<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0031</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika 2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0022/2025 - Rapporteur: Fernando Navarrete Rojas)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2025 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika 2025 (2024/2112(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 121, 126 u 136 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-TFUE dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-TUE u t-TFUE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 12 tat-TUE u t-TFUE dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1264 tad-29 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1264, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1264/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1265 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1265, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1265/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1173/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1174/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1176/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/472/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/473/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar l-RRF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2024, maħruġ mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Mejju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2024, maħruġ mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Monitoraġġ tas-Sostenibbiltà tad-Dejn tal-2023, maħruġ mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 intitolata “Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija 2025” (COM(2024)0702) u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2024)0704),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u l-Kunsill (COM(2024)0701),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2023 intitolata “Gwida tal-politika fiskali għall-2024” (COM(2023)0141),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2024 imħejji f’konformità mal-Artikolu 126(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2024)0598),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2024 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/2807, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2807/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Bord Fiskali Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2024 dwar il-pożizzjoni fiskali xierqa għaż-żona tal-euro fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Grupp tal-Euro tal-15 ta’ Lulju 2024 dwar il-pożizzjoni fiskali xierqa għaż-żona tal-euro fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Bord Fiskali Ewropew għall-2024, ippubblikat fit-2 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2024 intitolata “Semestru Ewropew 2024 – Il-Pakkett tar-Rebbiegħa” (COM(2024)0600),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 intitolata “Semestru Ewropew 2025 – Il-Pakkett tal-Ħarifa” (COM(2024)0700),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640), il-Ftehim ta’ Pariġi li ġie adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Tmien Programm ta’ Azzjoni għall-Ambjent sal-2030,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali tas-17 ta’ Novembru 2017 dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.</FIELD></FOOTNOTE> u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2021 intitolata “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM(2021)0102),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 145.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ Ursula von der Leyen, kandidata għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea, tat-18 ta’ Lulju 2024 intitolat “L-għażla quddiem l-Ewropa – Linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2024-2029”, u d-dikjarazzjoni magħmula minn Valdis Dombrovskis, Kummissarju għall-Ekonomija u l-Produttività, l-Implimentazzjoni u s-Simplifikazzjoni, fis-seduta ta’ konferma tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma 24/181 tal-Fond Monetarju Internazzjonali ta’ Awwissu 2024 intitolat “Taming Public Debt in Europe: Outlook, Challenges, and Policy Response” (Inrażżnu d-Dejn Pubbliku fl-Ewropa: Prospetti, Sfidi u Rispons Politiku),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Monitoraġġ Fiskali tal-Fond Monetarju Internazzjonali intitolat “Putting a Lid on Public Debt” (Inwaqqfu d-Dejn Pubbliku) ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 13/2024 intitolat “Assorbiment ta’ fondi mingħand il‑Faċilità għall‑Irkupru u r‑Reżiljenza – Qed isir progress b’xi dewmien u għad hemm riskji fir-rigward tat-twettiq tal-miżuri u, għalhekk, l-ilħuq tal-objettivi tal-RRF”.
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond intitolata “The new economic governance framework: implications for monetary policy” (Il-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika: implikazzjonijiet għall-politika monetarja), ippubblikata mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fl-20 ta’ Novembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> Dokument ta’ Djalogu Monetarju — “The new economic governance framework: implications for monetary policy”, Darvas, Z. <STRING ITALIC="on">et al</STRING>. għall-Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, il-Governanza Ekonomika u l-Unità ta’ Skrutinju tal-UEM, 20 ta’ Novembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond intitolata “Economic Dialogue with the European Commission on EU Fiscal Surveillance” (Djalogu Ekonomiku mal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sorveljanza Fiskali tal-UE), ippubblikata mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni fl-1 ta’ Diċembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> Analiżi fil-fond — “Economic Dialogue with the European Commission on EU Fiscal Surveillance”, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, il-Governanza Ekonomika u l-Unità ta’ Skrutinju tal-UEM, 1 ta’ Diċembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 intitolat “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (Ir-Rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0022/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi s-Semestru Ewropew għandu rwol essenzjali fil-koordinament tal-politiki ekonomiċi, baġitarji, tal-impjiegi u soċjali fl-Istati Membri, u b’hekk jippreserva l-istabbiltà makroekonomika tal-unjoni ekonomika u monetarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-Semestru Ewropew għandu l-għan li jippromwovi t-tkabbir sostenibbli, inklużiv u kompetittiv, l-impjiegi, l-istabbiltà makroekonomika u finanzi pubbliċi sodi fl-UE kollha, bl-għan li tiġi żgurata l-konverġenza sostnuta u li tiżdied, tal-prestazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali tal-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-Semestru Ewropew 2024 jimmarka l-ewwel ċiklu ta’ implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika, li daħal fis-seħħ fit-30 ta’ April 2024 u li jiggwida lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jgħaddu minn fażi ta’ tranżizzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2024 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro tistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, biex isaħħu l-kompetittività, jagħtu spinta lir-reżiljenza ekonomika u soċjali, jippreservaw l-istabbiltà makrofinanzjarja u jsostnu livell għoli ta’ investiment pubbliku biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali; billi l-istabbiltà fiskali hija bażi kemm għall-istandards soċjali għolja u sostenibbli fl-UE kif ukoll għall-kompetittività tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-objettivi ewlenin tal-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika huma li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tad-dejn u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv fl-Istati Membri kollha, kif ukoll li jkun possibbli li l-Istati Membri kollha jwettqu r-riformi u l-investimenti meħtieġa fil-prijoritajiet komuni tal-UE, li jinkludu (i) tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, (ii) reżiljenza soċjali u ekonomika inkluż il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali, (iii) is-sigurtà tal-enerġija, u (iv) l-akkumulazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ difiża; billi d-disparitajiet fil-kapaċità fiskali fost l-Istati Membri jxekklu l-investiment ekwu fi prijoritajiet strateġiċi u jdgħajfu l-koeżjoni fi ħdan is-suq uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-valuri referenzjarji ta’ massimu ta’ 3 % tad-defiċit tal-gvern għall-PDG u 60 % tad-dejn pubbliku għall-PDG huma definiti mit-TFUE; billi l-proporzjon tad-dejn għall-PDG u d-defiċit nominali tal-UE għadhom ogħla mill-valuri referenzjarji; billi kemm id-defiċit nominali kif ukoll il-proporzjon tad-dejn tal-gvern imqabbel mal-PDG ivarjaw fl-UE, b’sitwazzjonijiet diverġenti b’mod sinifikanti fi Stati Membri differenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-proċeduri ta’ defiċit eċċessiv infetħu, jew inżammu miftuħa, għal tmien Stati Membri fl-2024; billi xi Stati Membri ma kinux suġġett għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv, minkejja li fl-2023 kellhom defiċit ta’ aktar minn 3 % tal-PDG, kif deċiż mill-Kunsill u mill-Kummissjoni wara valutazzjoni bilanċjata tal-fatturi rilevanti kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-ebda proċedura li tikkonċerna l-iżbilanċi makroekonomiċi ma nfetħet mill-Kunsill minn meta ġiet stabbilita din il-proċedura fl-2011; billi, f’konformità mar-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija tagħha, il-Kummissjoni se twettaq rieżami bir-reqqa ta’ għaxar pajjiżi identifikati li esperjenzaw żbilanċi makroekonomiċi jew żbilanċi eċċessivi fl-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi s-suċċess ta’ qafas jiddependi ħafna fuq l-implimentazzjoni xierqa, trasparenti u effettiva tiegħu mill-bidu nett, filwaqt li jitqiesu l-punti tat-tluq tal-Istati Membri u l-isfidi individwali li jiffaċċjaw;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-preżentazzjoni f’waqtha tal-pjanijiet fiskali strutturali fuq terminu medju u tal-abbozzi ta’ pjanijiet baġitarji nazzjonali hija prekundizzjoni għall-implimentazzjoni effettiva u l-kredibbiltà tar-regoli l-ġodda; billi l-ewwel pjanijiet fiskali u baġitarji nazzjonali diġà ġew ivvalutati mill-Kunsill; billi t-trattament ugwali tal-Istati Membri u l-konformità mar-rekwiżiti deskritti fir-Regolament (UE) 2024/1263 fir-rigward tal-pjanijiet fiskali huma meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-qafas;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-previżjoni ekonomika tal-UE għadha inċerta ħafna, u qed jiżdied ir-riskju ta’ avvenimenti jew sitwazzjonijiet futuri li jolqtu l-ekonomija ħażin; billi l-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna u l-kunflitti fil-Lvant Nofsani qed jaggravaw ir-riskji ġeopolitiċi u jissottolinjaw il-vulnerabbiltà tal-Ewropa fir-rigward tal-enerġija; billi ż-żieda fil-miżuri protezzjonisti mis-sħab kummerċjali tista’ tolqot il-kummerċ dinji, b’riperkussjonijiet negattivi għall-ekonomija tal-UE; billi t-tensjonijiet ġeopolitiċi attwali wrew li hemm il-ħtieġa li l-UE tkompli ssaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha u tibqa’ kompetittiva fis-suq globali, filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-qafas rivedut ta’ governanza mistennija twassal għal pożizzjoni fiskali restrittiva għaż-żona tal-euro kollha kemm hi, ta’ 0,5 % tal-PDG fl-2024 u 0,25 % tal-PDG fl-2025; billi hija meħtieġa diskussjoni politika sabiex jiġu żgurati livelli xierqa ta’ investiment pubbliku wara l-iskadenza tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) fl-2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-Rapport Draghi jindika li d-distakk bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-livell tal-PDG bil-prezzijiet tal-2015 kiber gradwalment, minn ftit aktar minn 15 % fl-2002 għal 30 % fl-2023, u jistma li l-investiment annwali addizzjonali meħtieġ mill-UE huwa ta’ EUR 800 biljun, inklużi EUR 450 biljun għat-tranżizzjoni tal-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Kummissjoni l-ġdida stabbiliet l-għan li tkun “Kummissjoni tal-investimenti”; billi d-diskussjonijiet dwar l-indirizzar tad-diskrepanza sinifikanti fl-investiment u t-tnaqqis tal-kostijiet tas-self huma meħtieġa fl-UE; billi l-qafas, fejn xieraq, għandu jissaħħaħ permezz ta’ strumenti u għodod ta’ investiment fil-livell tal-UE mfassla biex jimminimizzaw l-ispiża għall-kontribwenti tal-UE u jimmassimizzaw l-effiċjenza fil-provvista ta’ beni pubbliċi Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Istati Membri jeħtieġ li jkollhom il-mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ awditjar meħtieġa biex jiżguraw ir-rispett tal-istat tad-dritt u biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE, b’mod partikolari biex jipprevjenu l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess u jiżguraw it-trasparenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi huwa importanti li jiżdied is-sehem tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) “implimentati bis-sħiħ” u li dawn jintrabtu aktar mill-qrib mar-rapporti tal-pajjiżi rispettivi sabiex jikkontribwixxu għal governanza ekonomika aktar effettiva;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li, fl-aħħar snin, l-UE tat prova ta’ livell għoli ta’ reżiljenza hekk kif affrontat xokkijiet kbar, fost fatturi oħra, grazzi għal rispons politiku kkoordinat li involva lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE, u li kien jinkludi approċċ flessibbli għall-użu ta’ strumenti disponibbli u dawk ġodda; ifakkar ukoll li l-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli fit-tul tfisser il-promozzjoni ta’ bilanċ bejn politiki fiskali responsabbli, riformi strutturali u investimenti li flimkien iżidu l-effiċjenza, il-produttività, l-impjiegi u l-prosperità, u tinvolvi wkoll it-tisħiħ tal-kompetittività, it-trawwim tas-suq uniku, l-iżvilupp ta’ politiki ta’ tkabbir ekonomiku u r-reviżjoni tal-qafas regolatorju biex jiġu attirati l-investimenti; jisħaq fuq il-ħtieġa fundamentali għal tkabbir ekonomiku sostenibbli, inklużiv u kompetittiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika hija fundamentalment meħtieġa għal unjoni ekonomika u monetarja ta’ suċċess; ifakkar li s-Semestru Ewropew huwa l-qafas stabbilit sew għall-koordinazzjoni tal-politiki fiskali, ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali madwar l-UE, f’konformità mat-Trattati, filwaqt li jirrispetta l-kompetenzi nazzjonali definiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota l-impenn tal-Kummissjoni li tiżgura li s-Semestru Ewropew jixpruna l-koordinazzjoni tal-politika għall-kompetittività, is-sostenibbiltà u l-ġustizzja soċjali, kif ukoll l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali; jinnota li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jibqa’ riżultat ewlieni għall-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li politika industrijali integrata, kkoordinata u orizzontali hija vitali biex jiżdiedu l-investimenti fil-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE, filwaqt li jiġu xprunati l-kompetittività u l-integrità tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li l-investimenti pubbliċi u privati huma kruċjali għall-kapaċità tal-UE li tlaħħaq mal-isfidi eżistenti, inklużi l-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE u l-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali ġusti, u li huma se jżidu r-reżiljenza, il-kompetittività fit-tul u l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ investimenti strateġiċi fl-interkonnessjonijiet tal-enerġija, l-enerġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (bħall-enerġiji rinnovabbli) u l-effiċjenza enerġetika biex, fost affarijiet oħra, (i) l-UE ssir indipendenti mill-fjuwils fossili importati u jiġu pprevenuti l-effetti inflazzjonarji possibbli tad-dipendenza minnhom, (ii) jiġu mmodernizzati s-sistemi tal-produzzjoni u (iii) tiġi promossa l-koeżjoni soċjali; ifakkar li l-materjalizzazzjoni tar-riskji fiżiċi relatati mat-tibdil fil-klima jista’ jaffettwa b’mod qawwi l-finanzi pubbliċi, kif muri mill-għargħar f’Valenzja f’Ottubru 2024 u ċ-ċiklun f’Mayotte f’Diċembru 2024; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-investimenti meħtieġa biex itejbu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih kif ukoll isaħħu r-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ b’inizjattivi, abbażi tad-Dikjarazzjoni ta’ Budapest; biex tagħmel l-Unjoni aktar kompetittiva, produttiva, innovattiva u sostenibbli, billi tibni fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u tiżgura l-konverġenza u kundizzjonijiet ekwi kemm kemm fl-UE kif ukoll globalment; jinnota l-iżvilupp ta’ għodda ġdida għall-koordinazzjoni tal-kompetittività; jistenna li l-Kummissjoni tiċċara kif din l-għodda se tinteraġixxi mas-Semestru Ewropew; jenfasizza kemm hu importanti li jiġu appoġġjati l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju bħala muturi ewlenin tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li titrawwem ekosistema intraprenditorjali dinamika li tappoġġja lill-innovaturi, filwaqt li tirrikonoxxi r-rwol kritiku tagħhom bħala forza li tmexxi l-kompetittività globali, ir-reżiljenza ekonomika, il-ħolqien tal-impjiegi u l-awtonomija strateġika miftuħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-politika ekonomika taż-żona tal-euro, li jħeġġu lill-Istati Membri jsaħħu l-kompetittività u jrawmu l-produttività permezz ta’ aċċess imtejjeb għall-finanzjament għan-negozji, piżijiet amministrattivi mnaqqsa, u investiment pubbliku u privat fl-oqsma tal-prijoritajiet komuni tal-UE, li jinkludu (i) tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, (ii) reżiljenza soċjali u ekonomika inkluż il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali, (iii) is-sigurtà tal-enerġija, u (iv) l-akkumulazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li, meta jkunu qed jiddefinixxu l-istrateġiji fiskali, l-Istati Membri taż-żona tal-euro għandhom jimmiraw li jtejbu l-kwalità u l-effiċjenza tan-nefqa pubblika u tad-dħul pubbliku, li huma essenzjali biex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, filwaqt li jnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti detrimentali minn fuq it-tkabbir ekonomiku; jenfasizza li dan jista’ jinkiseb billi, fost affarijiet oħra, tiżdied il-koordinazzjoni Ewropea u jitnaqqsu l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; jilqa’ l-konklużjoni tar-Rapport Draghi li huwa meħtieġ tnaqqis ikkoordinat tat-tassazzjoni fuq l-introjtu tal-ħaddiema għall-ħaddiema b’introjtu baxx sa medju biex tiġi promossa l-kompetittività tal-UE; ifakkar fil-kompetenza tal-Istati Membri fil-politika tat-tassazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jidderieġu mill-ġdid il-piż tat-taxxa mill-introjtu għal bażijiet tat-taxxa inqas distorsivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu buffers fiskali biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-sostenibbiltà fiskali, filwaqt li jiġu żgurati riżorsi suffiċjenti għall-investiment u biex jiġu ffaċċjati x-xokkijiet u l-kriżijiet futuri potenzjali; jisħaq fuq l-importanza li jiġi promoss it-tkabbir kompetittiv, sostenibbli u inklużiv fl-appoġġ għall-istabbiltà u r-reżiljenza fiskali fit-tul;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prospetti ekonomiċi għall-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jesprimi tħassib li, skont it-tbassir ekonomiku tal-Ħarifa 2024, maħruġ mill-Kummissjoni, il-PDG tal-UE mistenni jikber b’0,9 % (0,8 % fiż-żona tal-euro) fl-2024, b’1,5 % (1,3 % fiż-żona tal-euro) fl-2025 u b’1,8 % (1,6 % fiż-żona tal-euro) fl-2026; ifakkar li dawn iċ-ċifri jirriflettu rkupru gradwali, iżda wkoll espansjoni ekonomika limitata meta mqabbla ma’ ċikli ekonomiċi preċedenti; jinnota li għad hemm inċertezza kbira fil-prospetti ekonomiċi għall-UE, b’riskji li x’aktarx jaffettwaw b’mod negattiv it-tkabbir ekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-proporzjon tad-dejn pubbliku huwa proġettat li jiżdied għal 83,0 % fl-UE u għal 89,6 % fiż-żona tal-euro fl-2025 u għal 83,4 % fl-UE u 90 % fiż-żona tal-euro fl-2026, meta d-distakk fl-output se jkun prattikament ingħalaq kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-euro, u li dan huwa ogħla mil-livelli tal-2024 (82,4 % għall-EU u 89,1 % għaż-żona tal-euro);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li l-iżviluppi fil-proporzjonijiet tad-dejn pubbliku jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor; jirrimarka li l-inċertezza politika u r-riskji ġeopolitiċi jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jiżdiedu l-kostijiet tat-teħid b’self fis-swieq finanzjarji għall-Istati Membri; jinnota li l-livelli ta’ dejn mhux sostenibbli jistgħu jimminaw l-istabbiltà ekonomika u jnaqqsu r-reżiljenza ekonomika tal-Istati Membri u l-kapaċità tagħhom li jirrispondu għall-kriżijiet; jenfasizza li fl-2024 u l-2025, 11-il Stat Membru taż-żona tal-euro huma mistennija jkollhom proporzjonijiet tad-dejn ogħla mill-valur referenzjarju tat-Trattat ta’ 60 %, u 5 se jibqgħu ogħla minn 100 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li, skont it-tbassir ekonomiku tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni, id-defiċit tal-gvern estiż fl-UE u fiż-żona tal-euro mistenni jonqos għal 3,1 % u 3 % tal-PDG, rispettivament, fl-2024, u li jkompli jonqos għal 3 % u 2,9 % tal-PDG fl-2025, u għal 2,9 % u 2,8 % tal-PDG fl-2026; jenfasizza li 10 Stati Membri tal-UE mistennija jkollhom defiċit ogħla mill-valur referenzjarju tat-Trattat ta’ 3 % tal-PDG fl-2024; jindika li dan in-numru se jibqa’ stabbli fl-2025, u li huwa mbassar li fl-2026 il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri se jkollhom pożizzjonijiet baġitarji aktar dgħajfa minn dawk li kellhom qabel il-pandemija (2019), u 9 minnhom se jkun għad għandhom defiċit ta’ aktar minn 3 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li tmien Stati Membri għandhom defiċits eċċessivi; ifakkar li l-Kunsill ħa azzjoni ta’ rimedju u jistieden lill-Istati Membri kkonċernati jieħdu passi biex inaqqsu d-defiċit eċċessiv filwaqt li jnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt soċjoekonomiku; ifakkar fl-importanza tal-konsistenza fl-applikazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv għall-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li, skont it-tbassir ekonomiku tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni, l-inflazzjoni hija pproġettata li se tonqos minn 2,6 % fl-2024 għal 2,4 % fl-2025 u 2 % fl-2026 fl-UE, u minn 2,4 % fl-2024 għal 2,1 % fl-2025 u 1,9 % fl-2026 fiż-żona tal-euro; ifakkar li minkejja li dan it-tnaqqis huwa żvilupp pożittiv, l-inflazzjoni sottostanti għadha relattivament għolja, u dan jindika pressjonijiet inflazzjonarji persistenti; jinnota li l-politika fiskali, filwaqt li tissalvagwardja s-sostenibbiltà fiskali, tista’ tappoġġja l-politika monetarja biex tnaqqas l-inflazzjoni u għandha tipprovdi biżżejjed spazju għal investimenti addizzjonali u tappoġġja t-tkabbir fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni ma setgħetx tippreżenta l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli, ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija, l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro u l-abbozz ta’ rapport konġunt dwar l-impjiegi fl-istess ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Josserva li, skont ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija tal-2025 maħruġ mill-Kummissjoni, fl-2025 se jiġu mħejjija analiżijiet fil-fond għad-disa’ pajjiżi li nstabu li kienu qed iġarrbu żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi fl-2024, filwaqt li analiżi fil-fond oħra għandha ssir għal Stat Membru ieħor, peress li qed juri riskji partikolari ta’ żbilanċi li għadhom kif tfaċċaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja li l-akkomodazzjoni hija interkonnessa direttament mal-iżbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro, b’implikazzjonijiet dannużi għar-reżiljenza ekonomika, id-dinamiżmu u l-progress soċjali u għall-mobbiltà reġjonali u intra-UE; jinsab imħasseb li f’xi Stati Membri, il-prezzijiet tad-djar x’aktarx li jiżdiedu u jistgħu jsiru diffiċli biex jitrażżnu fin-nuqqas ta’ strateġija olistika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas rivedut ta’ governanza ekonomika tal-UE u l-implimentazzjoni effettiva tiegħu</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li r-riforma għandha l-għan li tagħmel il-qafas aktar sempliċi, aktar trasparenti u aktar effettiv, b’sjieda nazzjonali akbar u infurzar aħjar, filwaqt li tiddistingwi bejn l-Istati Membri abbażi tal-punti tat-tluq individwali tagħhom, u dan jirrappreżenta pass ’il quddiem biex jintemm l-approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà fiskali speċifiċi għall-pajjiż inkorporati fil-perkors tan-nefqa netta; ifakkar, barra minn hekk, li r-riforma għandha l-għan li ssaħħaħ is-sostenibbiltà fiskali permezz ta’ aġġustamenti gradwali u mfassla apposta, ikkomplementati b’riformi u investimenti, u li tippromwovi politiki fiskali kontroċikliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-regoli fiskali l-ġodda jipprovdu flessibbiltà u inċentivi akbar b’rabta mal-investimenti u r-riformi nazzjonali meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ġeopolitiċi li magħhom qed tħabbat wiċċha l-UE; jirrikonoxxi l-fatt li r-riżorsi finanzjarji u l-kontribuzzjonijiet mill-baġits nazzjonali jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; jilqa’ l-fatt li l-indikatur tan-nefqa netta jeskludi l-kofinanzjament nazzjonali kollu fil-programmi ffinanzjati mill-UE, filwaqt li jipprovdi aktar spazju fiskali biex l-Istati Membri jinvestu fil-prijoritajiet komuni tal-UE, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2024/1263, u b’hekk jgħin biex jissaħħu s-sinerġiji bejn il-baġit tal-UE u l-baġits nazzjonali, u b’hekk titnaqqas il-frammentazzjoni u tiżdied l-effiċjenza ġenerali tal-infiq pubbliku f’xi oqsma, bħad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza li l-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn (DSA) għandha rwol ewlieni fir-regoli fiskali riformati tal-UE; huwa tal-fehma li r-rwol diskrezzjonali tal-Kummissjoni fl-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn jirrikjedi li l-valutazzjonijiet rilevanti jkunu għalkollox trasparenti, prevedibbli, replikabbli u stabbli; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza t-titjibiet metodoloġiċi possibbli, bħall-valutazzjoni tal-effetti konsegwenzjali bejn l-Istati Membri, u tinforma kif xieraq lill-Parlament f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota l-applikazzjoni inkonsistenti min-naħa tal-Kummissjoni tal-qafas tar-regoli fiskali fil-passat, u l-konformità mhux uniformi tal-Istati Membri mar-regoli; jisħaq li huwa essenzjali li l-qafas il-ġdid jiżgura t-trattament ugwali tal-Istati Membri; jafferma li qafas ta’ suċċess jiddependi ħafna mill-implimentazzjoni xierqa, trasparenti u effettiva tiegħu mill-bidu nett, filwaqt li jitqiesu l-punti tat-tluq tal-Istati Membri u l-isfidi individwali li huma jiffaċċjaw; jieħu nota tal-bidliet introdotti fil-qafas il-ġdid biex tittejjeb il-kredibbiltà tar-reġim tas-sanzjonijiet finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jallinjaw id-definizzjoni teknika tal-indikatur operattiv nazzjonali tagħhom mal-indikatur tan-nefqa netta primarja Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Parlament u tal-awtoritajiet fiskali indipendenti fil-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE; jissottolinja s-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju; jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament u l-Bord Fiskali Ewropew iwettqu skrutinju akbar tal-Kummissjoni, kif previst fir-Regolament (UE) 2024/1263, u li jkun hemm żieda fil-fluss ta’ informazzjoni lejn il-Parlament biex dan ikun jista’ jwettaq sorveljanza effettiva;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Pjanijiet fiskali-strutturali u baġitarji nazzjonali fuq terminu medju</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li mhux l-Istati Membri kollha setgħu jissottomettu fil-ħin il-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju u l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tagħhom; jinnota li, bħala riżultat tal-elezzjonijiet ġenerali u l-formazzjoni ta’ gvernijiet ġodda, ħames Stati Membri għadhom ma ppreżentawx il-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali tagħhom fuq terminu medju u żewġ Stati Membri għadhom ma ppreżentawx l-abbozzi ta’ pjan baġitarju tagħhom, filwaqt li Stat Membru wieħed ma ppreżentax l-abbozz ta’ pjan baġitarju tiegħu għal raġunijiet oħra mhux speċifikati; jistieden lil dawn l-Istati Membri jippreżentaw il-pjanijiet rilevanti mill-aktar fis possibbli; jissottolinja li l-preżentazzjoni f’waqtha ta’ dawn il-pjanijiet hija prekundizzjoni għall-implimentazzjoni effettiva u l-kredibbiltà tar-regoli l-ġodda; jafferma mill-ġdid l-importanza tal-preżentazzjoni f’waqtha tal-abbozzi ta’ pjan baġitarju biex l-impenji deskritti fil-pjanijiet fiskali jissarrfu f’politiki konkreti wara li jkunu ġew approvati l-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifakkar li r-riformi u l-investimenti deskritti fil-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju għandhom ikunu allinjati mal-prijoritajiet komuni tal-UE kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1263; jenfasizza li, taħt il-qafas il-ġdid, il-Kummissjoni għandha toqgħod partikolarment attenta għal dawn il-prijoritajiet meta tkun qed tivvaluta l-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrikonoxxi l-fatt li 21 mit-22 pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju li ġew rieżaminati s’issa rċevew evalwazzjoni pożittiva; jinnota li l-qafas il-ġdid jippermetti lill-Istati Membri jużaw assunzjonijiet li huma differenti mill-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tal-Kummissjoni jekk dawn id-differenzi jiġu spjegati u debitament ġustifikati b’mod trasparenti u huma bbażati fuq argumenti ekonomiċi sodi fid-djalogu tekniku mal-Istati Membri; josserva, madankollu, li fil-pjanijiet ippreżentati minn ħames Stati Membri, il-Kummissjoni sabet inkonsistenzi u devjazzjonijiet mill-qafas tal-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn mhux ġustifikati biżżejjed f’dak li jirrigwarda s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi relatati mal-PDG potenzjali u/jew mad-deflatur tal-PDG; jenfasizza li tali devjazzjonijiet u riskji ta’ backloading jistgħu potenzjalment jheddu s-sostenibbiltà fiskali futura; jinnota li fil-pjanijiet ippreżentati minn tliet Stati Membri, il-Kummissjoni tirrikonoxxi konċentrazzjoni ta’ aġġustament fiskali lejn tmiem il-perjodu; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe konċentrazzjoni bħal din tal-aġġustament tissodisfa r-rekwiżiti spjegati fir-regolament u jistedinha tipprevjeni l-politiki proċikliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li seba’ Stati Membri biss talbu opinjoni mill-istituzzjoni fiskali indipendenti rilevanti tagħhom, u dan jipprovdi dimensjoni ta’ skrutinju addizzjonali importanti; jinnota b’kawtela li xi istituzzjonijiet fiskali indipendenti taw opinjoni negattiva dwar il-pjan fiskali nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom; jenfasizza li disa’ Stati Membri ma ssodisfawx l-obbligu tagħhom li jwettqu konsultazzjonijiet politiċi mas-soċjetà ċivili, mas-sħab soċjali, mal-awtoritajiet reġjonali u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra qabel ma ppreżentaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom; jesprimi dispjaċir ukoll għall-fatt li diversi Stati Membri ma involvewx lill-parlamenti nazzjonali tagħhom fil-proċess ta’ approvazzjoni għall-pjanijiet u ma rrappurtawx jekk kinux saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa mal-parlamenti nazzjonali kif stabbilit fil-qafas il-ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Josserva li ħames Stati Membri talbu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament; jenfasizza li kwalunkwe estensjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq sett ta’ impenji ta’ investiment u ta’ riforma li, meħuda flimkien, itejbu t-tkabbir u r-reżiljenza potenzjali tal-ekonomija, jappoġġaw is-sostenibbiltà fiskali, jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-UE u r-rakkomandazzjonijiet speċifika għall-pajjiż rilevanti u jkunu ġew ivvalutati bħala li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fir-regolament għal tali estensjoni; jinnota li r-riformi u l-investimenti użati biex jiġġustifikaw din l-estensjoni jiddependu konsiderevolment minn riformi diġà approvati fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jenfasizza l-importanza u l-ħtieġa ta’ riformi u investimenti li jikkontribwixxu b’mod pożittiv għat-tkabbir potenzjali tal-PDG tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa b’mod effettiv ex post l-impatt tal-investimenti u r-riformi miftiehma f’dawk li huma appoġġ għas-sostenibbiltà fiskali, it-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija, l-indirizzar tal-prijoritajiet komuni tal-UE u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u l-iżgurar tal-livell meħtieġ ta’ investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li, minn 17-il abbozz ta’ pjan baġitarju ppreżentat, tmienja biss huma f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet fiskali li joħorġu mill-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju; jiddispjaċih għall-fatt li 7 pjanijiet ġew ivvalutati bħala li mhumiex għalkollox konformi mar-rakkomandazzjonijiet, 1 bħala mhux konformi u 1 bħala f’riskju li ma jkunx konformi mar-rakkomandazzjonijiet; jinsab imħasseb li sitt Stati Membri ppreżentaw abbozzi ta’ pjanijiet baġitarji bi tkabbir fin-nefqa annwali jew kumulattiva ’l fuq mil-limiti preskritti tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-pożizzjoni fiskali u r-rwol tal-politika fiskali fil-forniment ta’ beni pubbliċi Ewropej</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota l-projezzjoni tal-Kummissjoni li l-implimentazzjoni tal-qafas rivedut ta’ governanza mistennija twassal għal tnaqqis tal-bilanċ strutturali primarju għaż-żona tal-euro kollha kemm hi ta’ 0,5 % tal-PDG fl-2024 u ta’ 0,25 % tal-PDG fl-2025; jinnota l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li dan huwa konformi mal-proċess tat-tisħiħ tas-sostenibbiltà fiskali u jappoġġja l-proċess diżinflazzjonarju li għaddej bħalissa peress li l-inċertezza ekonomika għadha għolja; jinnota li t-tkabbir tal-PDG se jkompli jappoġġja l-konsolidazzjoni fiskali fl-UE kollha; jitlob li jkun hemm politiki fiskali li jirrestawraw l-istabbiltà filwaqt li jippromwovu l-innovazzjoni, il-kompetittività industrijali u t-tkabbir ekonomiku fit-tul; jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħoloq spazju fiskali addizzjonali biex jiġu indirizzati b’mod determinat l-isfidi futuri u l-kriżijiet potenzjali filwaqt li jiġi ppreservat livell suffiċjenti ta’ investiment biex jiġu appoġġjati u mrawma t-tkabbir sostenibbli u inklużiv, l-industrijalizzazzjoni u l-prosperità għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Iqis li l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli fiskali, għalkemm meħtieġa, fiha nfisha mhijiex suffiċjenti biex tinkiseb l-aħjar pożizzjoni fiskali f’kull ħin u biex jiġi żgurat standard tal-għajxien għoli għall-Ewropej kollha; jinnota li l-pożizzjoni fiskali għadha proġettata li tkun bil-wisq differenti minn Stat Membru għall-ieħor fl-2025; jistieden lill-Kummissjoni tesplora ideat għal mekkaniżmu li jgħin biex jiġi żgurat li l-pożizzjoni ċiklika tal-UE kollha kemm hi tkun xierqa għall-prospetti makroekonomiċi f’kull ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifakkar li, skont il-Kummissjoni, il-pressjoni fiskali fl-2025 se tkun parzjalment ikkumpensata minn kemm kemm ta’ espansjoni fl-investiment, iffinanzjat kemm mill-baġits nazzjonali kif ukoll mill-għotjiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE; jenfasizza r-rwol tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ investiment tal-UE, filwaqt li jinnota li se tiskadi sa tmiem l-2026, li jista’ jwassal għal tnaqqis fl-investiment pubbliku fil-prijoritajiet Ewropej komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tibda diskussjonijiet dwar l-indirizzar tad-diskrepanza sinifikanti fl-investiment fl-UE u tnaqqas il-kostijiet tat-teħid b’self, issaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja u tippermetti investimenti strateġiċi f’konformità mal-objettivi tal-UE u għall-forniment ta’ beni pubbliċi Ewropej, bħall-kapaċitajiet ta’ difiża biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet f’kuntest ta’ theddid u sfidi għas-sigurtà li qed jikbru; jitlob li jsir użu sħiħ mill-kisbiet fl-effiċjenza li jistgħu jirriżultaw mill-forniment ta’ beni pubbliċi Ewropej fuq skala tal-UE permezz tal-koordinazzjoni effettiva tal-prijoritajiet ta’ investiment fost l-Istati Membri; jemmen li dan il-qafas, fejn xieraq, għandu jissaħħaħ permezz ta’ strumenti u għodod ta’ investiment fil-livell tal-UE mfassla biex inaqqsu kemm jista’ jkun il-kost għall-kontribwenti tal-UE u jimmassimizzaw l-effiċjenza fil-forniment ta’ beni pubbliċi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ifakkar li kwalunkwe finanzjament mill-UE irid ikun akkumpanjat minn kontrolli robusti li jiżguraw it-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-użu effiċjenti tal-fondi, sabiex jiġu evitati ż-żidiet mhux ġustifikati fl-infiq pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jippromwovu l-infiq fl-investiment li jipproduċi rata pożittiva ta’ redditu; jirrikonoxxi l-valutazzjoni li saret mir-rapport Draghi li madwar erbgħa minn kull ħames investimenti produttivi se jitwettqu mis-settur privat fl-UE, filwaqt li l-investiment pubbliku wkoll se jkollu rwol katalist; jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipproponi fond għall-kompetittività fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid u jistedinha tagħmel użu sħiħ mill-garanziji finanzjarji biex tingrana l-investiment privat; jisħaq li l-Istati Membri jeħtiġilhom iżidu l-isforzi tagħhom, b’mod partikolari l-isforzi baġitarji, biex jaċċelleraw l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-dekarbonizzazzjoni, isaħħu l-kompetittività Ewropea u jnaqqsu d-dipendenzi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li s-sehem ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż “implimentati bis-sħiħ” naqas minn 18,1 % (fil-perjodu bejn l-2011 u l-2018) għal 13,9 % (fil-perjodu bejn l-2019 u l-2023); ifakkar li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, inkluż fir-rigward tal-effiċjenza tal-infiq pubbliku, hija parti ewlenija mill-iżgurar tas-sostenibbiltà fiskali u mill-indirizzar tal-iżbilanċi makroekonomiċi; huwa favur l-implimentazzjoni aktar effiċjenti tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u r-riformi rilevanti; jitlob li jiġu esplorati modi kif jiżdied is-sehem tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż “implimentati bis-sħiħ”; jistieden lill-Kummissjoni torbot ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż aktar mill-qrib mar-rapporti tal-pajjiżi rispettivi; jitlob li jiġu evalwati l-impatt tar-riformi u l-progress lejn it-tnaqqis tad-diskrepanzi identifikati fl-investiment; jappella għal trasparenza akbar fit-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Itenni, f’dan ir-rigward, li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom jissaħħu billi ssir enfasi fuq sett limitat ta’ sfidi, b’mod partikolari l-isfidi strutturali speċifiċi tal-Istati Membri u l-prijoritajiet komuni tal-UE, bil-ħsieb li jiġi promoss tkabbir ekonomiku sod u inklużiv, jissaħħu l-kompetittività u l-istabbiltà makroekonomika, jiġu promossi t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u tiġi żgurata l-ekwità soċjali u interġenerazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Ifakkar fl-impenn tal-Istati Membri li, fil-pjanijiet fiskali nazzjonali tagħhom, jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti kemm fid-dimensjoni ekonomika tagħhom kif ukoll f’dik soċjali, kif espress fl-ambitu tas-Semestru Ewropew; jinnota li l-Kummissjoni, fil-pjanijiet fiskali nazzjonali, sabet rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż mhux indirizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fl-indirizzar determinat tal-muturi fuq terminu twil li jixprunaw is-sostenibbiltà fiskali, inklużi s-sostenibbiltà u l-forniment xieraq tas-sistemi tal-pensjonijiet pubbliċi, is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul quddiem l-isfidi demografiċi bħall-popolazzjonijiet li qed jixjieħu, u l-preparatezza għal żviluppi negattivi, inklużi riskji fiżiċi relatati mat-tibdil fil-klima; jisħaq fuq ir-rilevanza tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fl-indirizzar tal-istabbiltà tas-suq tal-akkomodazzjoni sabiex jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika tal-UE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>