<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0028</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ Orizzont Ewropa fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u rakkomandazzjonijiet għall-10 Programm Qafas għar-Riċerka</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0021/2025 - Rapporteur: Christian Ehler)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2025 dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ Orizzont Ewropa fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u rakkomandazzjonijiet għall-10 Programm Qafas għar-Riċerka (2024/2109(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 179 sa 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tal-10 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 167 I, 12.05.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/764/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 189, 28.5.2021, p. 61, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/819/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2021/820 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta’ Innovazzjoni fl-Ewropa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1312/2013/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 189, 28.5.2021, p. 91, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/820/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2085/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/697/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni” (COM(2020)0628),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) – Tisħiħ tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Ewropa: Il-Vjaġġ u d-Direzzjonijiet Futuri taż-ŻER” (COM(2024)0490),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2021 dwar l-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dinja li qed tinbidel (COM(2021)0252),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ April 2022 dwar Approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni – L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dinja li qed tinbidel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 434, 15.11.2022, p. 23.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 8.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-19 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Missjonijiet tal-UE sentejn wara: valutazzjoni tal-progress u t-triq ’il quddiem” (COM(2023)0457),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar ir-riċerkaturi żgħażagħ<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4183, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4183/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-riċerka xjentifika fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5713, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5713/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tas-26 ta’ Ġunju 2024 dwar Gwida għall-Programm Qafas li jmiss għar-Riċerka u l-Innovazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti ta’ evalwazzjoni tas-sħubija ppubblikati fl-2024 dwar tmienja mid-disa’ Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni, jiġifieri l-EIT Mobilità Urbana, l-EIT Klima-KKI, l-EIT Ikel, l-EIT Innovazzjoni u Enerġija, l-EIT Saħħa, l-EIT Manifattura, l-EIT Materja Prima u l-EIT Diġitali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti tas-CERIS ta’ Novembru 2024 bit-titolu “Building resilience in the civil security domain based on research and technology” (Il-bini tar-reżiljenza fid-dominju tas-soċjetà ċivili abbażi tar-riċerka u t-teknoloġija),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 09/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ta’ Settembru 2020 bit-titolu “L-infiq fuq il-klima fil-baġit tal-UE għall-perjodu 2014-2020: Mhuwiex għoli daqskemm ġie rrappurtat”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2016 bit-titolu “Dwar it-Tweġiba għar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">Ex Post</STRING> tas-Seba’ Programm Qafas” (COM(2016)0005),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar minn suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar l-Evalwazzjoni Interim ta’ Orizzont Ewropa tas-16 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Align, Act, Accelerate: Research, Technology and Innovation to boost European Competitiveness” (Allinja, Aġixxi, Aċċellera: Ir-riċerka, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni biex tingħata spinta lill-Kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0021/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi Orizzont Ewropa huwa l-akbar programm ta’ finanzjament tal-UE ġestit ċentralment u l-akbar programm ta’ riċerka u żvilupp (R&Ż) iffinanzjat pubblikament fid-dinja; billi l-Parlament inizjalment ippropona baġit ta’ EUR 120 biljun minflok it-EUR 93,4 biljun li kien fadal wara r-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-investimenti fir-R&Ż huma essenzjali għall-kompetittività, il-progress tas-soċjetà u l-innovazzjoni tal-UE; billi r-rapport dwar il-Futur tal-Kompetittività Ewropea (ir-rapport Draghi) u r-rapport mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar l-Evalwazzjoni Interim ta’ Orizzont Ewropa (ir-rapport Heitor) irrakkomandaw baġit għall-10 Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (l-10 Programm Qafas) ta’ EUR 200 biljun u EUR 220 biljun rispettivament;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-programm qafas irid ikun ibbażat fuq il-valuri Ewropej, l-indipendenza xjentifika, il-libertà u l-eċċellenza, kif ukoll standards etiċi Ewropej għoljin u xprunar biex tittejjeb il-kompetittività Ewropea kif ukoll biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-rapport Draghi wera li l-Ewropa hija fuq quddiem nett fil-livell dinji fix-xjenza u l-innovazzjoni bit-tieni l-ogħla sehem ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta’ kwalità għolja u t-tielet l-ogħla sehem ta’ applikazzjonijiet għal privattivi globalment; billi r-rapport Draghi kkonkluda wkoll li l-katina tal-valur li tmur mir-riċerka għal prodotti innovattivi li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini fl-UE hija anqas effettiva meta mqabbla mal-Istati Uniti u ċ-Ċina fit-trasformazzjoni ta’ riċerka tajba f’negozji ta’ suċċess li jipprovdu impjiegi ta’ kwalità, prodotti u servizzi ġodda liċ-ċittadini Ewropej, kif muri mid-distakk persistenti bejn l-Istati Uniti u l-UE fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni, u d-distakk li qed jonqos bejn l-UE u ċ-Ċina; billi r-rapport Draghi jenfasizza li l-Ewropa għadha lura b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam maż-żieda tan-negozji ġodda;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi matul is-seduta ta’ smigħ tagħha fil-Parlament, il-Kummissarju Zaharieva, impenjat ruħha li tiġġieled għal Programm Qafas indipendenti u simplifikat bl-appoġġ ta’ baġit akbar u governanza xprunata aktar mill-esperti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-rapport Heitor jiddeskrivi li fl-ewwel tliet snin ta’ Orizzont Ewropa, 7 474 SME (34 % tal-parteċipanti kollha) kienu qed jipparteċipaw fil-programm u li aktar minn nofs l-SMEs ta’ Orizzont Ewropa huma ġodda għall-programmi ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni tal-UE; billi r-rati ta’ suċċess tal-applikazzjonijiet tal-SMEs tjiebu ħafna (sa 19,9 % minn 12 % f’Orizzont 2020);
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-rapport Letta jipproponi l-istabbiliment tal-“Ħames Libertà” biex jinkludi r-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni bħala dimensjoni ġdida tas-suq ħieles peress li l-erba’ libertajiet oriġinali huma fundamentalment ibbażati fuq il-prinċipji teoretiċi tas-seklu 20;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi “l-libertà li wieħed jibqa’” tar-rapport Letta ttenni l-importanza li jiġi evitat l-eżodu ta’ mħuħ intern u l-inizjattiva “Choose Europe” tar-rapport Heitor tfittex li trawwem karrieri fir-riċerka u biex sal-2035 l-“eżodu ta’ mħuħ Ewropew” attwali jinbidel f’“kisba ta’ mħuħ”;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Osservazzjonijiet ġenerali dwar Orizzont Ewropa u Riċerka u Innovazzjoni (R&I)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li ninsabu f’mument kruċjali għar-R&I u f’Lulju 2024, matul il-preżentazzjoni lill-Parlament tal-programm tagħha għat-tieni mandat tagħha bħala president tal-Kummissjoni Ewropea, il-President tal-Kummissjoni Ursula Von der Leyen sostniet li l-Ewropa jeħtieġ li tpoġġi r-“riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba tal-ekonomija tagħna”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li r-rapporti Draghi, Letta u Heitor iqisu r-R&I ta’ importanza ċentrali biex tinkiseb il-kompetittività Ewropea u jisħqu fuq il-ħtieġa li tittieħed azzjoni biex ma naqgħux lura; jisħaq li huwa meħtieġ impenn b’saħħtu biex jinkiseb programm qafas futur li jikkostitwixxi kontribut kruċjali għall-kompetittività tal-Ewropa u l-benessri ġenerali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li r-rapporti Draghi u Heitor huma twissija biex l-Ewropa tiffaċċja l-kompetizzjoni globali u ż-żieda sinifikanti fix-xjenza Ċiniża f’dawn l-aħħar snin; jilqa’ r-rata ogħla ta’ suċċess ta’ Orizzont Ewropa meta mqabbla ma’ Orizzont 2020; japprezza r-rispons ta’ Orizzont Ewropa fi kriżijiet, bħall-COVID-19 u l-isfidi ġeopolitiċi, iżda jesprimi dispjaċir mhux biss għan-nuqqas ta’ finanzjament addizzjonali iżda wkoll għat-tnaqqis kontinwu fil-finanzjament, li jikkomprometti l-prijoritajiet oriġinali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddispjaċih li kien hemm esperjenzi negattivi bl-implimentazzjoni ta’ Orizzont Ewropa minħabba li l-bidla minn Orizzont 2020 għal Orizzont Ewropa ġiet esperjenzata l-aktar bħala żieda fil-kumplessità u l-burokrazija; jissottolinja li r-rati ta’ suċċess f’xi partijiet tal-programm għadhom tant baxxi li jiskoraġġixxu applikazzjonijiet potenzjalment eċċellenti, speċjalment minn istituzzjonijiet ta’ riċerka b’baġits iżgħar u minn SMEs; iqis li l-ippjanar strateġiku għandu jwassal għal aktar benefiċċji sostanzjali għall-kwalità tal-programmazzjoni u impenn imsaħħaħ tal-partijiet ikkonċernati kollha tar-R&I, li s’issa ma jidhrux li ġew konkretizzati biżżejjed; jemmen li l-10 Programm Qafas għandu jinbena fuq strumenti fl-ambitu tal-Orizzont Ewropa li wrew li huma effettivi u effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ Programm Qafas aġli; jinnota li r-rapport Heitor jiddeskrivi l-importanza tar-rispons għall-qasam tax-xjenza u l-innovazzjoni li qed jinbidel malajr u jirrakkomanda bidla radikali fl-involviment ta’ prattikanti fil-programm, b’mod partikolari permezz taż-żewġ Kunsilli ġodda proposti kif ukoll sejħiet anqas preskrittivi; ifakkar li r-rapport Draghi jinnota li l-governanza attwali tal-programm qafas titwettaq bil-mod u hija burokratika, filwaqt li l-organizzazzjoni tiegħu għandha titfassal mill-ġdid biex tkun aktar ibbażata fuq ir-riżultati u evalwata mill-aqwa esperti u l-programm qafas futur għandu jkun irregolat minn persuni b’rekord ippruvat fil-fruntieri tal-għarfien tar-riċerka jew l-innovazzjoni; jinnota li mhux dejjem jistgħu jitbassru u jiġu pprogrammati ideat innovattivi u jissottolinja l-ħtieġa ta’ finanzjament suffiċjenti li ma jkunx ipprogrammat minn qabel sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-iżvilupp tal-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ programm qafas ibbażat fuq l-eċċellenza sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-aħjar riċerkaturi fl-Ewropa fil-programm kollu; jargumenta li wieħed min-nuqqasijiet kritiċi tax-xenarju tal-politika tar-R&I tal-UE huwa marbut ukoll man-nuqqas ta’ approċċ integrat u komplementari sinifikattiv bejn l-attivitajiet tar-R&I bbażati fuq il-post u xprunati mill-eċċellenza, b’mod partikolari bejn il-programm qafas u t-tieqa għar-R&I tal-politika ta’ koeżjoni, li huma tal-istess ordni ta’ kobor f’termini ta’ baġit tal-UE; jinnota li l-espansjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka għadhom sfida kbira fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tar-rapport Heitor li titrawwem ekosistema Ewropea tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni li tkun attraenti u inklużiva; ifakkar fir-rakkomandazzjoni mir-rapport Letta li jitrawwem l-iżvilupp tal-ħames libertà fis-suq uniku; ifakkar fl-osservazzjoni tar-rapport Draghi li l-frammentazzjoni tal-ekosistema tal-innovazzjoni tal-UE hija waħda mill-kawżi ewlenin tal-prestazzjoni batuta tal-Ewropa fl-innovazzjoni; ifakkar li t-Trattati jpoġġu l-programm qafas fl-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka; huwa konvint li biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-programm qafas, jeħtieġ li jiġi inkorporat f’politika tar-riċerka Ewropea usa’ li tiżgura li l-Ewropa tkun post attraenti għal attivitajiet tar-riċerka li tattira t-talent globali, li effettivament jittrasforma x-xjenza fi tkabbir ekonomiku u progress soċjetali u li effettivament tindirizza d-diskrepanza fl-innovazzjoni fl-UE; iqis li l-Att taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (l-Att taż-ŻER) li jmiss għandu jimmira li jikseb din l-Ewropa; jirrikonoxxi li għad hemm ostakli sinifikanti għaċ-“ċirkolazzjoni tal-imħuħ” fost l-Istati Membri, inkluż ir-rikonoxximent tal-kwalifiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa assoluta li l-Istati Membri jadottaw impenji konkreti biex jilħqu mira ta’ 3 % tal-infiq tal-PDG fuq ir-R&Ż sal-2030; jinnota li l-UE qed tinvesti ferm anqas minn potenzi globali oħra, u naqset milli tilħaq il-mira ta’ 3 % għal aktar minn żewġ deċennji, u fl-2022 investiet 2,24 % tal-PDG tagħha fuq ir-R&Ż, filwaqt li pereżempju l-Istati Uniti nefqu 3,5 %; jissottolinja li kull sena li l-UE ma tinvestix biżżejjed fir-R&Ż tiggrava s-sitwazzjoni u tkompli tkabbar id-distakk mal-pajjiżi terzi; jispeċifika li jeżistu diskrepanzi ewlenin bejn l-intensità tar-R&Ż tas-27 Stat Membru tal-UE, li ħamsa minnhom jilħqu l-mira ta’ nfiq ta’ 3 %, filwaqt li xi oħrajn jinsabu taħt il-1 %; ifakkar li, b’anqas minn 7 % tat-total<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea, p. 236.</FIELD></FOOTNOTE>, il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-infiq fuq ir-R&Ż hija sehem żgħir ħafna tal-infiq pubbliku globali fuq ir-R&Ż fl-UE; jinnota li l-infiq nazzjonali għar-riċerka ma għandux jitnaqqas b’rispons għad-disponibbiltà ta’ finanzjament għar-riċerka tal-UE bħala finanzjament alternattiv; jenfasizza li huwa meħtieġ sforz konġunt bejn il-finanzjament Ewropew u nazzjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni; jissottolinja wkoll ir-rwol importanti tal-investiment privat fir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jikkomplementa l-finanzjament pubbliku; jiddispjaċih li l-investiment privat Ewropew fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għadu lura meta mqabbel ma’ dak fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti, u laħaq 1,3 % tal-PDG fl-UE, meta mqabbel ma’ 2,4 % fl-Istati Uniti u 1,9 % fiċ-Ċina; jinsisti, għalhekk, fuq ir-rwol vitali tal-intervent tal-UE bħala katalist għall-infiq fuq ir-R&Ż, u fuq il-ħtieġa ta’ aktar koordinazzjoni u allinjament bejn l-infiq nazzjonali u tal-UE fuq ir-R&Ż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinsisti fuq ir-rwol vitali tal-finanzjament pubbliku fit-tul biex tiġi appoġġjata r-riċerka bażika eċċellenti, xprunata mill-kurżità xjentifika bl-uniku għan li jiġi avvanzat l-għarfien xjentifiku u mingħajr benefiċċju ovvju jew immedjat, xi drabi kkaratterizzat minn serendipità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza l-premessa 72 tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, li tiddikjara li sabiex tiġi ggarantita l-eċċellenza xjentifika, u f’konformità mal-Artikolu 13 tal-Karta, il-programm għandu jippromovi r-rispett tal-libertà akkademika fil-pajjiżi kollha li jibbenifikaw mill-fondi tiegħu; jissottolinja li filwaqt li seħħew diversi inċidenti rigward il-libertà akkademika f’diversi pajjiżi li jibbenefikaw mill-fondi ta’ Orizzont Ewropa, il-Kummissjoni ma użatx din il-premessa b’mod effettiv biex tindirizza problemi speċifiċi; jilqa’ l-impenn tal-Kummissarju responsabbli għan-Negozji Ġodda, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fis-seduta ta’ smigħ tagħha mal-Parlament, li tipproponi proposta leġiżlattiva dwar il-libertà tar-riċerka xjentifika; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta tali proposta leġiżlattiva skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta’ Jannar 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jappoġġja l-livelli għoljin ta’ nfiq fuq il-klima fl-ewwel snin ta’ Orizzont Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibqa’ fl-istess triq bl-għan tilħaq il-mira ġenerali ta’ nfiq fuq il-klima ta’ 35 % matul id-durata sħiħa tal-programm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li Orizzont Ewropa huwa fit-triq li jilħaq il-miri ta’ nfiq tiegħu fuq il-klima mingħajr, skont il-Gwida tal-Programm Orizzont Ewropa, ma ġie kkunsidrat il-prinċipju “La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti” fl-evalwazzjoni tal-proposti, sakemm ma kienx rilevanti għall-kontenut tas-sejħa; jissottolinja li ma hemm l-ebda obbligu legali jew bażi legali għall-applikazzjoni orizzontali tal-prinċipju “La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti” jew tal-prinċipju “La Tagħmilx Ħsara”; jilqa’ l-impenn tal-Kummissarju responsabbli għan-Negozji Ġodda, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni matul is-seduta ta’ smigħ tagħha mal-Parlament, li tivvaluta l-approċċ attwali u l-approċċ il-ġdid għall-applikazzjoni tal-prinċipju “La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti”, inkluża l-bażi legali għal dik l-applikazzjoni, u li tikkondividi l-valutazzjoni mal-Parlament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament, qabel il-bidu tal-10 Programm Qafas, dwar l-impatt tal-użu tal-prinċipju “La Tagħmilx Ħsara (Sinifikanti)” fl-ambitu tal-Orizzont Ewropa, inkluża stima tal-kostijiet assoċjati tal-implimentazzjoni tiegħu għall-Kummissjoni u l-benefiċjarji, u l-impatt tiegħu fuq is-simplifikazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iqis li matul l-implimentazzjoni ta’ Orizzont Ewropa, diversi avvenimenti globali ewlenin ipoġġu eluf ta’ riċerkaturi f’riskju, inkluż fil-viċinat tal-UE, li jwasslu għal żidiet sinifikanti fl-applikazzjonijiet minn riċerkaturi f’riskju ta’ kollokament ta’ emerġenza fl-Ewropa; jikkonkludi madankollu, li fl-ambitu tal-programm attwali, l-UE ma għandhiex finanzjament suffiċjenti disponibbli biex tappoġġja r-riċerkaturi f’riskju u li l-isforzi minn xi Stati Membri u NGOs huma frammentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jafferma l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali għall-avvanz tax-xjenza; huwa mħasseb f’dan ir-rigward li l-kooperazzjoni internazzjonali naqset f’Orizzont Ewropa meta mqabbla ma’ Orizzont 2020; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfittex u tikkonkludi ftehimiet ta’ assoċjazzjoni oħra ma’ pajjiżi terzi, itenni<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Frar 2024 dwar ftehimiet ta’ assoċjazzjoni għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-programmi tal-Unjoni, ĠU C, C/2024/6341, 7.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6341/oj</FIELD></FOOTNOTE> u jenfasizza li l-kapaċità tal-Parlament li jagħti kunsens sinifikattiv għal ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw speċifikament il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 16(1)d tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa fi programmi tal-UE, u hija mfixkla meta tali ftehimiet ma jipprevedux struttura li tiggarantixxi skrutinju parlamentari fl-ambitu ta’ proċedura ta’ kunsens għal assoċjazzjoni ma’ programm speċifiku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ b’mod partikolari l-assoċjazzjoni tar-Renju Unit u tal-Iżvizzera ma’ Orizzont Ewropa billi tirrikonoxxi l-fatt li x-xjenza u l-innovazzjoni tar-Renju Unit u tal-Żvizzera huma parti integrali mill-ekosistema tax-xjenza u l-innovazzjoni Ewropea; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-Protokoll emendat fl-2023 u d-dispożizzjonijiet tiegħu rigward ir-rifużjoni awtomatika għar-Renju Unit; jenfasizza li kwalunkwe ftehim internazzjonali dwar l-assoċjazzjoni tal-Iżvizzera mal-programmi tal-UE għandu jirrispetta bis-sħiħ l-prerogattiv tal-Parlament li jipprovdi kunsens sinifikattiv f’konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu dwar ftehimiet ta’ assoċjazzjoni għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-programmi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jieħu nota tal-white paper tal-Kummissjoni dwar għażliet għat-tisħiħ tal-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp li jinvolvu teknoloġiji b’potenzjal ta’ użu doppju; iqis li kważi r-rispondenti kollha tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-white paper irrifjutaw l-għażla 3; jenfasizza li ħafna rispondenti kkunsidraw li l-implikazzjonijiet tal-għażliet 1 u 2 ma kinux ċari biżżejjed sabiex tippermettilhom jiddeterminaw liema għażla tkun preferibbli; jenfasizza li huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ li l-kostellazzjoni attwali tirrikjedi titjib biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi u biex tingħata spinta lis-sovranità teknoloġija tal-Ewropa; jinnota li fis-smigħ tagħha mal-Parlament, il-Kummissarju Zaharieva impenjat ruħha li tkompli din l-evalwazzjoni, potenzjalment permezz ta’ studju ġdid biex tiżgura li l-fehmiet espressi jkunu rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li saru avvanzi sinifikanti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa bi pjanijiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala kriterju ta’ eliġibbiltà u d-dimensjoni tal-ġeneru fil-kuntest tar-R&I bħala kriterju għall-aġġudikazzjoni b’mod prestabbilit fil-programm kollu; jirrikonoxxi li l-analiżijiet reċenti jikkonfermaw li l-kriterju ta’ eliġibbiltà tal-pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri kellu effett katalitiku.
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Osservazzjonijiet dwar il-kompetittività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinsab konvint ħafna li l-infiq tal-UE fuq ix-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni huwa l-aħjar investiment fil-futur Ewropew komuni tagħna u biex jiżdiedu l-kompetittività u l-progress soċjetali, u titnaqqas b’suċċess id-diskrepanza fl-innovazzjoni; jaqbel mas-Sur Draghi li l-infiq pubbliku kollu fuq ir-R&Ż fl-UE għandu jkun ikkoordinat aħjar fil-livell tal-UE, li jfisser l-allinjament xieraq tal-investimenti mal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE, b’enfasi fuq inizjattivi ta’ finanzjament li jiksbu l-impatt rilevanti u joħolqu valur miżjud, filwaqt li programm qafas riformat u msaħħaħ huwa kruċjali biex jintlaħaq dan; jissottolinja li, sabiex jiġi żgurat valur miżjud reali, l-infiq fuq ir-R&Ż għandu jkun ikkoordinat aħjar ukoll fil-livell nazzjonali bejn l-Istati Membri; itenni li r-regoli fiskali riformati jeskludu l-fondi nazzjonali użati għall-kofinanzjament tal-programmi tal-UE, u jitlob li din il-possibbiltà tintuża bis-sħiħ sabiex tingħata spinta lill-finanzjament tar-riċerka tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni biex jiġi żgurat li l-kumpaniji Ewropej ikunu jistgħu jużaw b’mod effettiv il-vantaġġ kompetittiv mir-riċerka u l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja r-rwol sinifikanti tar-riċerka u l-innovazzjoni f’setturi industrijali differenti li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ impjiegi u ż-żieda fil-kompetittività Ewropea meta mqabbel ma’ pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) għall-kompetittività tal-Ewropa; jenfasizza f’dan ir-rigward li l-investimenti fl-ambitu tal-EIC qed jgħaqqdu l-“wied tal-mewt” u jwasslu għal innovazzjonijiet ta’ natura fixkiela li għandhom potenzjal rivoluzzjonarju u ta’ espansjoni; jenfasizza wkoll il-proposta unika tal-Aċċelleratur tal-EIC biex jipprovdi appoġġ imfassal apposta għal negozji ġodda b’potenzjal għoli u mhux bankabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li 44 % tal-baġit ta’ Orizzont Ewropa s’issa kkontribwixxa għat-tranżizzjoni diġitali u dik industrijali, l-aktar billi stimula l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tat-teknoloġija, li huma fundamentali għall-kompetittività Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jemmen ħafna li, lil hinn mir-rwol ewlieni tagħhom għall-kompetittività fit-tul u sostenibbli, il-politiki tar-riċerka applikata, l-iżvilupp u l-innovazzjoni huma strumentali biex jevitaw, jantiċipaw u jlaħħqu mal-isfidi globali u soċjetali ewlenin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Osservazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni teknika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iqis li s-simplifikazzjoni amministrattiva staġnat fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa minħabba li 32 % tal-parteċipanti jqisu li l-applikazzjoni għal Orizzont Ewropa hija aktar ta’ piż minn dik għal Orizzont 2020, filwaqt li kważi nofs il-parteċipanti ma jirrapportaw l-ebda differenza<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Evaluation study on excellent science in the European framework programmes for research and innovation – Final report phase 2 – Supporting the interim evaluation of Horizon Europe, (Studju ta’ evalwazzjoni dwar xjenza eċċellenti fil-programmi qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej – Rapport finali ta’ fażi 2 – Appoġġ għall-evalwazzjoni interim ta’ Orizzont Ewropa) Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, pp. 47-48.</FIELD></FOOTNOTE>, u jinsab imħasseb dwar “il-kostijiet kumulattivi tat-tranżazzjonijiet u amministrattivi li splodew”<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport Heitor, p. 90.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li bħala medja l-benefiċjarji rrapportaw infiq bejn 6 u 10 % tal-baġit tal-proġetti tagħhom fuq kostijiet amministrattivi, bi 48 % jirrapportaw kostijiet amministrattivi ta’ aktar minn 10 %, inkluż sehem ta’ 10 % tal-benefiċjarji li jirrapportaw kostijiet amministrattivi ta’ aktar minn 20 %; jiddeplora l-fatt li ż-żmien għall-għotja fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa huwa itwal minn dak għal Orizzont 2020, u li jaqbeż il-mira ta’ 8 xhur stabbilita mill-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Evaluation study on excellent science in the European framework programmes for research and innovation – Final report phase 2 – Supporting the interim evaluation of Horizon Europe, (Studju ta’ evalwazzjoni dwar xjenza eċċellenti fil-programmi qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej – Rapport finali ta’ fażi 2 – Appoġġ għall-evalwazzjoni interim ta’ Orizzont Ewropa), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, p. 49.</FIELD></FOOTNOTE>; jinsisti fuq aktar simplifikazzjoni amministrattiva, ir-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri rilevanti, it-tnaqqis tal-ispejjeż u enfasi akbar fuq l-applikanti, u jissottolinja li s-simplifikazzjoni trid tkun għall-benefiċċju tal-applikanti, filwaqt li jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet ikun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-eċċellenza tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar li l-ewwel verżjoni sħiħa tal-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja Annotat għal Orizzont Ewropa ġiet ippubblikata biss f’Mejju 2024, aktar minn tliet snin wara l-bidu tal-programm; jinnota li mingħajr verżjoni sħiħa ta’ dan id-dokument, il-benefiċjarji ma jiġux infurmati bis-sħiħ dwar il-kundizzjonijiet legali u finanzjarji assoċjati mal-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Għotja; ifakkar li l-ewwel verżjoni sħiħa tal-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja Annotat għal Orizzont 2020 diġà kienet ġiet ippubblikata qabel il-bidu uffiċjali tal-programm; jinnota li l-kawża apparenti tad-dewmien fil-pubblikazzjoni hija l-approċċ korporattiv min-naħa tal-Kummissjoni għall-Mudelli tal-Ftehim ta’ Għotja għall-programmi tal-UE fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li hemm diversi opinjonijiet u esperjenzi fost benefiċjarji differenti rigward il-funzjonalità tas-somom f’daqqa; jirrikonoxxi li xi benefiċjarji ma jqisux l-introduzzjoni ta’ finanzjament fl-għamla ta’ somma f’daqqa bħala simplifikazzjoni għalihom; jissottolinja li l-valutazzjoni tal-2024 ta’ finanzjament fl-għamla ta’ somma f’daqqa tippreżenta data mhux ċara, li tħalli tħassib u mistoqsijiet importanti mhux imwieġba, bħall-inċertezza tal-impatt ta’ awditu <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>, filwaqt li tikkonferma oġġezzjonijiet oħra, bħaż-żieda artifiċjali fl-għadd ta’ pakketti ta’ ħidma<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Assessment of Lump Sum Funding in Horizon 2020 and Horizon Europe – Analysis of implementation data and feedback from surveys, (Valutazzjoni tal-Finanzjament fl-Għamla ta’ Somma f’Daqqa f’Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa – Analiżi tad-data tal-implimentazzjoni u feedback mill-istħarriġ), 25 ta’ Lulju 2024.Punt ewlieni ta’ kontestazzjoni kien li l-impatt sħiħ tal-finanzjament fl-għamla ta’ somma f’daqqa fuq il-proġetti mhuwiex magħruf meta jitqies li ma kien hemm l-ebda data sostanzjali dwar proġetti kompletament magħluqa. Barra minn hekk, ġie rikonoxxut kmieni li s-somom f’daqqa x’aktarx jaħdmu għal proġetti iżgħar (u proġetti b’benefiċjarju uniku), iżda l-punt ewlieni ta’ dubju huwa l-impatt tagħhom fuq proġetti akbar u aktar kumplessi. Ara per eżempju d-dikjarazzjoni konġunta tal-2021 mill-EARTO, l-EUA u s-CESAER (https://www.eua.eu/news/eua-news/eua-cesaer-and-earto-call-for-caution-in-the-use-of-lump-sum-funding-in-horizon-europe.html). L-oppożizzjoni għall-użu mifrux ta’ somom f’daqqa ġejja mill-fatt li mingħajr data sostanzjali dwar l-esperjenzi b’somom f’daqqa u mingħajr riżultati minn proġetti kbar u b’diversi benefiċjarji, l-effetti tas-somom f’daqqa fuq dawk il-proġetti mhumiex magħrufa. Għalhekk, din hija l-kwistjoni li l-valutazzjoni tal-2024 kellha tindirizza. Parti kbira mill-proġett pilota fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 involviet proġetti ta’ prova tal-kunċett (PoC) tal-ERC, li huma għotjiet żgħar b’benefiċjarju uniku. Minħabba n-natura speċifika tagħhom, il-proġetti ta’ PoC jitħallew barra mill-biċċa l-kbira tal-analiżijiet tal-finanzjament fl-għamla b’somma f’daqqa, iżda mhux minn kollha. Pereżempju, dawn jidhru li huma inklużi fl-għadd ta’ proġetti magħluqa (PoCs jirrappreżentaw 44 % tal-proġetti – ara l-paġna 8 tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-2024 – għalhekk iridu jiġu inklużi fis-96 % tal-proġetti ta’ Orizzont 2020 magħluqa – ara l-grafika 6). Dan l-użu selettiv u mhux trasparenti tad-data jagħmel il-valutazzjoni mhux konvinċenti.</FIELD></FOOTNOTE>; iqis li din il-valutazzjoni tikkonferma li l-finanzjament fl-għamla ta’ somma f’daqqa jista’ jkun simplifikazzjoni għal xi benefiċjarji, iżda mhux għalihom kollha<FOOTNOTE><FIELD> Slide 2 tal-preżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-webinar bit-titolu “Lump Sum Funding in Horizon Europe: How does it work? How to write a proposal?”’ (Finanzjament fl-għamla ta’ somma f’daqqa f’Orizzont Ewropa: Kif jaħdem? Kif tikteb proposta?), 16 ta’ Mejju 2024, 	https://ec.europa.eu/research/participants/docs/h2020-funding-guide/other/event240516.htm..Il-Kummissjoni Ewropea: EU Science & Innovation, video promozzjonali dwar somom f’daqqa bit-titolu “How to evaluate lump sum proposals:  Get started”, (Kif għandhom jiġu evalwati l-proposti ta’ somma f’daqqa: Kif tibda), 2023, https://www.youtube.com/watch?v=VsSO_s1Ec84.Il-Kummissjoni Ewropea:  EU Science & Innovation, webinar bit-titolu “Lump Sum Funding in Horizon Europe: How does it work and what are the next steps?” (Finanzjament fl-għamla ta’ somma f’daqqa f’Orizzont Ewropa: Kif jaħdem u x’inhuma l-passi li jmiss?) 2022, https://www.youtube.com/watch?v=gUFYkhxE70I. Fil-minuta 3.05, id-Direttur Will jirreferi għat-tnaqqis fir-rata ta’ żball bħala raġuni għall-użu ta’ somom f’daqqa. Fil-minuta 10.35, l-ewwel slide tal-ewwel preżentazzjoni telenka t-tnaqqis fir-rata ta’ żball bħala l-ewwel objettiv tal-użu ta’ somom f’daqqa.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iqis li s-simplifikazzjoni offruta mill-finanzjament fl-għamla ta’ somma f’daqqa tikkonsisti fit-tneħħija tal-obbligi kollha dwar ir-rappurtar tal-kostijiet reali mill-benefiċjarji lill-Kummissjoni u t-tneħħija tal-awditi finanzjarji <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> għall-proġetti; jilqa’ l-fatt li dan jirriżulta f’rata ta’ żball aktar baxxa; jissottolinja, madankollu, li r-rata ta’ żball hija għodda biex jiġi żgurat infiq xieraq tal-fondi pubbliċi u mhux għan fiha nnifisha; iwissi, f’dak il-kuntest, kontra li l-kwalità tal-infiq ta’ programm b’suċċess kbir titqiegħed f’riskju billi jiżdied l-użu ta’ somom f’daqqa malajr wisq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Josserva li d-daqs medju tal-konsorzji f’Orizzont Ewropa huwa ferm akbar minn f’Orizzont 2020<FOOTNOTE><FIELD> L-għadd medju ta’ parteċipanti f’għotja żdied minn 5,0 f’Orizzont 2020 għal 7,1 f’Orizzont Ewropa (ara:  Horizon Europe Strategic Plan 2025–2027 Analysis (Analiżi tal-Pjan Strateġiku ta’ Orizzont Ewropa 2025–2027)). Fl-istess waqt, is-sehem ta’ għotjiet kollaborattivi naqas minn 78 % f’Orizzont 2020 għal 56 % f’Orizzont Ewropa (ara l-kaxxa 9.1 tar-rapport Heitor).</FIELD></FOOTNOTE>; iqis li l-konsorzji jrawmu l-kollaborazzjoni u li konsorzji akbar jikkontribwixxu għal kollaborazzjoni usa’, u potenzjalment aktar diversa; jissottolinja, madankollu, li l-ġestjoni ta’ konsorzji akbar tirrikjedi wkoll aktar żmien u sforz kemm fil-fażi tat-tħejjija tal-proposta kif ukoll fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-proġett, li tneħħi r-riżorsi mit-twettiq tar-riċerka; iqis, barra minn hekk, li konsorzji aktar kumplessi huma anqas attraenti għall-parteċipanti ġodda biex jissieħbu magħhom, minħabba l-kumplessità u r-riżorsi kif ukoll l-esperjenza meħtieġa għall-ġestjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ programm miftuħ u aċċessibbli b’limiti baxxi għall-applikazzjoni sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ta’ parteċipanti ġodda kif ukoll ta’ SMEs; jissottolinja li aktar minn nofs il-parteċipanti SMEs f’Orizzont Ewropa huma parteċipanti ġodda<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, SME participation in Horizon Europe – Key figures (and key issues) in the first three years, (Il-parteċipazzjoni tal-SMEs f’Orizzont Ewropa – Figuri ewlenin (u kwistjonijiet ewlenin) fl-ewwel tliet snin), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>; iqis li l-piżijiet amministrattivi, iż-żmien meħtieġ għall-investimenti u l-kumplessità tal-applikazzjonijiet jirriskjaw li jiskoraġġixxu lill-SMEs milli jipparteċipaw fil-programm<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, Panel għall-Futur tax-Xjenza u t-Teknoloġija, The Horizon Europe Programme:  A strategic assessment of selected items, (Il-Programm Orizzont Ewropa: Valutazzjoni strateġika ta’ punti magħżula), 2024, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-għotjiet sempliċi, żgħar u rapidi tal-Istrument għall-SMEs fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 attira SMEs ġodda<FOOTNOTE><FIELD> Disgħin fil-mija tal-parteċipanti fl-ewwel fażi 1 tal-Istrument għall-SMEs kienu parteċipanti ġodda, filwaqt li 70 % biss tal-parteċipanti tal-Aċċelleratur tal-EIC s’issa kienu parteċipanti ġodda. Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, SME participation in Horizon Europe – Key figures (and key issues) in the first three years, (Il-parteċipazzjoni tal-SMEs f’Orizzont Ewropa – Figuri ewlenin (u kwistjonijiet ewlenin) fl-ewwel tliet snin), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Iqis li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex toħloq ġestjoni aġli iżda b’saħħitha ta’ Orizzont Ewropa, u dan wassal għal implimentazzjoni kumplessa; jistenna li r-rapport ta’ evalwazzjoni interim għandu jindirizza n-nuqqasijiet u s-soluzzjonijiet possibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Osservazzjonijiet dwar il-Pilastru 1</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-Pilastru 1 fil-promozzjoni tal-eċċellenza xjentifika u l-attrazzjoni ta’ riċerka b’livell għoli ta’ ħiliet, permezz tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) u programmi bħall-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ s-suċċess kontinwu tal-ERC; jissottolinja li s-suċċess tiegħu jiddependi mill-indipendenza tal-Kunsill Xjentifiku; jisħaq li l-aħħar ftit snin urew li l-preżenza ta’ president tal-Kunsill Xjentifiku kapaċi u li juri impenn bi kredenzjali xjentifiċi rispettati hija essenzjali għall-funzjonament u l-indipendenza tal-ERC; jinnota li s-sejħiet minn isfel għal fuq u l-governanza indipendenti tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC urew li huma ferm effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza l-ħila kemm tal-ERC kif ukoll tal-Azzjoni Marie Skłodowska-Curie li jattiraw talent xjentifiku lejn l-Ewropa; jinnota l-kontribut siewi tal-Azzjoni Marie Slodowska Curie għat-tmexxija xjentifika Ewropea; jinnota bi tħassib ir-rati ta’ suċċess baxxi fl-Azzjoni Marie Skłodowska-Curie;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jissottolinja li l-proġetti ta’ riċerka ffinanzjati fl-ambitu tal-Pilastru 1 għandhom jaderixxu mal-prinċipju ta’ “riskju għoli/gwadann kbir”; jissuġġerixxi li għandhom jiġu ċċarati l-kriterji ta’ evalwazzjoni biex jiġi żgurat strettament it-twettiq ta’ “riskju għoli/gwadann kbir” meta jiġu evalwati l-proposti ta’ riċerka; josserva li “riskju għoli” jfisser ukoll li jintużaw metodi ta’ riċerka ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza li l-infrastrutturi tar-riċerka, b’mod partikolari infrastruttura tar-riċerka diġitali, jipprovdu pjattaforma vitali għar-riċerkaturi u l-innovaturi f’dixxiplini u setturi biex jikkondividu d-data, il-metodi u l-għarfien espert, filwaqt li jrawmu l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda biex tissaħħaħ is-sovranità teknoloġika tal-Ewropa; jilqa’, b’mod partikolari f’dan ir-rigward, il-progress li sar fuq il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa u l-Cloud Ewropew tal-Mużewijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Osservazzjonijiet dwar il-Pilastru 2</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza li r-riċerka kollaborattiva tinsab fil-qalba tal-programmi qafas Ewropej; jirrikonoxxi l-importanza tal-Pilastru 2, li jservi bħala għodda strateġika vitali, irawwem il-kollaborazzjoni pan-Ewropea billi jiġbor ir-riżorsi u l-għarfien, u jallinja l-aġendi tar-R&I pubbliċi u privati; jinnota li l-kollaborazzjoni ma sseħħx mingħajr il-finanzjament tal-UE b’rata simili, filwaqt li jiġi enfasizzat il-valur miżjud uniku tal-programmi ta’ kollaborazzjoni tal-UE, b’mod partikolari billi jippermettu lill-Ewropa tindirizza l-isfidi soċjetali kumplessi u tintegra n-negozji fi ktajjen tal-valur kritiċi u madwar il-kontinent kollu; iqis li l-Pilastru 2 rawwem il-kollaborazzjoni tar-riċerka u b’mod partikolari seta’ jappoġġja aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni konġunti għall-maturità teknoloġika permezz ta’ impriżi konġunti li jikkontribwixxi għall-kompetittività tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Iqis il-Pilastru 2 bħala għodda strateġika li tippermetti kollaborazzjoni pan-Ewropea u l-ġbir tar-riżorsi u tal-għarfien, filwaqt li tattira l-investimenti privati u li tgħaqqad il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati madwar l-Ewropa biex jiġu indirizzati l-isfidi kumplessi soċjetali; jemmen li huwa importanti li dawn il-kollaborazzjonijiet ikomplu jiġu appoġġjati; jirrikonoxxi, madankollu, il-kumplessità tal-Pilastru 2; jemmen li l-implimentazzjoni ta’ dan il-pilastru tibqa’ kumplessa wisq u għandha tittejjeb, tiġi ssimplifikata u razzjonalizzata bil-għan li jiġu indirizzati r-riżultati aktar milli jiġi indirizzat l-infiq biss; jinnota li l-għadd ta’ strumenti involuti bħal għadd kbir ta’ sħubijiet, l-implimentazzjoni kumplessa, l-implimentazzjoni amministrattiva minn fuq għal isfel tal-missjonijiet, u l-ħafna bidliet baġitarji rriżultaw f’kumplessità bla bżonn li tiskoraġġixxi lill-applikanti, u speċjalment lill-parteċipanti ġodda, milli jipparteċipaw; jenfasizza l-importanza tal-aċċessibbiltà ta’ dawn l-istrumenti, b’mod partikolari għall-SMEs minn madwar ir-reġjuni Ewropej kollha, sabiex tkun permessa l-parteċipazzjoni għar-riċerkaturi u l-innovaturi eċċellenti kollha kif ukoll biex jitrawmu l-kapaċitajiet ta’ assorbiment tal-kumpaniji; jilqa’ t-tħabbira tal-ibbilanċjar mill-ġdid fil-Pilastru 2 lejn ekwilibriju aħjar bejn it-tipi differenti ta’ attivitajiet tar-R&I, mir-riċerka fundamentali għall-innovazzjoni orjentata lejn is-suq, kif imħabbar fit-tieni pjan strateġiku għal Orizzont Ewropa; jinnota f’dak il-kuntest il-konklużjoni fl-opinjoni tal-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar l-10 Programm Qafas li l-istruttura tar-Raggruppament ta’ Orizzont Ewropa toħloq ostaklu bla bżonn għall-parteċipanti li qed ifittxu finanzjament, b’mod partikolari parteċipanti ġodda, kif ukoll il-konklużjoni tar-rapport Draghi li l-programm għandu jikkonsolida l-attivitajiet frammentati u eteroġeni ġenerali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Osservazzjonijiet dwar il-Pilastru 3</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-espansjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-eżiti tar-riċerka għadhom l-akbar sfida tal-Ewropa; ifakkar fir-rwol deċiżiv tal-intraprenditorija, pereżempju fl-isfruttament kummerċjali u ekonomiku ta’ riċerka applikata eċċellenti f’innovazzjoni rivoluzzjonarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza li l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni qed jelimina diskrepanza fl-investiment rikonoxxuta sew għal finanzjament ta’ espansjoni għall-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Evaluation study of the European framework programmes for research and innovation for an innovative Europe – Report phase 2 (support study for the interim evaluation of Horizon Europe) (Studju ta’ evalwazzjoni tal-programmi qafas Ewropej għar-riċerka u l-innovazzjoni għal Ewropa innovattiva – Rapport ta’ fażi 2 (studju ta’ appoġġ għall-evalwazzjoni interim ta’ Orizzont)), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, p. 98.</FIELD></FOOTNOTE>; jieħu nota tar-rata ta’ suċċess ferm baxxa fl-ambitu tal-EIC u jqis li din hija konferma tar-rilevanza tal-finanzjament tal-EIC kif ukoll bħala sinjal ta’ tħassib tan-nuqqas ta’ finanzjament tal-programm; jilqa’ l-fatt li l-EIC kien tlesta bħala strument bl-introduzzjoni tal-attivitajiet ta’ tranżizzjoni minħabba li dawn itemmu l-vjaġġ tal-innovatur minn idea bikrija sat-tkabbir bl-iffaċilitar tal-maturità u l-validazzjoni tat-teknoloġija; jissottolinja l-kwalità u r-rilevanza tal-parir ipprovdut mill-Bord tal-EIC u jfakkar f’dan ir-rigward dwar l-importanza tal-parir tal-esperti biex tiġi ggwidata l-implimentazzjoni tal-programm qafas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iqis li l-EIC huwa strument meħtieġ u eċċellenti fil-prinċipju; jaqbel li s-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tal-EIC, l-attrazzjoni ta’ investimenti privati u l-appoġġ tal-kummerċjalizzazzjoni tar-riċerka huma fiċ-ċentru tal-Pilastru 3, kif ikkonfermat mir-rapport Heitor; jiddispjaċih, madankollu, għall-fatt li l-Kummissjoni ħadet xi deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni li ddevjaw l-EIC mill-iskop intiż tiegħu li jgħin lil kumpaniji jespandu; jirrikonoxxi li l-EIC għandu jkollu l-flessibbiltà biex b’mod strateġiku jimmassimizza l-potenzjal tiegħu li jappoġġja teknoloġija rivoluzzjonarja; jemmen bis-sħiħ li l-EIC jista’ jikseb il-potenzjal sħiħ tiegħu jekk l-ambjent legali u istituzzjonali tal-programm jiġi ċċarat u msaħħaħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jiddispjaċih li mhux ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Parlament stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni ġew implimentati, b’mod partikolari r-rakkomandazzjoni li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-modi biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-EIC, filwaqt li jitqies bħala għażla l-istabbiliment ta’ korp indipendenti tal-UE skont l-Artikolu 187 tat-TFUE bħala l-entità ewlenija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-EIC; jiddispjaċih, barra minn hekk, li r-rakkomandazzjoni tiegħu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kemm tal-komponent tal-ekwità kif ukoll dak tal-għotja bil-koordinazzjoni diretta bejn iż-żewġ komponenti ġiet injorata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għax-xogħol tal-maniġers tal-programm fl-EIC; jemmen bis-sħiħ fl-approċċ tal-intelliġenza strateġika żviluppata mill-esperti b’għarfien espert rikonoxxut b’mod wiesgħa fil-qasam għall-programmazzjoni effettiva ta’ sejħiet strateġiċi bbażati fuq l-isfidi; japprezza, b’mod partikolari, ix-xogħol li sar mill-maniġers tal-programm biex jgħinu lill-proġetti jsibu u jwettqu valur miżjud billi għaqqdu l-proġetti ma’ interess komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>jinnota l-valutazzjonijiet ġeneralment pożittivi (b’mod partikolari f’termini ta’ valur miżjud tal-UE) li saru minn esperti indipendenti tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI); jinnota li l-KKI tal-EIT jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-edukazzjoni għolja u n-negozju kif ukoll biex jeliminaw id-“diskrepanza fil-ħiliet”, u li għandhom jiġu esplorati sinerġiji mal-akkademiji introdotti fil-leġiżlazzjoni reċenti tal-UE (eż. l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti, l-Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika u l-Pakkett dwar iċ-Ċibersigurtà); jenfasizza, barra minn hekk, li l-attivitajiet tal-iskema ta’ innovazzjoni reġjonali (RIS) tal-EIT jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-distakk tal-kapaċità fl-innovazzjoni Ewropea; ifakkar li għandhom jinħolqu aktar sinerġiji biex jitnaqqas id-distakk fl-innovazzjoni bejn l-EIT u azzjonijiet oħra bħall-azzjoni preparatorja tal-UE bit-titolu “Innovazzjoni għal trasformazzjoni bbażata fuq il-post” u jemmen li l-KKI tal-EIT jistgħu jtejbu s-sinerġiji fi ħdan il-programm qafas (fl-attivitajiet tal-Pilastru 3 u bejn il-pilastri), u jistabbilixxu sinerġiji konkreti bejn l-innovazzjoni mmexxija mill-eċċellenza u dik ibbażata fuq il-post, pereżempju permezz tal-implimentazzjoni tas-suċċessuri tal-attivitajiet tar-R&I mmexxija mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, bħall-istrument għall-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni (I3);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>B’dispjaċir jikkonkludi, barra minn hekk, li r-rilevanza tal-EIT bħala programm qed tiġi kkontestata minn diversi partijiet interessati, inkluż minn xi wħud mill-akbar benefiċjarji tiegħu; jissottolinja li fil-prinċipju l-kunċett ta’ komunitajiet ta’ konoxxenza u innovazzjoni huwa apprezzat mill-partijiet ikkonċernati bħala strument utli għall-iżvilupp u l-integrazzjoni ta’ ekosistema ta’ innovazzjoni effettiva; iqis li ż-żewġ tipi ta’ punti ta’ tħassib ewlenin li tqajmu huma r-rekwiżit ta’ awtosostenibbiltà finanzjarja għall-KKI<FOOTNOTE><FIELD> Ara pereżempju l-viżjoni tal-Assoċjazzjoni Universitarja Ewropea għall-10 Programm Qafas, paġna 14: https://www.eua.eu/publications/positions/paving-the-way-for-impactful-european-r-i.html.</FIELD></FOOTNOTE> u l-ġestjoni ċentrali mill-organizzazzjoni tal-EIT li hija wisq burokratika, ta’ piż u li toħloq diffikultajiet fil-governanza għall-KKI<FOOTNOTE><FIELD> Ara pereżempju l-pożizzjoni tal-Fraunhofer Gesellschaft: https://www.fraunhofer.de/content/dam/zv/en/institutes/international/brussels/finalpapers/Fraunhofer_PositionPaper_EIT.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jikkonkludi li għal ħafna partijiet ikkonċernati l-kostijiet finanzjarji u oħrajn, inkluż il-piż kbir ta’ parteċipazzjoni f’KKI, jegħlbu l-benefiċċji ta’ appoġġ relattivament żgħir għall-finanzjament rilevanti għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jiddispjaċih li, għalkemm diġà saru xi sforzi, is-sinerġiji bejn l-EIC, l-EIT u l-ERC mhumiex żviluppati biżżejjed;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Osservazzjonijiet dwar il-Parti 4</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-parteċipazzjoni tal-entitajiet mill-pajjiżi tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni żdiedet f’Orizzont Ewropa; jirrikonoxxi li għad hemm distakk fl-innovazzjoni, għalkemm kien hemm tnaqqis żgħir fid-disparitajiet fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa, minkejja żewġ deċennji ta’ twessigħ tal-isforzi; jissottolinja madankollu li l-eżistenza ta’ din id-diskrepanza fl-innovazzjoni fl-Ewropa għandha konsegwenzi negattivi għall-UE kollha kemm hi minħabba li jfisser li t-talent disponibbli jibqa’ ma jintużax u wieħed jista’ jistenna li d-disparitajiet ekonomiċi fl-UE jkomplu jikbru; jinnota li dan il-livell baxx ta’ parteċipazzjoni jista’ jiġi parzjalment spjegat minn fatturi strutturali, inkluż investiment pubbliku nazzjonali inadegwat fir-R&Ż, li jimmina l-effettività tas-sistemi tar-R&I nazzjonali, kif rifless minn punteġġi baxxi fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Ewropea tal-Innovazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li hemm rabta bejn livelli għoljin ta’ parteċipazzjoni tal-Programm Qafas u livelli għoljin ta’ investiment pubbliku nazzjonali fir-R&Ż; jemmen bis-sħiħ li mingħajr riformi nazzjonali, id-diskrepanza fl-innovazzjoni ma tistax titnaqqas, irrispettivament mill-isforzi li jsiru fil-livell Ewropew, u jirreferi għar-Rapport Speċjali 09/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar din il-kwistjoni; jirrikonoxxi li huma meħtieġa mekkaniżmi ġodda u aktar effettivi biex jiżdied it-twessigħ, iżda li l-finanzjament għal dawn l-azzjonijiet għandu jiġi primarjament mil-livell nazzjonali u jkun komplementat mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Att dwar iż-ŻER li jmiss jistabbilixxi obbligi b’saħħithom għall-Istati Membri biex itejbu l-funzjonament tas-sistema tar-R&I tagħhom sabiex jeliminaw prestazzjoni ta’ livell mhux xieraq minħabba sfidi strutturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tas-Siġill ta’ Eċċellenza fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa; iqis li s-Siġill parzjalment jimmitiga l-kwistjoni persistenti ta’ sottofinanzjament f’Orizzont Ewropa, li xxekkel b’mod sinifikanti l-kapaċità li jiġu appoġġjati b’mod adegwat il-proposti kollha ta’ kwalità għolja; jirrikonoxxi barra minn hekk li s-Siġill jista’ jikkontribwixxi għat-titjib tal-parteċipazzjoni relattiva tar-riċerkaturi minn pajjiżi li qed jikbru; jenfasizza madankollu li s-Siġill ma jistax jitqies bħala sostitut għal appoġġ finanzjarju dirett, b’mod partikolari minħabba li s-Siġill mhuwiex garanzija għall-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li ekosistema tal-innovazzjoni Ewropea b’saħħitha tirrikjedi ekosistemi ta’ innovazzjoni bbażati fuq il-post b’saħħithom u konnessi tajjeb u li ekosistema tal-innovazzjoni Ewropea konnessa aħjar se tkun essenzjali għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-Ewropa, ir-reżiljenza u l-awtonomija strateġika tagħha; jirrikonoxxi li l-kollaborazzjoni bejn l-ekosistemi territorjali tippermetti lir-reġjuni Ewropej jużaw il-vantaġġi kombinati tagħhom biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi b’mod aktar effiċjenti; jissottolinja li din il-kollaborazzjoni taċċellera wkoll il-kummerċjalizzazzjoni u t-tkabbir tat-teknoloġiji filwaqt li tagħti spinta lill-kompetittività tal-UE anke fuq livell globali; jirrikonoxxi r-rwol vitali tal-organizzazzjonijiet ta’ riċerka pubblika, inklużi universitajiet, bħala xpruntaturi tal-innovazzjoni bbażata fuq il-post;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Osservazzjonijiet dwar missjonijiet u sħubijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-komunikazzjoni tax-xjenza tal-missjonijiet u l-ħtieġa li dan ikompli jissaħħaħ għax dan se jqarreb ir-riżultati tar-riċerka mas-soċjetà u jgħin biex tiġi indirizzata l-isfida tan-nuqqas ta’ fiduċja fir-R&I, filwaqt li simultanjament jgħin biex tinkiseb approvazzjoni soċjetali għall-investimenti pubbliċi fir-R&I; ifakkar li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Missjonijiet tal-UE sentejn wara: valutazzjoni tal-progress u t-triq ’il quddiem” ma kinitx tikkostitwixxi valutazzjoni pożittiva tal-missjonijiet u kkonkludiet li l-missjonijiet fallew fir-rigward ta’ objettivi ewlenin bħal finanzjament kollettiv estern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Ifakkar fir-rwol fundamentali tas-sħubijiet fit-tlaqqigħ tal-Kummissjoni ma’ sħab privati u/jew pubbliċi, u huwa tal-opinjoni li jeħtiġilhom jirċievu appoġġ kontinwu b’mira u ambitu definiti; jenfasizza wkoll li l-istrutturi tal-governanza tas-sħubija pubblika-privata għandhom jiġu ssimplifikati biex jiġi evitat piż bla bżonn u tissaħħaħ l-enfasi fuq il-prijoritajiet ewlenin; iqis l-impriżi konġunti bħala strumenti utli ħafna biex irawmu koordinazzjoni u allinjament aħjar tal-aġendi tar-riċerka madwar l-UE kollha, kif ukoll biex irawmu l-koinvestiment fir-R&Ż bejn is-settur pubbliku u dak privat; jinnota b’dispjaċir li l-Impriżi Konġunti għadhom ma waslux għal infiq akbar fuq ir-R&Ż mill-industrija Ewropea inġenerali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet għall-parti li jifdal ta’ Orizzont Ewropa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota li ma saret l-ebda bidla sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-missjonijiet minn mindu ġiet ippubblikata l-komunikazzjoni; jikkonkludi li l-approċċ attwali għall-missjonijiet mhuwiex orjentat biżżejjed lejn it-trawwim ta’ ideat kreattivi ġodda u tar-R&I biex jiġu indirizzati l-isfidi; jemmen li l-programmazzjoni orjentata lejn il-missjoni għandu jkollha objettivi li jistgħu jintlaħqu permezz tar-R&I, għandha tiġi implimentata permezz ta’ sejħiet miftuħa għal ideat minn isfel għal fuq biex tintlaħaq il-missjoni u għandha tiġi ġestita permezz ta’ approċċ ta’ portafoll li jibni fuq l-esperjenza tal-maniġers tal-programmi tal-EIC; iqis li l-ipprogrammar orjentat lejn il-missjonijiet għandu l-ewwel u qabel kollox ikun approċċ ġdid għall-ipprogrammar tar-riċerka li jpoġġi aktar enfasi fuq ideat ta’ riċerka minn isfel għal fuq, li jrawwem l-interdixxiplinarjetà u b’mod partikolari joħloq spazju għal sinerġiji bejn l-attivitajiet immexxija mix-Xjenzi Soċjali, Umanistiċi u l-Arti (SSHA) u mmexxija mit-teknoloġija, biex jiġu indirizzati l-problemi; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiggwida dan l-approċċ fis-snin li jifdal ta’ Orizzont Ewropa billi tonfoq il-maġġoranza tal-fondi allokati għall-missjonijiet permezz ta’ sejħiet ifformulati b’mod miftuħ li jistiednu proposti għal attivitajiet tar-R&I li jistgħu jikkontribwixxu għall-kisba ta’ objettiv speċifiku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra jekk huwiex xieraq li tkompli tiffinanzja kull missjoni fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa u ssib finanzjament u appoġġ addizzjonali għat-tkomplija tal-missjonijiet f’partijiet oħra tal-baġit tal-UE u fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali, fejn xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jappoġġja l-proposta fir-rapport Heitor li tiġi stabbilita unità sperimentali fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa sabiex jiġu esperimentati metodi u strumenti ta’ implimentazzjoni ġodda sabiex titrawwem is-simplifikazzjoni reali għall-parteċipanti u tiġi żviluppata implimentazzjoni aktar aġli tal-programm; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tniedi, mill-2025, task force biex issaħħaħ l-effikaċja tas-Semestru Ewropew, f’konformità mas-sehem tal-UE lejn il-mira ta’ 3 %, kif deskritt b’mod ċar fir-rapporti Draghi u Heitor u mtenni mill-mexxejja Ewropej fid-Dikjarazzjoni ta’ Budapest dwar il-Patt Ġdid dwar il-Kompetittività Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tkompli tuża finanzjament fl-għamla ta’ somma f’daqqa taħt Orizzont Ewropa, u tapplikah għall-benefiċjarji li għalihom il-valutazzjonijiet juru li huwa esperjenzat b’mod ċar bħala simplifikazzjoni, bħal SMEs u proġetti li għalihom hemm evidenza soda li hija simplifikazzjoni ġenwina; jenfasizza f’dan ir-rigward li ż-żieda intenzjonata fl-użu ta’ somom f’daqqa għall-programm ta’ ħidma 2026-2027 tibqa’ dubjuża minħabba t-tħassib u n-nuqqas ta’ għarfien eżistenti dwar l-impatt ta’ somom f’daqqa fir-rigward tas-simplifikazzjoni li joffru lil xi benefiċjarji u l-impatt tagħhom fuq il-kwalità tal-proġetti ffinanzjati; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura użu sod u effiċjenti tal-fondi tal-UE qabel ma żżid is-sehem tal-infiq tal-baġit ta’ Orizzont Ewropa permezz ta’ somom f’daqqa fl-aħħar snin ta’ Orizzont Ewropa u tesplora t-titjib ulterjuri tas-sistema biex tiżgura li l-finanzjament fl-għamla ta’ somma f’daqqa jwassal għal simplifikazzjoni ġenwina għall-benefiċjarji; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jiġi ddefinit l-ambitu ta’ kontrolli <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> għal għotjiet fl-għamla ta’ somma f’daqqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jappoġġja t-talba urġenti tar-rapport Heitor biex tiġi introdotta linja ta’ kofinanzjament “Choose Europe” u biex sal-2035 l-“eżodu ta’ mħuħ Ewropew” attwali jinbidel f’“kisba ta’ mħuħ”, filwaqt li jinnota li din għandha titqies bħala opportunità ewlenija u unika għall-Ewropa fil-kuntest ġeopolitiku inċert attwali, b’mod partikolari wara l-elezzjoni reċenti tal-Istati Uniti, u għalhekk għandha tiġi implimentata b’mod urġenti mill-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni treġġa’ lura l-awtonomija u l-aġilità tal-EIC mingħajr dewmien sabiex teħles mill-proċessi kumplessi eżistenti li jwasslu għal livell aktar baxx ta’ implimentazzjoni; jemmen li l-attivitajiet ta’ tranżazzjoni tal-EIC għandhom ikunu miftuħa għal proposti bbażati fuq ir-riżultati minn kwalunkwe proġett tal-PQ, irrispettivament minn liema parti tal-programm iffinanzjat dak il-proġett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, biex tibbaża fuq il-premessa 72 tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa ħalli tieħu azzjoni biex ikun hemm aktar rispett għal-libertà akkademika fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi assoċjati, b’mod partikolari biex tużaha bħala bażi ħalli tindirizza b’mod miftuħ u dirett il-ksur evidenti tal-libertà akkademika mill-gvernijiet nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jirrakkomanda li l-użu tal-prinċipju “La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti” għandu jkun akkumpanjat minn gwida dettaljata mill-Kummissjoni dwar kif se tiġi evalwata l-konformità mal-prinċipju fil-kuntest tas-sejħa speċifika li fiha jintuża l-prinċipju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet għall-10 Programm Qafas għar-Riċerka</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jitlob li l-10 Programm Qafas ikun programm awtonomu tal-UE, fil-kuntest tad-diskussjoni li jmiss tal-Fond għall-Kompetittività antiċipat ħafna, kif imħabbar mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen fid-diskors tagħha tas-17 ta’ Lulju 2024 fi Strażburgu, iddedikat għall-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku strateġiku tal-UE, b’baġit sostanzjalment ogħla li jkun xieraq biex tintlaħaq il-mira ta’ nfiq ta’ 3 % tal-PDG u suffiċjenti biex jiffinanzja mill-inqas 75 % tal-proposti eċċellenti<FOOTNOTE><FIELD> Jissottolinja li t-tibdil tal-livell limitu għal “eċċellenti” sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 75 % mingħajr ma jiżdied il-baġit ma jkunx approċċ aċċettabbli.</FIELD></FOOTNOTE> ppreżentati; jirrakkomanda li l-10 Programm Qafas jiffoka fuq tliet objettivi ewlenin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>il-ħolqien ta’ kompetizzjoni Ewropea ta’ ideat, u gwida biex jitħaffef l-iżvilupp mix-xjenza fundamentali għall-espansjoni tal-innovazzjoni, l-għoti ta’ appoġġ għar-riċerka bażika u blu kif ukoll it-tisħiħ tal-użu u l-isfruttament ta’ soluzzjonijiet innovattivi,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-appoġġ għal inizjattivi ta’ riċerka strateġika li jeħtieġu kollaborazzjoni fuq skala kbira u Ewropea, peress li l-kapaċità tal-programm li jipprijoritizza dawn l-inizjattivi se tkun ta’ importanza kbira għall-kapaċità tal-Ewropa li tindirizza l-isfidi soċjetali li qed tiffaċċja kif ukoll għall-industrija Ewropea u l-SMEs, inkluż għall-maturazzjoni teknoloġika u t-trawwim tal-ekosistemi Ewropej, biex jiġi indirizzat id-distakk fil-kompetittività mal-kompetituri globali tagħna, b’enfasi fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġiji avvanzati innovattivi prijoritarji u t-tisrif tagħhom f’applikazzjonijiet konkreti ta’ prodotti, proċessi u servizzi innovattivi,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>l-avvanz taż-ŻER, inkluż billi jiġi indirizzat id-distakk tal-innovazzjoni fl-Ewropa;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni tal-programm orjentata lejn l-utent, effettiva, effiċjenti u mmexxija mix-xjenza, inkluż billi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>tiġi implimentata governanza msaħħa, ispirata mis-sejbiet tal-grupp ta’ esperti Heitor u r-rapport Draghi, li tindirizza l-ħtieġa li tittejjeb l-aġilità tal-programm, li għandha:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>i.</SYMBOL>tkun orjentata lejn l-iffaċilitar tal-aħjar xjenza, l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-innovazzjoni,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>ii.</SYMBOL>tikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-UE skont it-termini tax-xjenza u l-innovazzjoni,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>iii.</SYMBOL>tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ awtogovernanza, li permezz tagħha speċjalisti indipendenti rikonoxxuti mill-qasam rilevanti li jaġixxu fl-interess pubbliku jistgħu jagħtu pariri dwar kif ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-kisba tal-prijoritajiet ta’ politika stabbiliti minn dawk li jfasslu l-politika; jirrakkomanda, bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ dan il-prinċipju, li jiġu stabbiliti Kunsilli ġodda f’konformità mar-rapport Heitor biex jagħtu pariri esperti dwar il-prijoritajiet strateġiċi tal-programm kif ukoll dwar il-formulazzjoni ta’ testi tas-sejħiet biex tiġi żgurata l-kwalità tagħhom,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jiġu inklużi pożizzjonijiet għall-maniġers għall-EIC, komparabbli għall-maniġers tal-programmi fl-aġenziji Amerikani bi stil ARPA, li jkunu esperti maħtura minn barra l-Kummissjoni b’rekord ippruvat fil-qasam rilevanti, maħtura għal perjodu definit minn qabel, bħala konsulenti speċjali għall-Kummissarju responsabbli għar-riċerka u l-innovazzjoni biex tiġi żgurata l-anzjanità tagħhom fil-Kummissjoni, biex jimmanġġjaw portafolli viżjonarji strateġiċi ta’ proġetti, irawmu l-kollaborazzjoni bejn il-proġetti meta rilevanti matul il-programm kollu għall-benefiċċju reċiproku tagħhom u jistabbilixxu sfidi bbażati fuq intelliġenza strateġika u bil-ħsieb li jrawmu tmexxija globali għall-Ewropa f’oqsma speċifiċi tal-qasam tagħhom,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>tiġi implimentata simplifikazzjoni radikali fil-ħidma amministrattiva relatata mal-applikazzjoni għal proġetti tal-10 Programm Qafas u l-ġestjoni tagħhom, b’segwitu tal-proposta tar-rapport Heitor li l-ewwel tingħata fiduċja u wara jsiru l-kontrolli għas-sistema tal-applikazzjoni kif ukoll li l-informazzjoni mitluba fl-applikazzjonijiet tinżamm għal minimu assolut – l-ebda informazzjoni li mhijiex assolutament meħtieġa għal evalwazzjoni kwalitattiva tajba tal-kwalità xjentifika jew innovattiva ta’ proposta ma għandha tiġi inkluża fl-istadju tal-proposta,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>il-promozzjoni ta’ sinerġiji u programmazzjoni u implimentazzjoni kkoordinati ma’ programmi u politiki settorjali oħra b’mod partikolari mal-politika industrijali ġdida futura u l-proġetti importanti li jmiss ta’ interess Ewropew komuni li jittrattaw ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jirrakkomanda li l-pjanijiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala kriterji ta’ eliġibbiltà għall-finanzjament għandhom jinżammu fl-10 Programm Qafas fil-forma attwali tagħhom bħala element permanenti u integrali tar-rekwiżiti ta’ finanzjament tar-riċerka tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jirrakkomanda li l-objettiv ġenerali dwar l-avvanz taż-ŻER għandu jwassal għall-iżvilupp ta’ ŻER eċċellenti, unifikata u li tiffunzjona tajjeb li tattira t-talent, tintegra parteċipanti ġodda fin-networks eżistenti u tipprovdi aċċess għal infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija ewlenin fid-dinja filwaqt li tibqa’ miftuħa għal proposti ta’ riċerka eċċellenti irrispettivament mill-istituzzjoni ta’ riċerka ta’ appoġġ u tappoġġja programmi ta’ riċerka bikrija konġunti ma’ finanzjaturi nazzjonali; jissottolinja li l-Att dwar iż-ŻER li jmiss jeħtieġ li jiżgura żieda fl-investimenti nazzjonali, ir-riformi nazzjonali u l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-moviment liberu tal-għarfien, it-teknoloġija u r-riżorsi, biex joħloq il-kundizzjonijiet għall-10 Programm Qafas biex tiġi appoġġjata l-kisba ta’ ŻER li tiffunzjona tajjeb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Iqis li l-programmi tal-Infrastrutturi tar-Riċerka, il-COST u l-Ħolqien ta’ Timijiet għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta’ dan l-objettiv ġenerali; huwa konvint li l-10 Programm Qafas għandu jipprevedi strument għal investimenti strateġiċi fl-infrastrutturi tat-teknoloġija; jemmen li l-MSCA hija strument kruċjali biex jintlaħaq dan l-objettiv peress li tiffaċilita l-mobilità madwar l-UE u bejn is-setturi tal-aħjar u l-aktar setturi intelliġenti li jintgħażlu abbażi tal-eċċellenza tal-proposta tagħhom; jemmen li, biex tiżdied l-integrazzjoni taż-ŻER, fil-programm għandha tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni ta’ entitajiet minn oqsma bi prestazzjoni baxxa fir-riċerka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li l-10 Programm Qafas għandu jinkludi programm Ewropew ġdid stabbilit ta’ fellowship għar-riċerkaturi f’riskju, li jinkorpora t-tagħlimiet meħuda mill-azzjoni preparatorja li għaddejja bħalissa, biex jinkiseb dan l-objettiv ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Ikompli jappoġġja l-approċċ tat-triangolu tal-għarfien tal-EIT biex titrawwem l-innovazzjoni fl-Ewropa; jemmen li EIT riformat u ffukat mill-ġdid għandu jikkontribwixxi għal kisba ta’ dan l-objettiv ġenerali, minħabba r-rwol partikolari tiegħu tal-integrazzjoni tal-ekosistema ta’ innovazzjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jemmen li fl-10 Programm Qafas, l-ERC u l-EIC estiżi u interkonnessi għandhom ikunu l-mutur għal kompetizzjoni Ewropea tal-ideat u li żieda fil-baġits tagħhom għandha tingħata prijorità fil-baġit tal-10 Programm Qafas; jirrakkomanda li dawn il-programmi jitfasslu b’tali mod li joħolqu innovazzjoni f’forma ta’ lembut minn isfel għal fuq Ewropea biex tiżviluppa malajr minn xjenza fundamentali għal innovazzjoni tat-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Iqis li l-EIC jista’ jirnexxi biss jekk ikun jista’ (i) joffri finanzjament imħallat bħala proġett uniku u (ii) jaġixxi bl-istess prevedibbiltà u aġilità bħall-atturi privati fis-suq tal-kapital ta’ riskju permezz ta’ entità ġuridika mfassla apposta għall-implimentazzjoni tiegħu; jissottolinja li l-awtonomija msaħħa u l-awtogovernanza kemm tal-ERC kif ukoll tal-EIC huma kruċjali biex jinkiseb dan; iqis f’dan ir-rigward li jridu jiġu investigati għażliet ġodda biex jiġu żgurati l-indipendenza u l-istabbiltà fit-tul tagħhom, bħall-ħolqien ta’ entitajiet legali ddedikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Iqis li l-espansjoni tal-EIC u tal-ERC għandha tinkludi finanzjament akbar għal proġetti ta’ riċerka mingħajr għan preċiż (blue sky), kollaborattiva u bikrija; jirrakkomanda li din l-espansjoni tiffinanzja proġetti u konsorzji iżgħar sabiex tnaqqas l-ostaklu għall-parteċipazzjoni, iżżid ir-rata ta’ suċċess u tħeġġeġ l-esperimentazzjoni b’ideat u kollaborazzjonijiet ġodda; iqis li kemm il-Pathfinder tal-EIC kif ukoll l-Għotjiet ta’ Sinerġija tal-ERC għandhom rwol f’dan l-ispazju estiż għal riċerka kollaborattiva minn isfel għal fuq; jissottolinja li l-Pathfinder tal-EIC għandu jkompli jiffinanzja l-Isfidi, iżda dawn għandhom jiġu riformati minn sejħiet ibbażati fuq Sfida għal Sfidi bi stil ARPA, li jħalli spazju għal proposti minn isfel għal fuq filwaqt li jiġi assigurat l-iżvilupp tat-teknoloġija strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal l-10 Programm Qafas b’tali mod li jkun jista’ jappoġġja b’mod effettiv ir-riċerka strateġika, l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-inizjattivi ta’ skjerament, filwaqt li tiffoka fuq għadd limitat ta’ prijoritajiet biex tappoġġja l-kompetittività bbażata fuq ir-riċerka u r-reżiljenza ta’ setturi ewlenin fl-ekonomija Ewropea kif ukoll biex tindirizza l-isfidi soċjetali bl-2040 bħala l-orizzont ta’ żmien u li jeħtieġu kollaborazzjoni transfruntiera minħabba l-iskala u l-kumplessità tal-kwistjoni inkwistjoni; jemmen li dawn l-inizjattivi jistgħu jieħdu l-forma ta’ (i) programmi soċjetali orjentati lejn il-missjoni li jindirizzaw sfidi soċjoekonomiċi u/jew ekoloġiċi, (ii) programmi teknoloġiċi orjentati lejn il-missjoni biex jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta’ teknoloġiji strateġiċi fl-Ewropa, u (iii) impriżi konġunti biex jiġu żgurati investimenti konġunti mis-settur privat, l-Istati Membri u l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Huwa konvint ukoll li għandu jibqa’ disponibbli sehem tal-baġit ta’ din il-parti tal-10 Programm Qafas għal sejħiet kollaborattivi ta’ Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika ogħla biex tiġi appoġġjata l-kollaborazzjoni strateġika mhux koperta fl-inizjattivi strateġiċi, b’mod partikolari dan il-baġit jista’ jintuża għal sejħiet strateġiċi żviluppati mill-maniġers tal-programmi biex tkompli tiġi żviluppata ekosistema emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jenfasizza li l-programmi orjentati lejn il-missjoni fl-ambitu tal-10 Programm Qafas għandhom ikunu fundamentalment organizzati b’mod differenti mill-missjonijiet attwali f’Orizzont Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta programmi orjentati lejn il-missjonijiet taħt l-10 Programm Qafas li jistabbilixxu objettivi li jistgħu jintlaħqu permezz tar-R&I, implimentati permezz ta’ sejħiet miftuħa għal ideat minn isfel għal fuq, li jrawmu l-interdixxiplinarjetà, inkluż bejn attivitajiet xprunati mill-SSHA u dawk xprunati mit-teknoloġija, biex tinkiseb il-missjoni, u ġestiti permezz ta’ approċċ ta’ portafoll li jibni fuq l-esperjenza tal-proġett pilota taħt Orizzont Ewropa; jissottolinja li l-ġestjoni b’suċċess ta’ dawn il-programmi orjentati lejn il-missjonijiet tirrikjedi għarfien espert eċċellenti dwar is-suġġett tal-missjonijiet aktar milli għarfien espert ġeneriku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jenfasizza li l-proċeduri għall-kisba ta’ appoġġ taħt l-10 Programm Qafas iridu jkunu allinjati mar-realtajiet tal-kumpaniji; huwa tal-fehma li, għal dan l-għan, proċedura ta’ applikazzjoni orjentata lejn l-industrija, li tibni fuq l-esperjenza tar-Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni minn Orizzont 2020, għandha terġa’ tiġi introdotta taħt l-10 Programm Qafas, b’mod partikolari fejn il-programm għandu l-għan li jappoġġja inizjattivi strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Huwa konvint li approċċ strateġiku għall-kooperazzjoni internazzjonali huwa importanti aktar minn qatt qabel; jemmen li l-kollaborazzjoni globali fix-xjenza hija essenzjali għall-iżvilupp tal-għarfien tal-umanità, iżda ma tistax titwettaq b’mod inġenwu; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżviluppa qafas ta’ politika strateġika ċar għad-deċiżjonijiet tagħha dwar il-kollaborazzjoni internazzjonali li jinkludi (i) politika ċara dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi terzi li tirrikonoxxi li l-assoċjazzjoni hija għodda għas-sħubijiet politiċi, (ii) proċess strutturat għad-determinazzjoni ta’ kif jeħtieġ li jkunu l-proġetti miftuħa jew magħluqa tal-10 Programm Qafas biex irawmu l-aħjar riċerka possibbli filwaqt li jikkunsidraw ukoll l-interessi strateġiċi tal-UE, u (iii) pjan biex tingħata spinta lill-kollaborazzjoni globali permezz tal-programm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-konformità tal-10 Programm Qafas mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sigurtà tar-riċerka; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fl-approċċ strateġiku jekk il-bilanċ it-tajjeb bejn is-sigurtà u l-element ta’ ftuħ jistax jinkiseb bl-aħjar mod fil-livell tal-programmi, is-sejħiet jew il-proġetti magħżula; jemmen ukoll li, lil hinn mill-aġilità tal-programm qafas innifsu, l-għoti ta’ reżiljenza jrid jiġi integrat biex isir parti integrali mill-attivitajiet kollha ta’ riċerka applikata, żvilupp u innovazzjoni tal-programm qafas li jmiss, b’mod differenzjat skont is-suġġett u t-tip ta’ attività; jemmen b’mod partikolari li l-attivitajiet ta’ innovazzjoni qrib is-suq iridu jqisu r-riskju ta’ dipendenza akbar fuq pajjiżi terzi li jirriżultaw minnhom, u l-awtonomija strateġika msaħħa meħtieġa tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jirrakkomanda, fil-prinċipju, li tinżamm in-natura ċivili tal-programm ta’ qafas li jmiss u jħalli s-sejħiet speċifikament għal applikazzjonijiet ta’ difiża għas-suċċessur tal-Fond Ewropew tad-Difiża; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar l-għażliet sabiex issaħħaħ is-sinerġiji bejn l-infiq fuq ir-R&Ż ċivili u fuq id-difiża; jistieden, b’mod partikolari, lill-Kummissjoni tesplora kif l-isfruttament tal-potenzjal tal-użu doppju jista’ jiġi mmassimizzat, speċjalment permezz ta’ interventi wara l-għażla tal-proġetti aktar milli fis-sejħa jew fid-definizzjoni tal-programm; jissottolinja li l-libertà akkademika tinkludi d-dritt tar-riċerkaturi li jiddeċiedu għal liema riċerka u żvilupp jixtiequ jikkontribwixxu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jirrakkomanda li l-programm għandu jagħraf ir-rwol tar-riċerka interdixxiplinari fl-indirizzar tal-isfidi soċjetali, billi jinkludi wkoll integrazzjoni aħjar tal-SSHA; itenni l-ħtieġa ta’ finanzjament suffiċjenti għal proġetti ta’ riċerka li jindirizzaw l-isfidi soċjetali u li kollha jaqgħu tal-SSHA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ riċerka sabiex titrawwem u titħeġġeġ riċerka u riċerka bażika ħafna aktar baxxi f’Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jinnota li l-allokazzjoni ta’ mill-anqas 35 % tan-nefqa ta’ Orizzont Ewropa għall-objettivi klimatiċi serviet l-objettiv ġenerali tal-UE tal-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi fil-politiki u l-fondi settorjali tagħha; iqis din il-mira ambizzjuża biex jiġi żgurat li l-10 Programm Qafas jiffinanzja b’mod adegwat ix-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni li jappoġġjaw l-objettivi klimatiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jissottolinja li kwalunkwe applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju “La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti” taħt l-10 Programm Qafas għandha, f’konformità mal-Artikolu 33(2)d tar-Regolament Finanzjarju, tiġi stabbilita fil-leġiżlazzjoni tal-10 Programm Qafas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jirrakkomanda li r-rwol ċentrali tal-istandardizzazzjoni fl-ixprunar tal-innovazzjoni, it-tisħiħ tal-kompetittività, u l-iżgurar ta’ soluzzjonijiet lesti għas-suq u li jħallu impatt jiġi rikonoxxut fl-10 Programm Qafas billi jiġi żgurat li l-kostijiet assoċjati mal-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni, meta rilevanti fil-proġetti, ikunu rikonoxxuti b’mod ċara bħala eliġibbli għar-rimborż fl-ambitu tal-programm kif ukoll billi jiġi offrut appoġġ lir-riċerkaturi fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jinsisti li r-regoli dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi terzi mal-10 Progamm Qafas għandhom jirrikjedu li dawn l-assoċjazzjonijiet jistgħu jiġu konklużi biss permezz ta’ ftehimiet internazzjonali, li jirrikjedi l-kunsens tal-Parlament għal kull assoċjazzjoni speċifika għal Programm tal-UE speċifiku, inkluż għall-ambitu ta’ dik l-assoċjazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jinnota li l-10 Programm Qafas għandu jqis l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) bħala mod kif jitrawmu l-iżvilupp u r-riċerka Ewropea filwaqt li jiġu identifikati riskji speċifiċi li jistgħu jirriżultaw minn użu abbużiv mill-IA fl-ambjent xjentifiku u l-miżuri ta’ mitigazzjoni korrispondenti;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>