiet skolastiċi, għal tal-anqas ikla sustanzjuża waħda b’xejn għal kull jum ta’ skola, kif ukoll kura tas-saħħa, u aċċess effettiv għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa u akkomodazzjoni adegwata; billi l-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni għad-Drittijiet Soċjali u l-Ħiliet, Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza hija responsabbli għat-tisħiħ tal-Garanzija għat-Tfal; billi r-riżorsi tal-FSE+ waħedhom mhumiex biżżejjed biex tiġi indirizzata l-isfida tal-faqar fost it-tfal fl-UE u, għalhekk, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata b’mod urġenti mill-Istati Membri bħala kwistjoni ta’ prijorità u l-iskambju u l-koordinazzjoni tal-aħjar prattiki għandhom jissaħħu, filwaqt li jiġu kkomplementati mill-FSE+ fil-livell tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tal-migranti. inklużi l-migranti tax-xogħol, ir-rifuġjati u l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, għandha tittejjeb sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu inklużi fis-soċjetajiet tagħna; billi l-inklużjoni b’suċċess tirrikjedi mhux biss aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, iżda wkoll parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà; billi għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-migranti li ġejjin minn pajjiżi mhux tal-UE u lill-migranti mingħajr dokumenti; billi fondi differenti tal-UE, inklużi l-FSE+ u l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, jaqdu r-rwol tagħhom stess f’dan ir-rigward;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-popolazzjoni tal-UE qed tonqos; billi f’xi reġjuni qed isseħħ depopolazzjoni u hemm konċentrazzjoni dejjem akbar tal-popolazzjoni f’ċerti żoni urbani; billi għandhom isiru sforzi biex jiżdiedu l-iżvilupp u l-koeżjoni f’dawn iż-żoni; billi l-bidliet demografiċi se jwasslu għal forza tax-xogħol iżgħar, li tirrikjedi t-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u l-espansjoni tal-forza tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-rapport dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea minn Mario Draghi jwissi dwar id-diskrepanza sinifikanti fil-ħiliet li qed tiffaċċja l-UE: 77 % tal-kumpaniji tal-UE jirrapportaw li anke l-impjegati reklutati ġodda ma għandhomx il-ħiliet meħtieġa u 42 % tal-Ewropej ma għandhomx ħiliet bażiċi diġitali; billi r-rapport jiddeplora l-għadd insuffiċjenti ta’ ħaddiema li jibbenefikaw minn taħriġ u n-nuqqas ta’ progress f’dan il-qasam, u li hemm aktar minn 50 miljun ħaddiem li jirrikjedu taħriġ biex tintlaħaq il-mira ewlenija tal-adulti li jipparteċipaw fit-taħriġ kull sena; billi professjonisti mħarrġa b’mod vokazzjonali u persuni b’ħiliet prattiċi huma essenzjali għas-soċjetajiet Ewropej; billi t-tisħiħ ulterjuri tal-kompetittività Ewropea ma jistax jinkiseb mingħajr ma jissaħħaħ il-kapital uman; billi l-investimenti f’waqthom fit-taħriġ mill-ġdid u fit-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema li huma f’riskju li jitilfu xogħolhom jew li l-ħiliet tagħhom ma għadhomx utli jistgħu, fost oħrajn, jimpedixxu li dawn jibqgħu intrappolati f’kundizzjonijiet ta’ faqar;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi għandha tingħata attenzjoni partikolari, inklużi miżuri speċifiċi mmirati lejn il-ħtiġijiet fuq il-post fejn rilevanti, liż-żoni rurali, liż-żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, lir-reġjuni ultraperiferiċi u lir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali, ekonomiċi jew demografiċi severi u permanenti, bħar-reġjuni skarsament popolati, il-gżejjer, iż-żoni muntanjużi u r-reġjuni transfruntiera;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Kummissjoni pproponiet miri minimi għall-2030 biex tiżgura progress favur l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom fl-ambitu tal-pjan ta’ 10 snin ta’ appoġġ għar-Rom fl-UE; billi dawn il-miri jinkludu, fost l-oħrajn, it-tnaqqis b’mill-anqas terz tad-differenza fil-privazzjoni ta’ akkomodazzjoni, it-tnaqqis b’mill-anqas nofs tal-proporzjon ta’ tfal Rom li jattendu skejjel primarji segregati fl-Istati Membri b’popolazzjoni Rom sinifikanti, u t-tnaqqis b’mill-anqas nofs l-ispariġġ tal-faqar bejn ir-Rom u l-popolazzjoni ġenerali; billi l-FSE+ se jibqa’ l-għodda finanzjarja ewlenija biex jintlaħqu l-miri tar-Rom għall-2030;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prinċipji tal-FSE+ wara l-2027</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinsisti li l-FSE+ irid ikompli jkun l-istrument ewlieni u primarju li jappoġġja lill-Istati Membri, lir-reġjuni, lill-komunitajiet lokali u lin-nies fit-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni u fil-ksib ta’ żvilupp soċjoekonomiku li ma jħalli lil ħadd jibqa’ lura
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li l-FSE+ irid jindirizza, jikkontribwixxi u jadatta għall-indirizzar ta’ sfidi soċjali bħall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u d-diġitalizzazzjoni, hekk kif jindirizza sfidi soċjali bħall-għoli tal-ħajja u pagi li ma jogħlewx bl-istess ritmu, jippromwovi r-reżiljenza soċjali, inaqqas l-inugwaljanzi, u jipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli; jinsisti li l-FSE+ għandu jixpruna l-investiment fit-tul u t-tkabbir, filwaqt li jiffoka fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, jappoġġja t-trasformazzjoni strutturali fl-UE kollha u jsaħħaħ il-konverġenza bejn l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>itJinsisti li l-FSE+ irid ikompli jsaħħaħ il-konveġernza soċjali ’l fuq, speċjalment għall-persuni l-aktar fil-bżonn, u jinvesti fil-kapital uman, fl-impjiegi, fl-iżvilupp tal-ħiliet u fl-inklużjoni soċjali, filwaqt li jsaħħaħ u l-intraprenditorija u l-innovazzjoni soċjali, jinvesti fit-tfal, jindirizza t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, l-isfidi demografiċi u r-reġjuni milquta minn kriżijiet bħal, fost oħrajn il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinsisti li l-FSE+ irid ikompli jtejjeb l-opportunitajiet ta’ impjieg, jiffaċilita l-mobbiltà ekwa tax-xogħol, irawwem il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, jiżgura kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol u jtejjeb ir-rata ta’ parteċipazzjoni fl-impjieg, b’mod partikolari tan-nisa, persuni b’diżabilità u persuni oħra f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, biex itejjeb ir-reżiljenza soċjali u ekonomika, u b’hekk jgħin fl-adattament għall-bidliet industrijali permezz tat-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li l-FSE+ ikun ibbażat fuq strateġija ta’ investiment soċjali u approċċ tul il-ħajja permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ li jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet fuq terminu medju sa twil għan-nies;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinsisti li l-objettivi tal-FSE+ għandhom ikunu li jinkisbu l-inklużjoni soċjali, livelli għolja ta’ impjieg b’impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità għolja, pagi adegwati, kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol, ambjenti tax-xogħol tajbin għas-saħħa, sistemi tas-sigurtà soċjali ekwi fl-Istati Membri, kif ukoll edukazzjoni vokazzjonali u opportunitajiet ta’ taħriġ, u tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, lfilwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi ta’ persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, sabiex jiġu żviluppati forza tax-xogħol kwalifikata, kompetittiva u reżiljenti lesta għat-tranżizzjoni doppja u għad-dinja tax-xogħol futura, u sabiex jinħolqu protezzjonijiet soċjali ekwi u soċjetajiet inklużivi u koeżivi, bl-għan li jinqered il-faqar, jiġu miġġielda l-inugwaljanzi u jitwettqu l-prinċipji u l-miri ewlenin stabbiliti fl-EPSR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappella għal FSE+ b’saħħtu, imsaħħaħ u separat b’ żieda sinifikanti fl-appoġġ pubbliku għall-istrumenti fl-Istati Membri bl-għan li jiġu megħjuna persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u dawk l-aktar fil-bżonn fis-soċjetajiet tagħna, isir investiment fin-nies u fil-ħiliet, tingħata għajnuna biex in-nies jinħarġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali, u tingħata spinta lill-investiment soċjali u lill-intraprenditorija soċjali; jinsisti, għalhekk, li l-kisba tal-objettivi tal-FSE+ wara l-2027 tkun teħtieġ żieda importanti u sostanzjata fil-baġit tal-FSE+ fil-pakkett finanzjarju tal-FSE+ għall-perjodu 2028-2034;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi finanzjament akbar, speċifiku u allokat b’mod adegwat biex jintlaħqu l-objettivi tal-FSE+, u dawk tal-EPSR, il-pjan ta’ azzjoni u l-miri ewlenin tiegħu; jesprimi tħassib, għalhekk, dwar tentattivi biex l-FSE+ eżistenti jinqasam jew jiġi amalgamat ma’ fondi oħra, peress li dan jista’ joħloq riskji serji għall-implimentazzjoni tal-objettivi tiegħu u dawk tal-EPSR, il-pjan ta’ azzjoni u l-miri ewlenin tiegħu; iwissi li l-unifikazzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni, iċ-ċentralizzazzjoni jew l-amalgamazzjoni tal-fondi jistgħu ma jtejbux l-effikaċja tagħhom; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li kwalunkwe tfassil mill-ġdid possibbli tal-fond irid jippreserva l-effikaċja u l-iskop tal-FSE+ billi jaqdi l-objettivi tal-promozzjoni tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet, u jrid jiġi ġestit kemm jista’ jkun qrib il-benefiċjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jemmen li l-FSE+ għandu jibqa’ fil-mudell ta’ governanza b’ġestjoni kondiviża u għalhekk irid jiġi evitat li governanza diversa tal-FSE+ twassal għat-telf tal-prijorità mogħtija lill-aspetti soċjali, inklużi l-proġetti relatati mal-impjiegi, l-edukazzjoni, il-ħiliet, it-taħriġ u l-inklużjoni soċjali, għall-possibbiltà tat-telf tal-enfasi, u għan-nuqqas ta’ ilħuq tal-finanzjament għal-livelli lokali u għal dawk l-aktar fil-bżonn, filwaqt li twassal għal żieda fir-riskju ta’ riallokazzjoni tal-fondi għal skopijiet oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-parteċipazzjoni, l-għoti ta’ informazzjoni u l-konsultazzjoni tas-sħab soċjali, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fosthom is-servizzi soċjali mingħajr skop ta’ qligħ, l-intrapriżi soċjali, il-fornituri fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u r-rappreżentanti tal-gruppi fil-mira fl-istadji tat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FSE+, jallokaw finanzjament adegwat għal dan l-għan u jipprevjenu l-esklużjoni ta’ atturi iżgħar; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju tas-sħubija fil-livell tal-UE, peress li dan huwa essenzjali għas-suċċess tal-FSE+ u jrid jinżamm fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss; jistieden lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu involuti fil-kumitat tal-FSE+, peress li huma s-sħab ewlenin inkarigati mill-implimentazzjoni tal-fond;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-mudell ta’ governanza tal-FSE+ jippermetti, filwaqt li jżomm livell għoli ta’ trasparenza, li l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi nazzjonali, reġjonali u lokali jiġu riflessi sew fil-programmi operazzjonali, mhux l-anqas billi jitqies l-għarfien espert tal-partijiet ikkonċernati nazzjonali u reġjonali, inkluża s-soċjetà ċivili, u billi jiġi żgurat li l-finanzjament imur għal organizzazzjonijiet u attivitajiet li huma mmirati lejn il-persuni fil-bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li d-disponibbiltà u l-aċċess universali għal servizzi pubbliċi bla ħlas u ta’ kwalità bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, l-edukazzjoni, is-saħħa, kif ukoll l-aċċess għal akkomodazzjoni adegwata, affordabbli u deċenti u servizzi essenzjali bħall-enerġija affordabbli, is-sanità, l-ilma u n-nutrizzjoni tajba għas-saħħa huma kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs, jittejbu l-livelli ta’ impjieg, jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jissottolinja r-rwol li l-FSE+ jista’ jkollu f’dan ir-rigward; jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għas-sitwazzjoni ta’ persuni aktar anzjani li, minħabba ż-żieda fl-għoli tal-ħajja u t-tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist tal-pensjonijiet tagħhom, qed jgħixu fil-faqar serju jew jinsabu f’riskju ta’ tali sitwazzjoni, li ta’ spiss twassal għal privazzjoni tal-ħtiġijiet bażiċi, bħall-ikel, l-akkomodazzjoni, u l-aċċess għall-faċilitajiet tal-kura, bil-konsegwenza tat-telf tad-dinjità soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-programm attwali tal-FSE+ ġie adottat qabel it-tfaċċar ta’ kriżijiet li wasslu għal inflazzjoni għolja u żieda fl-għoli tal-ħajja, u għalhekk jeħtieġ investiment pubbliku u soċjali ogħla peress li l-FSE+ eżistenti ma jistax jissodisfa l-ħtiġijiet attwali; jistieden lill-Kummissjoni, għahekk, tiżgura li jiġi garantit baġit komprensiv, stabbli u fuq skala kbira bbażat fuq il-ħtiġijiet u d-drittijiet, li jqis l-inflazzjoni, iż-żieda fl-għoli tal-ħajja, ir-rati ta’ faqar u l-bżonn ta’ aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli għall-FSE+ fil-QFP li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li l-FSE+ wara l-2027 għandu jinvesti fl-indirizzar tal-isfidi soċjali persistenti u jibqa’ qrib l-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-FSE+ attwali, u fl-istess waqt ikun kapaċi li jirrispondi u jadatta għal ċirkustanzi soċjoekonomiċi li qed jinbidlu; jenfasizza l-importanza tal-prinċipji tal-fond ta’ ġestjoni kondiviża, objettivi ċari u konċentrazzjonijiet tematiċi, u li l-maġġoranza tal-fond għandha, kemm jista’ jkun, tintuża minn dawk li għandhom bżonnu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki dwar l-aktar implimentazzjoni effiċjenti u trasparenti tal-FSE+; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu vvalutati kontinwament l-impatt u l-effikaċja tal-inizjattivi tal-FSE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza li l-FSE+ wara l-2027 għandu l-ewwel u qabel kollox jindirizza l-isfidi soċjali u ekonomiċi strutturali; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-FSE+ intuża ripetutament bħala għodda ta’ rispons ta’ emerġenza u jissottolinja li dan l-approċċ joħloq riskju għall-objettivi ta’ politika u ta’ investiment fit-tul tal-politika ta’ koeżjoni u joħloq ukoll ir-riskju li l-persuni li għalihom hija maħsuba l-politika ta’ koeżjoni ma jkunux jistgħu jintlaħqu b’mod suffiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tipproteġi l-allokazzjoni baġitarja tal-FSE+ sabiex tkun tista’ tintuża għall-objettivi u l-benefiċjarji ewlenin tiegħu u tipproponi strument ta’ riżerva finanzjarja li jippermetti lill-UE tirrispondi malajr u b’mod flessibbli għal emerġenzi soċjali u sitwazzjonijiet ta’ kriżi, li jikkomplementa l-FSE+ u fondi oħra ta’ koeżjoni, li jkun jew mibni fuq is-suċċess tal-istrument temporanju tal-UE mniedi fl-2020, intitolat “Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE)”, jew skema ta’ riassigurazzjoni tal-qgħad tal-UE, jew abbażi tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, imfassal biex jiġi mmobilizzata biex isewwi l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew emerġenzi tas-saħħa pubblika; jistieden lill-Kummissjoni għalhekk tiżgura l-finanzjament suffiċjenti tiegħu fid-dawl taż-żieda fir-riskji f’dawn l-ambiti minħabba t-tibdil fil-klima;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Objettivi, prijoritajiet u baġit </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja li l-prinċipji orizzontali, bħall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-età, ir-reliġjon jew it-twemmin, in-nazzjonalità, jew l-oriġini razzjali jew etnika<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 10 tat-TFUE.</FIELD></FOOTNOTE>, u l-libertà tal-moviment, għandhom ikunu integrali għall-FSE+; jisħaq fuq l-importanza ta’ approċċ intersezzjonali matul l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni kollha tal-fond;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-inklużjoni soċjali tal-persuni b’diżabbiltà u jinsisti għalhekk li l-FSE+ jappoġġja l-impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà permezz ta’ kollokamenti ta’ xogħol u taħriġ, speċjalment fl-iffaċilitar tat-tranżizzjonijiet minn workshops protetti għas-suq tax-xogħol miftuħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġi żgurat li l-persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jaċċessaw appoġġ ta’ kwalità u jgawdu d-drittijiet tagħhom kif minquxa fl-UNCRPD; jisħaq li l-FSE+ li jmiss għandu jkompli jagħti prijorità l-għajxien indipendenti u t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-komunità u jiffaċilita l-iskemi ta’ appoġġ fid-djar u ta’ assistenza personali; jitlob li l-FSE+ iwettaq l-istrateġija Ewropea dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030, u b’mod partikolari jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Gwida tal-UE dwar l-Għajxien Indipendenti u l-Inklużjoni fil-Komunità, il-Qafas li jmiss dwar is-Servizzi Soċjali ta’ Eċċellenza għal Persuni b’Diżabbiltà, u l-Pakkett dwar l-Impjiegi għad-Diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinsisti li l-FSE+ għandu jimmira lejn il-persuni żvantaġġati fis-soċjetajiet tagħna, b’mod partikolari l-persuni u l-komunitajiet emarġinati bħat-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u l-anzjani, il-minoranzi etniċi, il-persuni Rom, il-persuni b’diżabilità jew b’mard kroniku, il-persuni mingħajr dar, il-gruppi b’introjtu baxx, il-persuni qiegħda fit-tul, kif ukoll dawk li jgħixu f’żoni rurali, gżejjer jew reġjuni remoti li jiffaċċjaw sfidi soċjoekonomiċi uniċi; jissottolinja li l-FSE+ irid ikun inklużiv, b’attenzjoni speċjali mogħtija lit-tipi kollha ta’ familji, persuni u familji f’żoni depopolati fejn l-aċċess għas-servizzi u l-opportunitajiet jista’ jkun aktar limitat, kif ukoll tfal imċaħħda minn kura mill-ġenituri; jenfasizza wkoll li l-FSE+ għandu jħeġġeġ l-adozzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu s-separazzjoni tal-familja għall-familji f’sitwazzjonijiet prekarji inklużi programmi edukattivi dwar it-trobbija tat-tfal, terapija ffukata fuq il-familja u taħriġ fl-impjieg;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq li l-FSE+ għandu jinvesti fi proġetti mmirati lejn l-impjiegi tan-nisa u l-inklużjoni soċjali u ekonomika tan-nisa, b’attenzjoni speċjali għall-ommijiet weħedhom u l-unitajiet domestiċi mmexxija min-nisa; jinsisti li l-FSE+ jappoġġa lin-nisa li jinsabu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u li jeħtieġu aktar appoġġ biex jintegraw (mill-ġdid) fis-soċjetajiet u fis-suq tax-xogħol, inklużi n-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza ekonomika; jappella għal approċċ trażversali tal-ġeneru<FOOTNOTE><FIELD> Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 intitolata "Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025" (COM(2020)0152).</FIELD></FOOTNOTE> tul l-FSE+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-isfidi attwali, tinkludi fl-objettivi speċifiċi tal-FSE+ il-promozzjoni tat-tranżizzjoni ġusta, it-tmiem tal-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, il-promozzjoni tal-intrapriżi soċjali fl-ekonomija soċjali u l-integrazzjoni soċjoekonomika tal-persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi l-migranti, iż-żgħażagħ, l-anzjani u dawk li jgħixu f’żoni milquta minn tnaqqis demografiku u persuni b’diżabilità jew mard kroniku, kif ukoll dawk li jerġgħu lura għas-suq tax-xogħol wara assenza itwal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq li l-ilħuq tal-miri tal-EPSR dwar il-faqar isir diffiċli, sakemm ma jkunx hemm appoġġ speċifiku għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet fuq terminu medju sa twil biex in-nies jinħarġu mill-faqar u biex jiġu indirizzati l-kawżi strutturali tal-inugwaljanzi, b’mod li dawn isiru aktar reżiljenti għall-isfidi li ġejjin, għall-indirizzar tad-diskrepanzi attwali fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħna u għalhekk it-tisħiħ tas-sistemi soċjali, u għat-tnaqqis tal-impatt soċjali tal-kriżijiet b’mod immirat; jinsisti li jiġi ddedikat appoġġ biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tal-għajxien deċenti li ma jħallu l-ħadd lura, b’aċċess għal servizzi pubbliċi essenzjali ta’ kwalità għolja; jappella li l-istrateġija tal-UE kontra l-faqar, deskritta fil-linji gwida politiċi tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen għall-mandat 2024-2029, biex tmur lil hinn mill-proposti ta’ politika u talloka aħjar il-finanzjament fil-QFP li jmiss iddedikat għall-ġustizzja soċjali fil-fondi kollha, u tiffaċilita t-twettiq tal-FSE+ fil-prattika; jissottolinja r-rwol tal-FSE+ fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq li l-indirizzar tal-faqar fost it-tfal jeħtieġ miżuri komprensivi, integrati u ffinanzjati b’mod xieraq, flimkien mal-implimentazzjoni effiċjenti tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal fil-livell nazzjonali, u jinsisti fuq il-ħtieġa, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, li l-Istati Membri jindirizzaw din il-kwistjoni b’mod urġenti b’riżorsi baġitarji robusti u jinsab lest li jsaħħaħ il-koordinazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell tal-UE filwaqt li jkompli jipprovdi appoġġ komplementari permezz tal-FSE+; jinsisti, barra minn hekk, li l-Istati Membri kollha għandhom jallokaw mill-anqas 5 % tar-riżorsi tal-FSE+ tagħhom lbiex jindirizzaw il-faqar tat-tfal u dawk l-Istati Membri b’rata ta’ tfal f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali ’l fuq mill-medja tal-UE għandhom jallokaw ammont akbar biex jindirizzaw il-problema b’mod aktar effikaċi; jinsisti fuq l-użu trasparenti u effiċjenti tal-baġit tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal kemm jista’ jkun qrib il-gruppi fil-mira u f’kooperazzjoni mal-ispettru sħiħ ta’ persuni interessati u organizzazzjonijiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iħħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’konformità maż-żewġ objettivi ġenerali tal-fond u biex tiġi riflessa l-importanza fuq bażi ugwali, iżżid l-allokazzjoni għall-inklużjoni soċjali lil hinn mill-25 % attwali u l-allokazzjoni għall-għajnuna alimentari u l-assistenza materjali bażika għall-persuni l-aktar fil-bżonn għal 5 %, b’rispons għaż-żieda fl-ispejjeż tal-għajxien u tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ t-tħabbira tal-President tal-Kummissjoni dwar it-twettiq ta’ pjan Ewropew għal akkomodazzjoni affordabbli u t-tnedija ta’ pjattaforma ta’ investiment pan-Ewropea dwar akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli; jikkondividi l-ambizzjoni li tingħata prijorità lill-indirizzar tal-kriżijiet tal-akkomodazzjoni f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, u jenfasizza li l-FSE+ wara l-2027 għandu jtejjeb l-aċċess f’waqtu u ugwali għal servizzi affordabbli, deċenti, aċċessibbli, inklużivi, sostenibbli u ta’ kwalità għolja li jippromwovu l-aċċess għall-akkomodazzjoni, inklużi miżuri bħall-akkomadazzjoni soċjali u skemi ta’ kiri affordabbli; jemmen li l-Istati Membri kollha jeħtiġilhom jinvestu ammont suffiċjenti tar-riżorsi tal-FSE+ tagħhom biex jindirizzaw il-problema ta’ persuni mingħajr dar u jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi allokazzjoni sinifikanti għal dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti tal-FSE+ wara l-2027 għal edukazzjoni ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u pubblika għal kulħadd, kif ukoll id-dritt soċjali għall-ħaddiema li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta’ ħiliet, it-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u t-tagħlim tul il-ħajja, u għall-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħiliet u l-eżodu tal-imħuħ, filwaqt li jiġi żgurat li l-individwi jkunu jistgħu jinnavigaw b’suċċess it-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol mingħajr ma jiffaċċjaw ebda tip ta’ diskriminazzjoni, b’mod partikolari l-ħaddiema milquta mit-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, u jiġu promossi azzjonijiet speċifiċi għall-ħaddiema akbar fl-età biex isir l-aħjar użu mit-talenti u l-esperjenza tagħhom; jitlob, f’dan il-kuntest, kooperazzjoni mill-qrib bejn l-atturi ewlenin, inklużi l-istituzzjonijiet edukattivi, l-impjegaturi, il-ħaddiema, il-gvernijiet u l-awtoritajiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal tal-FSE+ fit-trawwim tal-innovazzjoni u l-ħiliet diġitali, filwaqt li jappoġġja lill-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika billi jallinja l-programmi edukattivi u ta’ taħriġ b’mod immirat mal-ħtiġijiet li qed jevolvu ta’ setturi ewlenin u jiżgura aċċess għal opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, sabiex il-ħaddiema ta’ kull età jkunu jistgħu jadattaw il-ħiliet tagħhom kontinwament biex jissodisfaw il-ħtiġijiet il-ġodda fil-qasam ta’ impjiegi ta’ ekonomija li qed tinbidel b’mod rapidu; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar sussidji u żvilupp ta’ programmi li jappoġġjaw lill-ħaddiema fit-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, inkluż il-ksib ta’ kwalifiki ġodda u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinsisti li l-miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess għas-suq tax-xogħol u li jippromwovu l-ksib tal-ħiliet għandhom jitfasslu b’mod li jippromwovi u jirrikonoxxi l-awtonomija tal-individwi, jantiċipa l-bżonnijiet ta’ ħiliet futuri u jkopri impjegati f’riskju ta’ telf futur ta’ impjieg; ifakkar, f’dan il-kuntest, fil-firxa wiesgħa ta’ inizjattivi li jsaħħu l-ħiliet meħuda fil-livell tal-UE, li jistgħu jipprovdu gwida utli għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ fil-livell nazzjonali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappella għat-tisħiħ tal-isforzi biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; Iġeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi ċieda fl-allokazzjoni ’il fuq mill-12,5 % attwali tar-riżorsi tal-FSE+ tagħhom għall-Istati Membri kollha biex jappoġġjaw l-azzjonijiet immirati u r-riformi strutturali li jappoġġjaw l-impjiegi taż-żgħażagħ ta’ kwalità, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, b’mod partikolari t-traineeships u l-apprendistati, u t-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, il-perkorsi għar-riintegrazzjoni fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ u l-edukazzjoni li tagħti ċans ieħor; itenni, f’dan il-kuntest, it-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jipprojbixxu prattiki ta’ sfruttament, inklużi traineeships mhux imħallsa; jenfasizza l-ħtieġa ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni biex jiġu żgurati l-impatt u l-effikaċja tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-FSE+ li jiffoka fuq gruppi differenti bi ħtiġijiet differenti; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jiġi allokat appoġġ għal, fost l-oħrajn, proġetti dwar l-inklużjoni soċjali tal-persuni b’diżabilità, il-persuni Rom, il-popolazzjoni li qed tixjieħ fis-soċjetà, in-nisa u t-tfal, u unitajiet domestiċi kbar u dawk immexxija min-nisa, u l-integrazzjoni soċjoekonomika tal-migranti, inklużi l-migranti tax-xogħol, b’attenzjoni speċjali għan-nisa migranti; jenfasizza wkoll li l-FSE+ għandu jappoġġja proġetti għall-objettivi soċjali u edukattivi u jtejjeb il-ħiliet fir-reġjuni li jesperjenzaw depopolazzjoni sinifikanti; jinsisti li l-FSE+ wara l-2027 jinkorpora aspetti oħra tal-inklużjoni soċjali, bħall-akkomodazzjoni, is-saħħa u ċ-ċirkostanzi tal-familja u l-appoġġ tas-servizzi pubbliċi u komunitarji; jissottolinja li ma hemmx soluzzjoni “waħda tajba għal kulħadd” u l-modi kif jiġu indirizzati dawk il-ħtiġijiet jistgħu jvarjaw minn reġjun għal ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq li l-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-FSE+ tappoġġja inizjattivi li jindirizzaw is-sitwazzjoni prekarja tal-ħaddiema mobbli u tiżgura finanzjament għal konsulenza relatata mat-trade unions, u b’hekk tiġi ssottolinjata l-importanza tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fin-negozjar kollettiv; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament stabbli għal Network Ewropew ta’ servizzi ta’ konsulenza tat-trade unions nazzjonali u tranżnazzjonali għal ħaddiema bħal dawn sabiex itejbu l-mobilità tax-xogħol ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifakkar li l-FSE+ għandu jkollu wkoll l-għan li jipprovdi ambjent tax-xogħol san u adattat sew sabiex iwieġeb għar-riskji tas-saħħa relatati ma’ forom tax-xogħol li qed jinbidlu, u l-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ; jisħaq li l-pandemija aċċellerat realtajiet ġodda, u t-tfaċċar ta’ forom ġodda ta’ xogħol li ġabet magħha d-diġitalizzazzjoni, inkluża l-intelliġenza artifiċjali (IA), li affettwaw is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali tal-ħaddiema; jappella, f’dan id-dawl, għal appoġġ u finanzjament suffiċjenti biex tiġi żgurata ħidma effikaċi dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn sustanzi perikolużi u ta’ ħsara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jappella li l-FSE+ jagħti spinta lill-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija Ewropea għall-kura fl-Istati Membri kollha billi jinvesti f’servizzi u infrastrutturi ta’ kura ta’ kwalità ibbażata fil-komunità u kura ta’ kwalità mogħtija fid-djar, appoġġ u kura fit-tul għall-persuni b’diżabilità u persuna akbar fl-età li għandhom bżonn l-appoġġ u f’edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità permezz ta’ sistemi pubbliċi ta’ kura bbażati fil-komunità u ċċentrati fuq it-tfal u fuq il-persuna, ta’ kwalità għolja, affordabbli u aċċessibbli li jippromwovu l-awtonomija ta’ persuni li għandhom bżonn kura kif ukoll id-dinjità tagħhom u ta’ dawk li jindukrawhom; jappella għal aktar investiment fl-appoġġ għall-persuni li jindukraw, kemm b’mod formali kif ukoll informali, filwaqt li fl-istess ħin jiġu żgurati kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol għall-ħaddiema fis-settur tal-kura, inklużi salarji adegwati, permezz ta’ Patt dwar il-Kura; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-fondi tal-FSE+ sabiex isaħħu u jiffinalizzaw il-proċess ta’ deistituzzjonalizzazzjoni ħalli jiġi żgurat li kull persuna tista’ tgħix f’ambjent familjari jew komunitarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Ifakkar li n-nefqa pubblika hija meħtieġa biex tiġi żgurata konverġenza soċjali ’l fuq; jisħaq li l-implimentazzjoni tal-EPRS u r-riformi skont ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fis-Semestru Ewropew jiddependu wkoll fuq l-appoġġ qawwi tal-FSE+ għal ċerti miżuri ta’ politika, speċjalment dawk relatati mat-tisħiħ tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali, mal-iżgurar ta’ edukazzjoni u taħriġ pubbliċi inklużivi, aċċessibbli u ta’ kwalità għolja u sistemi ta’ kura u servizzi tal-kura tas-saħħa, inklużi għas-saħħa mentali, mat-tnaqqis tal-faqar fost it-tfal u l-eliminazzjoni tal-problema ta’ persuni mingħajr dar u dawk relatati mat-trattament u opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel, li jridu jiġu ggarantiti u msaħħa f’kull qasam, inkluża l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-avvanz fil-karriera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ifakkar li l-politiki tal-UE jista’ jkollhom l-akbar impatt meta jkunu kkoordinati ma’ strumenti ta’ finanzjament u oqfsa strateġiċi oħra, bħas-Semestru Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tiegħu; jinnota li l-effettività tal-interventi ffinanzjati mill-FSE+ tiddependi mill-implimentazzjoni b’suċċess tar-riformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja li d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma kruċjali għall-benesseri fuq il-post tax-xogħol u għat-tnaqqis tal-faqar fost dawk li għandhom impjieg, l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanza fil-pagi; jistieden lill-Kummissjoni talloka riżorsi finanzjarji konsistenti, adegwati u suffiċjenti għall-bini tal-kapaċità, bl-għan li tagħti s-setgħa lis-sħab soċjali biex ikollhom rwol rilevanti fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom, li ssaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jinvolvu ruħhom fi djalogu soċjali kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali u li ssaħħaħ l-azzjonijiet tas-sħab soċjali b’obbligu minimu xieraq għall-Istati Membri kollha, u tinkludi assistenza teknika għal dawn it-tliet skopijiet; jinsisti wkoll li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ għandhom, fuq bażi ugwali, jiġu ggarantiti aċċess minimu għall-finanzjament biex jikkontribwixxu u jsegwu l-objettivi tal-FSE+ fl-Istati Membri; jissottolinja, fl-istess ħin, il-ħtieġa li tiġi żviluppata kapaċità istituzzjonali permezz ta’ amministrazzjoni b’saħħitha u professjonali, u li titrawwem l-innovazzjoni fil-ġestjoni tas-settur pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ kooperattivi li tagħhom għandhom is-sjieda l-impjegati, intrapriżi soċjali u mudelli ta’ negozju alternattivi oħra biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE ta’ inklużjoni; jissottolinja li huwa mill-aktar importanti li l-intrapriżi soċjali żgħar, is-servizzi soċjali mingħajr skop ta’ qligħ u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkollhom aċċess għall-aspetti kollha tal-FSE+; jitlob rata ta’ kofinanzjament ta’ mill-inqas 90 % għal miżuri mmirati lejn il-persuni l-aktar fil-bżonn, u mill-inqas 70 % għall-azzjonijiet l-oħra kollha implimentati minn entitajiet żgħar b’kapaċità limitata, bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-servizzi soċjali mingħajr skop ta’ qligħ u l-intrapriżi soċjali, sabiex ikollhom aċċess għall-finanzjament filwaqt li jippreservaw għadd minimu ta’ rati ta’ kofinanzjament differenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Funzjonament tal-fond</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet reġjonali u lokali u l-involviment tagħhom fil-proġetti ffinanzjati mill-baġits nazzjonali u jinsisti fuq il-ħtieġa li jinżamm l-approċċ ta’ sħubija tal-FSE+ attwali, li huwa essenzjali biex tissaħħaħ il-kwalità tal-programmi ffinanzjati fl-ambitu tal-FSE+; itenni l-ħtieġa li jiġu adottati regoli għall-ġestjoni tal-fond f’kooperazzjoni mal-atturi lokali li huma l-eqreb għall-ħtiġijiet tan-nies u li jistgħu jiżviluppaw soluzzjonijiet lokali li huma l-aktar adatti għat-territorji speċifiċi tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li l-atturi reġjonali u lokali jiġu involuti fl-implimentazzjoni tal-fond;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinsisti li r-regoli li jirregolaw l-użu u l-implimentazzjoni tal-FSE+ iridu jiżguraw u jsaħħu l-konformità mal-istat tad-dritt, l-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE, l-ogħla standards soċjali tal-UE, id-drittijiet soċjali u l-prinċipji demokratiċi, u jkunu allinjati mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU u mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u d-drittijiet tal-ħaddiema, li huma wkoll inklużi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jitlob li r-regoli li jirregolaw l-FSE+ jippermettu li l-fondi pubbliċi jiġu allokati biss lil dawk l-impjegaturi li jirrispettaw id-drittijiet tal-ħaddiema u r-regoli applikabbli dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq bażi tad-data komprensiva, li tissupplimenta d-data tal-Eurostat, biex tippermetti monitoraġġ f’waqtu u affidabbli tal-iżviluppi fl-impjiegi, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u r-relazzjonijiet industrijali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-gvernijiet nazzjonali spiss jostakolaw l-implimentazzjoni effiċjenti tal-FSE+ billi jimponu piżijiet amministrattivi bla bżonn jew jipprevjenu lill-atturi lokali milli jimmaniġġjaw l-appoġġ li ġej mill-fond jew l-opportunitajiet ta’ finanzjament; jitlob li jitnaqqas il-piż amministrattiv u l-burokrazija, b’mod partikolari billi jiġu ssimplifikati l-proċessi ta’ applikazzjoni għall-aċċess għall-fondi u l-proċeduri ta’ rapportar għall-organizzazzjonijiet, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-ekonomija soċjali, u dawk ta’ daqs iżgħar; jenfasizza li l-benefiċjarji, inklużi l-fornituri tas-servizzi soċjali mingħajr skop ta’ qligħ, għandhom jiġu kkonsultati għat-tfassil tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni; jinsisti li s-simplifikazzjoni tirrispetti l-prinċipji fundamentali tal-ġestjoni kondiviża, it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-iskrutinju indipendenti, kif ukoll il-prinċipji ta’ sħubija, filwaqt li tiżgura l-amministrazzjoni xierqa tal-fondi pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jirrikonoxxi li dipendenza eċċessiva fuq metriċi bħar-rata ta’ żball tista’ twassal għal piż amministrattiv akbar; jinnota li metriċi differenti, inkluż il-kejl tal-inputs, tal-outputs, tal-prestazzjoni jew tal-miżuri kwalitattivi, jistgħu jaqblu ma’ objettivi u interventi differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovis appoġġ u komunikazzjoni konsistenti lill-Istati Membri sabiex jgħinuhom jistabbilixxu proġetti individwali b’mod effettiv u trasparenti, inklużi kundizzjonijiet trasparenti u prevedibbli, li jipprovdu ċarezza legali u prevedibbiltà lill-applikanti, kif ukoll lill-benefiċjarji aħħarin tal-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura evalwazzjoni aktar bir-reqqa tal-effettività tal-interventi individwali mingħajr ma timponi piżijiet ġodda kbar fuq il-fornituri, pereżempju billi tissimplifika l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u billi toħloq uffiċċji ta’ evalwazzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Itenni li d-diġitalizzazzjoni hija waħda mill-għodod importanti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu ssimplifikati l-applikazzjonijiet għal opportunitajiet ta’ finanzjament, u bħala tali għandha tiġi promossa u gaħndhom jissaħħu l-ħiliet diġitali tan-nies; iwissi, madankollu, li mhux in-nies kollha huma preparati għad-diġitalizzazzjoni u li ċerti gruppi ta’ persuni, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, bħalma huma persuni akbar fl-età u dawk li jgħixu f’żoni depopolati fejn l-aċċess għas-servizzi u l-opportunitajiet jistgħu jkunu aktar limitati, u l-proġetti intiżi għalihom, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-servizzi soċjali mingħajr skop ta’ qligħ u l-intrapriżi soċjali jistgħu jitilfu l-opportunitajiet ta’ finanzjament bħala riżultat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Iqis li jeħtieġ li jkun hemm aktar ħidma biex l-organizzazzjonijiet u n-nies ikunu jafu dwar l-opportunitajiet kollha li l-FSE+ jista’ joffri; jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar l-opportunitajiet ippreżentati mill-FSE+, u jinfurmaw u jagħtu pariri lill-organizzazzjonijiet dwarhom billi jorganizzaw kampanji ta’ informazzjoni; jara li għad hemm diskrepanza sinifikanti fl-għarfien u l-ħiliet, speċjalment għas-servizzi soċjali, fl-aċċess għall-FSE+ attwali u t-tmexxija ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE; iqis, b’mod partikolari, li r-regolament futur tal-FSE+ għandu jirriżerva baġit għall-assistenza teknika biex jistabbilixxi network ta’ helpdesks nazzjonali jew punti ta’ informazzjoni li joffru servizzi bħal konsulenza dwar impjiegi mingħajr bżonn ta’ appuntament, ikkoordinat fil-livell transEwropew, sabiex jipprovdi b’mod effettiv it-taħriġ, il-gwida u l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet fuq il-post;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu s-sinerġiji fil-livelli kollha bejn il-proġetti appoġġjati mill-FSE+ u minn fondi oħra tal-UE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>