<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0032</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: prijoritajiet soċjali u tal-impjiegi għall-2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0023/2025 - Rapporteur: Maravillas Abadía Jover)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2025 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: prijoritajiet soċjali u tal-impjiegi għall-2025 (2024/2084(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 121, 148 u 149 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR), ipproklamat u ffirmat mill-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM(2021)0102) u l-miri ewlenin proposti tagħha għall-2030 dwar l-impjiegi, il-ħiliet u t-tnaqqis tal-faqar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 bit-titolu “Semestru Ewropew 2025 – Pakkett tal-Ħarifa” (COM(2024)0700),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2024 bit-titolu “Semestru Ewropew 2025: nagħtu l-ħajja lill-qafas il-ġdid tal-governanza ekonomika” (COM(2024)0705),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u mill-Kunsill (COM(2024)0701),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2024)0704),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 bit-titolu “Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija 2025” (COM(2024)0702),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2024 bit-titolu “Fiscal statistical tables providing relevant background data for the assessment of the 2025 draft budgetary plans” (Tabelli statistiċi fiskali li jipprovdu data ta’ sfond rilevanti għall-valutazzjoni tal-abbozzi ta’ pjanijiet baġitarji 2025) (SWD(2024)0950),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar il-bidliet fit-tabella ta’ valutazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku fil-kuntest tal-proċess ta’ rieżami regolari (SWD(2024)0702),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2024 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 – aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti għal xi aġenziji deċentralizzati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/491, 29.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/491/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta ta’ April 2024 dwar il-futur tas-suq uniku<FOOTNOTE><FIELD> Letta, E., <STRING ITALIC="on">Much more than a market – Speed, security, solidarity – Empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens</STRING>, April 2024.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ La Hulpe dwar il-Futur tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, iffirmata mill-Parlament, il-Kummissjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kunsill fis-16 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/955/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 13 u 27 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “L-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa” (COM(2023)0032),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE: pjan ta’ azzjoni” (COM(2024)0131),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa tal-2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2022 dwar l-istrateġija Ewropea għall-kura (COM(2022)0440),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 476, 15.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali tal-UE u l-indikaturi ewlenin u sekondarji tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030” (COM(2021)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Employment and Social Developments in Europe (ESDE): upward social convergence in the EU and the role of social investment” (L-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa (ESDE): konverġenza soċjali ’l fuq fl-UE u r-rwol tal-investiment soċjali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi, adottata mill-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur fit-2 ta’ Diċembru 2024, li tistabbilixxi prijoritajiet soċjali u tal-impjiegi allinjati mal-prinċipji tal-EPSR,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika għal Djalogu Soċjali Ewropew b’saħħtu u l-patt dwar id-djalogu soċjali li jmiss,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar Pagi Minimi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea, imsemmija fil-preambolu tal-EPSR,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-qafas strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni għall-2020-2030,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ġlieda Kontra r-Razziżmu 2020-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A10-0023/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi sar progress biex jintlaħqu l-miri tal-impjiegi tal-UE, jiġifieri li mill-inqas 78 % tal-persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena għandhom ikunu f’impjieg sal-2030, minkejja l-inċertezza li nħolqot mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-impatt tal-inflazzjoni għolja; billi, skont it-tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2025 tal-Kummissjoni, ir-rata ta’ impjieg tal-UE laħqet 75,3 %; billi t-tkabbir fl-impjieg fl-UE baqa’ sod fl-2023; billi f’żewġ terzi tal-Istati Membri, it-tkabbir fl-impjieg fl-2023 kien fit-triq it-tajba biex jilħaq il-mira nazzjonali għall-2030; billi, madankollu, għad hemm sfidi sinifikanti, bħal rati għoljin ta’ qgħad f’xi Stati Membri, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ u l-persuni b’diżabbiltà, kif ukoll inugwaljanzi sinifikanti bejn is-setturi u r-reġjuni, li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-koeżjoni soċjali u l-benesseri taċ-ċittadini Ewropej fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-Semestru Ewropew jgħaqqad diversi strumenti differenti f’qafas integrat għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza multilaterali tal-politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali fi ħdan l-UE u jrid isir għodda ewlenija għat-trawwim tal-konverġenza soċjali ’l fuq; billi l-Qafas ta’ Konverġenza Soċjali huwa għodda fundamentali għall-valutazzjoni tal-isfidi soċjali u l-konverġenza ’l fuq fi ħdan is-Semestru Ewropew u għall-monitoraġġ tad-disparitajiet soċjali bejn l-Istati Membri, filwaqt li jindirizza l-isfidi identifikati fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi (JER);
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Unjoni adottat il-mira għall-2030 li tnaqqas l-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali b’mill-inqas 15-il miljun meta mqabbel mal-2019, inklużi mill-inqas 5 miljun tifel u tifla; billi fi kważi nofs l-Istati Membri t-tendenza sejra fid-direzzjoni l-opposta; billi tifel jew tifla minn kull erbgħa fl-Unjoni Ewropea għadhom f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali; u billi t-tendenza attwali mhijiex se tippermetti li tintlaħaq il-mira għall-2030; billi l-infiq pubbliku fuq it-tfal u ż-żgħażagħ m’għandux jitqies biss bħala nefqa soċjali iżda bħala investiment fil-futur; billi l-promozzjoni ta’ tkabbir ekonomiku b’saħħtu, sostenibbli u inklużiv tista’ tirnexxi biss jekk il-ġenerazzjoni li jmiss tista’ tiżviluppa l-potenzjal edukattiv sħiħ tagħha sabiex tkun lesta għas-suq tax-xogħol li qed jinbidel, filwaqt li jiġu promossi l-opportunitajiet indaqs u l-koeżjoni soċjali u billi, biex tilħaq l-miri ta’ Barċellona tal-2030 għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, l-UE għandha tinvesti EUR 11-il biljun addizzjonali fis-sena<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, “Employment and Social Developments in Europe (ESDE) 2024”, Settembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, minkejja tnaqqis minimu fl-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-UE fl-2023, madwar persuna minn kull ħamsa għadha tiffaċċja din l-isfida, b’disparitajiet notevoli għat-tfal, iż-żgħażagħ u l-anzjani, il-persuni b’diżabbiltà, l-LGBTI, l-individwi li ma twildux fl-UE u l-komunitajiet Rom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi huma osservati disparitajiet sinifikanti fost it-tfal li ġejjin minn kuntest etniku jew ta’ migrazzjoni u t-tfal b’diżabbiltà; billi 83 % tat-tfal Rom jgħixu f’unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar; billi r-riżorsi tal-UE u nazzjonali użati bħalissa bl-ebda mod mhuma biżżejjed biex tiġi indirizzata l-isfida tal-faqar fost it-tfal fl-UE u, għalhekk, strument ta’ finanzjament iddedikat għall-Garanzija Ewropea għat-Tfal kif ukoll sinerġiji ma’ fondi Ewropej u nazzjonali oħra huma ta’ importanza fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-EPSR irid ikun il-boxxla li tiggwida l-politiki soċjali u ekonomiċi tal-UE, u billi l-Kummissjoni għandha timmonitorja l-progress rigward l-implimentazzjoni tal-EPSR bl-użu tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u l-Qafas ta’ Konverġenza Soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-impjiegi ta’ kwalità baxxa fost il-persuni li jaħdmu għal rashom huma mifruxa b’mod sproporzjonat filwaqt li r-rata ta’ persuni li jaħdmu għal rashom qed tonqos, inkluż fost iż-żgħażagħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi għad hemm 1,4 miljun ruħ residenti f’istituzzjonijiet fl-UE; billi r-residenti tal-istituzzjonijiet huma iżolati mill-komunità usa’ u m’għandhomx kontroll suffiċjenti fuq ħajjithom u d-deċiżjonijiet li jaffettwawhom; billi, minkejja l-fatt li l-Unjoni Ewropea ilha impenjata fil-proċess ta’ deistituzzjonalizzazzjoni, għadhom meħtieġa sforzi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali biex il-gruppi vulnerabbli jkunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti f’ambjent komunitarju;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-isfidi demografiċi, inklużi t-tixjiħ tal-popolazzjoni, ir-rati baxxi tat-twelid u d-depopolazzjoni rurali, fejn iż-żgħażagħ b’mod partikolari qed imorru jgħixu fiż-żoni urbani, jaffettwaw b’mod profond il-vitalità ekonomika u l-attraenza tar-reġjuni tal-UE, is-swieq tax-xogħol u, konsegwentement, is-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, u jkomplu jaggravaw id-disparitajiet reġjonali fl-UE, u għalhekk jirrappreżentaw sfida strutturali għall-ekonomija tal-UE, u billi, kif enfasizzat fir-rapport Draghi, it-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fl-Ewropa jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq l-adattament tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħtiġijiet tal-ħiliet li qed jevolvu, il-prijoritizzazzjoni tat-tagħlim għall-adulti u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u l-inklużjoni tal-popolazzjoni attiva fis-suq tax-xogħol, kif ukoll fuq sistema ta’ protezzjoni soċjali soda;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, filwaqt li 70 % tal-ħaddiema fl-Ewropa għandhom impjiegi ta’ kwalità tajba, 30 % għandhom impjiegi impenjattivi fejn id-domandi huma aktar numerużi mir-riżorsi disponibbli biex jiġu bbilanċjati, u dan iwassal għal kwalità ġeneralment baxxa tal-impjiegi; billi f’ħafna professjonijiet li jbatu minn nuqqas persistenti ta’ ħaddiema, is-sehem ta’ impjiegi ta’ kwalità baxxa huwa ogħla minn 30 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-rapport Letta jgħid li hemm tnaqqis fir-rata tat-twelid, filwaqt li jinnota l-importanza li jinħoloq qafas biex jappoġġja lill-familji kollha bħala parti minn strateġija ta’ tkabbir inklużiv bi qbil mal-EPSR; billi r-rapport jinnota li l-moviment liberu tal-persuni għadu l-inqas wieħed żviluppat mill-erba’ libertajiet u jappoġġja it-tnaqqis tal-ostakli għall-mobbiltà okkupazzjonali intra-UE filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, ekonomiċi u politiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri li minnhom jitilqu n-nies u r-reġjuni l-aktar żvantaġġjati tagħhom, kif ukoll jiġi ssalvagwardjat id-dritt ta’ soġġorn; billi jeħtieġ li jiġu promossi l-politiki favur il-familja u favur il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jiġu żgurati sistemi ta’ kura aċċessibbli u professjonali kif ukoll edukazzjoni pubblika ta’ kwalità, liv relatat mal-familja u arranġamenti tax-xogħol flessibbli bi qbil mal-Istrateġija Ewropea għall-Kura;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-inflazzjoni żiedet il-piż ekonomiku fuq l-unitajiet domestiċi u kellha impatt partikolarment negattiv fuq il-gruppi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, bħall-ġenituri waħedhom, il-familji kbar, l-anzjani jew il-persuni b’diżabbiltà, u billi l-kostijiet tal-akkomodazzjoni u l-faqar enerġetiku għadhom problemi kbar; billi l-akkomodazzjoni mhijiex se tibqa’ affordabbli għal dawk li jgħixu f’unitajiet domestiċi fejn il-kostijiet tal-akkomodazzjoni jirrappreżentaw 40 % tal-introjtu disponibbli totali; billi l-investiment fis-servizzi soċjali, il-provvista tal-akkomodazzjoni – inkluża l-akkomodazzjoni soċjali – u l-politiki li jiffaċilitaw l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni għandhom rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-faqar fost l-unitajiet domestiċi vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-intrapriżi mikro, żgħar u medji tal-UE jiffaċċjaw sfidi partikolari bħall-fatt li jibqgħu kompetittivi ma’ atturi ta’ pajjiżi terzi, iżommu l-livelli ta’ produzzjoni minkejja kostijiet jiżdiedu tal-enerġija u jsibu l-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; billi jeħtieġu appoġġ finanzjarju u tekniku biex jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji u jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mit-tranżizzjoni doppja;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ħiliet għadhom problema fil-livelli kollha, u huma rrapportati minn kumpaniji ta’ kull daqs u minn kull settur; billi dawn in-nuqqasijiet huma aggravati minn nuqqas ta’ kandidati għal pożizzjonijiet kritiċi f’setturi essenzjali bħall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, it-trasport, ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-kostruzzjoni, speċjalment fiż-żoni affettwati mid-depopolazzjoni; billi dawn in-nuqqasijiet jistgħu jirriżultaw minn għadd ta’ fatturi, bħal kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli, salarji mhux attraenti, domanda għal settijiet ta’ ħiliet ġodda u nuqqas ta’ taħriġ rilevanti, nuqqas ta’ servizzi pubbliċi, ostakli għall-aċċess għall-edukazzjoni medja u għolja u nuqqas ta’ rikonoxximent tal-ħiliet u l-edukazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Unjoni adottat il-mira li, sal-2030, mill-inqas 60 % tal-adulti għandhom jipparteċipaw f’taħriġ kull sena; billi l-Istati Membri impenjaw ruħhom favur miri nazzjonali sabiex jilħqu dan l-għan ewlieni, u billi l-maġġoranza tal-Istati Membri waqgħu lura biex jilħqu dawn il-miri nazzjonali; billi huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ taħriġ ta’ kwalità, kif ukoll l-aċċess għalihom, li jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja; billi l-programmi ta’ titjib tal-ħiliet, ta’ tiġdid tal-ħiliet u ta’ taħriġ iridu jkunu disponibbli għall-ħaddiema kollha, inklużi dawk b’diżabbiltà, u għandhom ikunu adattati wkoll għall-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi fl-2022, il-punteġġ medju miksub mill-istudenti ta’ 15-il sena fl-ambitu tal-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA) għall-kejl tal-ħiliet bażiċi (il-qari, il-matematika u x-xjenza) naqas fl-OECD kollha b’10 punti meta mqabbel mal-aħħar evalwazzjoni fl-2018; billi n-nuqqas ta’ progress huwa prevalenti fost l-istudenti żvantaġġjati, u dan juri tkabbir fl-inugwaljanzi fir-rigward tal-edukazzjoni; billi dan id-deterjorament inkwetanti jeħtieġ riformi u investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-kapaċità tal-UE li tindirizza xokkijiet, kriżijiet u “polikriżijiet” futuri filwaqt li tinnaviga t-tranżizzjonijiet demografiċi, diġitali u ekoloġiċi, se tiddependi ħafna fuq il-kundizzjonijiet li fihom il-ħaddiema kritiċi se jkunu kapaċi jwettqu xogħolhom; billi l-indirizzar tan-nuqqasijiet u ż-żamma tat-tipi kollha ta’ talent jirrikjedu kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, aċċess għal sistemi ta’ protezzjoni soċjali u opportunitajiet għall-iżvilupp tal-ħiliet imfassla għall-ħtiġijiet; u billi l-indirizzar tan-nuqqasijiet ta’ ħiliet huwa kruċjali biex tinkiseb it-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, filwaqt li jiġi żgurat it-tkabbir inklużiv u sostenibbli u tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi huwa essenzjali li tiġi promossa l-mobbiltà fl-UE u li jiġi kkunsidrat li jiġu attirati ħaddiema b’ħiliet minn pajjiżi terzi, filwaqt li jiġu żgurati r-rispett u l-infurzar tad-drittijiet tal-ħaddiema u dawk soċjali u li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu fl-UE permezz ta’ perkorsi ta’ migrazzjoni legali jiġu indirizzati lejn okkupazzjonijiet li jesperjenzaw nuqqasijiet, appoġġjati minn politika ta’ integrazzjoni effettiva, f’komplementarjetà sħiħa mal-isfruttament tat-talenti minn ġewwa l-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi d-differenzi fil-pagi bejn il-ġeneri għadhom konsiderevoli fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE u billi r-responsabbiltajiet tal-kura huma fattur importanti li għadu jillimita lin-nisa f’impjieg part-time jew iwassal għall-esklużjoni tagħhom mis-suq tax-xogħol, li jirriżulta f’differenza akbar bejn il-ġeneri fl-impjiegi;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-JER jenfasizza d-dritt għall-iskonnessjoni, b’mod partikolari fil-kuntest tat-telexogħol, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol kritiku ta’ dan id-dritt fl-iżgurar ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata f’kuntest ta’ żieda fid-diġitalizzazzjoni u x-xogħol mill-bogħod;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-isfidi għal diversi setturi, bħall-manifattura tal-vetturi u l-industriji li jużaw ħafna enerġija, saru evidenti fl-2024 u għadd ta’ kumpaniji ħabbru ristrutturar fuq skala kbira;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi hemm disparitajiet fil-kopertura tas-servizzi soċjali, inklużi l-kura fit-tul, il-protezzjoni tat-tfal, l-appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza domestika, u l-għajnuna għall-persuni mingħajr dar, li jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz tas-Semestru Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi bħalissa m’hemm l-ebda ġbir regolari ta’ data fl-UE kollha dwar l-investiment u l-kopertura tas-servizzi soċjali; billi l-ġbir ta’ tali data huwa kruċjali għal analiżi bbażata fuq l-evidenza tal-politiki soċjali nazzjonali fl-analiżi tas-Semestru Ewropew; billi dan għandu jiġi indirizzat permezz ta’ kriterji maqbula b’mod konġunt u standards għall-ġbir tad-data għall-investiment u l-kopertura tas-servizzi soċjali fl-Istati Membri; billi l-Indiċi tas-Servizzi Soċjali tan-Network Soċjali Ewropew huwa eżempju ta’ kif tali ġbir ta’ data jista’ jikkontribwixxi għall-analiżi tas-Semestru Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-kriżi fit-tiġdid ġenerazzjonali, it-tibdil demografiku u n-nuqqas ta’ biżżejjed investiment fis-servizzi pubbliċi wasslu għal riskju akbar ta’ faqar u esklużjoni soċjali, li jaffettwa b’mod partikolari lit-tfal u lill-anzjani, l-unitajiet domestiċi b’ġenitur wieħed u l-familji kbar, il-foqra li jaħdmu, il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni minn kuntesti emarġinati; billi strateġija ambizzjuża tal-UE kontra l-faqar se tkun essenzjali biex din it-tendenza titreġġa’ lura u jiġu pprovduti reazzjonijiet għall-fenomenu multidimensjonali tal-faqar;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi, ir-riċerka tal-Eurofound turi li r-rati ta’ suwiċidju ilhom jiżdiedu mill-2021, wara li naqsu għal għexieren ta’ snin; billi jeħtieġ li jsir aktar biex jiġu indirizzati l-kawżi tal-problemi tas-saħħa mentali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien (b’mod importanti l-inklużjoni soċjali), u l-aċċess għall-appoġġ għall-persuni b’saħħa mentali batuta għadu problema;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi fl-2021 kien għad hemm aktar minn 3 300 aċċident fatali u kważi 3 miljun aċċident mhux fatali fl-EU-27; billi aktar minn 200 000 ħaddiem imutu kull sena minħabba mard relatat max-xogħol; billi din id-data ma tinkludix l-aċċidenti kollha kkawżati minn xogħol mhux iddikjarat, li jagħmilha plawżibbli li wieħed jassumi li ċ-ċifri reali jaqbżu b’ħafna l-istatistika uffiċjali; billi fl-2017, skont il-Eurofound, 20 % tal-impjiegi fl-Ewropa kienu ta’ “kwalità baxxa” u poġġew lilll-ħaddiema f’riskju akbar f’dak li jirrigwarda s-saħħa fiżika jew mentali tagħhom; billi 14 % tal-ħaddiema ġew esposti għal livell għoli ta’ riskji psikosoċjali; billi 23 % tal-ħaddiema Ewropej jemmnu li s-sikurezza jew is-saħħa tagħhom hija f’riskju minħabba xogħolhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi r-riżultati tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru ta’ April 2024 dwar Ewropa soċjali jenfasizzaw li 88 % taċ-ċittadini Ewropej iqisu li Ewropa soċjali hija importanti għalihom personalment; billi dan ġie kkonfermat mill-istħarriġ postelettorali tal-UE tal-2024 li fih iċ-ċittadini Ewropej semmew iż-żieda fil-prezzijiet u l-għoli tal-ħajja (42 %) u s-sitwazzjoni ekonomika (41 %) bħala s-suġġetti ewlenin li mmotivawhom biex jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi skont l-Artikolu 3 tat-TUE, il-progress soċjali fl-UE huwa wieħed mill-għanijiet ta’ ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, flimkien ma’ livell massimu ta’ impjieg, livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent; billi l-Artikolu 3 tat-TUE jiddikjara wkoll li l-UE “għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal”;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika tal-UE daħal fis-seħħ f’April 2024 u għandu l-għan li jippromwovi tkabbir sostenibbli u inklużiv u li jagħti aktar spazju lill-investiment soċjali u l-ilħuq tal-objettivi tal-EPSR; billi, għall-ewwel darba, ir-reviżjoni tinkludi qafas ta’ konverġenza soċjali bħala parti integrata tas-Semestru Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi, skont il-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika tal-UE, l-Istati Membri kollha għandhom jinkludu riformi u investimenti fil-pjanijiet ta’ terminu medju tagħhom li jindirizzaw il-prijoritajiet u l-isfidi komuni tal-UE identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; billi l-prijoritajiet komuni tal-UE jinkludu r-reżiljenza soċjali u ekonomika, inkluż l-EPSR;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-investiment pubbliku mistenni jiżdied fl-2025 fi kważi l-Istati Membri kollha, b’kontribuzzjoni sinifikanti mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RFF) tan-NextGenerationEU u mill-fondi tal-UE u se jikkontribwixxi għall-infiq soċjali, li jammonta għal madwar 25 % tan-nefqa totali stmata taħt l-RRF, biex b’hekk jiġu żgurati t-tkabbir u r-reżiljenza ekonomika<FOOTNOTE><FIELD> Is-Semestru Ewropew 2025: Proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u mill-Kunsill (COM(2024)0701).</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-investimenti soċjali u r-riformi f’oqsma essenzjali jistgħu jagħtu spinta lill-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, “Employment and Social Developments in Europe (ESDE) 2024”, Settembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi s-sħab soċjali huma essenzjali għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki li jippromwovu tkabbir sostenibbli u inklużiv, xogħol deċenti u ta’ kwalità u tranżizzjonijiet ġusti, u jridu jkunu involuti fil-livelli kollha ta’ governanza f’konformità mat-TFUE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi skont l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), bħala medja fil-pajjiżi tal-OECD, l-okkupazzjonijiet bl-ogħla riskju ta’ awtomatizzazzjoni jammontaw għal madwar 28 % tal-impjiegi<FOOTNOTE><FIELD> OECD Social, Employment and Migration Working Papers No. 282.</FIELD></FOOTNOTE>; billi d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma kruċjali f’dan il-kuntest biex jiżguraw approċċ parteċipatorju għall-ġestjoni tal-bidliet dovuti għall-iżviluppi teknoloġiċi, filwaqt li jiġi indirizzat it-tħassib potenzjali u jiġi promoss l-adattament tal-ħaddiema (anki permezz tal-provvista ta’ ħiliet); billi d-diġitalizzazzjoni, ir-robotizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali (IA) iridu jkunu ta’ benefiċċju għall-ħaddiema u għas-soċjetà billi jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-ħajja, jiżguraw bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, joħolqu opportunitajiet ta’ impjieg aħjar u jikkontribwixxu għall-konverġenza soċjoekonomika; billi l-ħaddiema u t-trade unions tagħhom se jkollhom rwol kruċjali biex jantiċipaw u jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw minn dawk l-isfidi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma essenzjali għall-kompetittività, il-produttività tax-xogħol u l-koeżjoni soċjali tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw l-EPSR, bi qbil mal-pjan ta’ azzjoni ta’ Marzu 2021 u d-Dikjarazzjoni ta’ La Hulpe, biex jintlaħqu l-miri ewlenin tal-2030; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-JER 2026 janalizza l-implimentazzjoni tal-prinċipji kollha tal-EPSR bi qbil mar-Regolament (UE) 2024/1263 u jinkludi analiżi tad-dimensjoni soċjali tal-pjanijiet fiskali strutturali nazzjonali fuq terminu medju relatati mar-reżiljenza soċjali, inkluż l-EPSR; jilqa’, f’dan ir-rigward, it-tħabbira ta’ Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-EPSR<FOOTNOTE><FIELD> von der Leyen, U., “Europe’s Choice, Political Guidelines for the Next European Commission 2024-2029”, 18 ta’ Lulju 2024.</FIELD></FOOTNOTE> għall-2025 biex jingħata impetu ġdid lill-progress soċjali; jilqa’ l-fatt li kważi l-Istati Membri kollha mistennija jżidu l-investiment pubbliku fl-2025, u dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat aċċess għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-EPSR; ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jimmobilizzaw l-RRF, fl-ambitu definit mir-Regolament (UE) 2021/241<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, sal-31 ta’ Diċembru 2026, favur politiki għal tkabbir sostenibbli u inklużiv u għall-ġenerazzjoni li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jintużaw it-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u l-Qafas ta’ Konverġenza Soċjali biex jiġu identifikati r-riskji u biex jiġi segwit il-progress fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi, fit-tisħiħ tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u fil-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u miżuri ta’ sostenn għall-ħaddiema biex jimmaniġġjaw it-tranżizzjonijiet; jisħaq li, f’dan ir-rigward, jeħtieġ li tiġi żgurata Ewropa sostenibbli, ġusta u inklużiva fejn id-drittijiet soċjali jiġu protetti u ssalvagwardjati bis-sħiħ fl-istess livell bħal-libertajiet ekonomiċi; ifakkar li ċ-ċittadini tal-UE jidentifikaw Ewropa soċjali bħala waħda mill-prijoritajiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ data u ta’ analiżi dwar l-inugwaljanza u l-konċentrazzjoni tal-ġid fl-UE, peress li dan huwa wieħed mid-determinanti ewlenin tal-faqar; jirrimarka li, skont il-Kontijiet Distributtivi dwar il-Ġid, jiġifieri sett ta’ data żviluppat mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, fir-raba’ trimestru tal-2023 is-sehem ta’ ġid miżmum mill-10 % tal-persuni l-aktar sinjuri kien ta’ 56 %, filwaqt li n-nofs t’isfel kellu biss 5 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-inklużjoni ta’ analiżi dwar il-kontribut pożittiv tal-SDGs u l-istrateġiji Ewropej dwar l-ugwaljanza fil-JER 2025 u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-JER 2026 jinkludi kemm taqsima li tanalizza l-progress lejn l-SDGs relatati mal-impjiegi u l-politika soċjali, kif ukoll oħra dwar il-progress lejn l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni soċjali u tax-xogħol f’konformità mal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ġlieda Kontra r-Razziżmu 2020-2025, il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni 2020-2030, l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025, u l-Istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw il-linji gwida aġġornati dwar l-impjiegi, b’enfasi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ għal kulħadd, it-teknoloġiji l-ġodda bħall-IA u l-inizjattivi ta’ politika reċenti dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi, l-akkomodazzjoni affordabbli u deċenti u l-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet, bl-għan li jsaħħu t-teħid tad-deċiżjonijiet demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni l-importanza li jsir investiment fl-iżvilupp tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol u fit-taħriġ okkupazzjonali u li jiġu żgurati impjiegi ta’ kwalità, b’enfasi fuq id-dritt tal-individwu għat-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja; iħeġġeġ lill-Istati Membri jfasslu miżuri ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali, inklużi l-korpi edukattivi u ta’ taħriġ u s-sħab soċjali, sabiex isaħħu r-rabta bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u s-suq tax-xogħol u jiġu antiċipati l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jilqa’ l-fatt li l-prospettivi ta’ impjieg għall-gradwati reċenti fl-ambitu tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) qed ikomplu jitjiebu madwar l-UE; jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fil-prestazzjoni edukattiva taż-żgħażagħ, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħiliet bażiċi; jilqa’, f’dan ir-rigward, it-tħabbira ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ħiliet Bażiċi u Pjan Strateġiku għall-Edukazzjoni STEM; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fi programmi biex jgħammru lill-istudenti bil-ħiliet bażiċi, diġitali u trażversali meħtieġa għad-dinja tax-xogħol u d-diġitalizzazzjoni tagħha kif ukoll biex jgħinuhom jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-soċjetà; ifakkar fir-rwol importanti li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati jista’ jkollu fl-appoġġ u t-tiġdid tal-ħiliet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ t-tħabbira ta’ pjan direzzjonali għal impjiegi ta’ kwalità biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi f’dan il-pjan direzzjonali kunsiderazzjonijiet rigward miżuri marbuta mal-użu tal-IA u l-ġestjoni algoritmika fid-dinja tax-xogħol ħalli jiġu sfruttati teknoloġiji ġodda biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-produttività filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-ħaddiema u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata kif rikonoxxuti fil-JER<FOOTNOTE><FIELD> Proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u mill-Kunsill (COM(2024)0701).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li r-rispons għan-nuqqasijiet ta’ ħaddiema fl-Unjoni Ewropea jinvolvi wkoll it-titjib u l-iffaċilitar tal-mobbiltà tal-ħaddiema fl-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu u jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki fl-Unjoni, inklużi dawk taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-effikaċja tal-pjattaforma tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES) bil-ħsieb ta’ reviżjoni potenzjali tal-operat tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-għadd ta’ persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ, persuni b’livelli aktar baxxi ta’ edukazzjoni, żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) u fosthom il-gruppi vulnerabbli, inklużi r-Rom, in-nisa, l-anzjani, il-persuni bi kwalifiki baxxi u medji, il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni jew ta’ minoranza, skont il-kuntest speċifiku għall-pajjiż, għadu għoli f’diversi Stati Membri, minkejja tendenza ’l isfel fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-Garanzija għaż-Żgħażagħ kif iddikjarat fil-Prinċipju 4 tal-EPSR, sabiex jappoġġjaw liż-żgħażagħ fil-bżonn matul l-iżvilupp personali u professjonali tagħhom; itenni r-rwol ċentrali tal-VET fl-għoti tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għaż-żgħażagħ li jidħlu fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fil-kwalità u l-attraenza tal-VET permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+); ifakkar, għalhekk, fil-ħtieġa li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata u li jitfasslu soluzzjonijiet biex iż-żgħażagħ jibqgħu fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fl-impjieg, kif ukoll fl-importanza li jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għal traineeships u apprendistati, biex ikunu jistgħu jiksbu l-ewwel esperjenza tax-xogħol tagħhom u biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjieg kif ukoll biex jinħolqu l-kundizzjonijiet tax-xogħol li jippermettu lil forza tax-xogħol li qed tixjieħ tibqa’ fis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iqis li, għalkemm kien hemm titjib, il-persuni b’diżabbiltà, speċjalment in-nisa b’diżabbiltà, għadhom jiffaċċjaw ostakli sinifikanti fis-suq tax-xogħol, u li għalhekk hemm ħtieġa ta’ taħriġ vokazzjonali u diġitali, filwaqt li tiġi promossa l-inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà, jiġu indirizzati l-forza tax-xogħol inattiva u l-gruppi b’livell baxx ta’ parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, inklużi n-nisa, iż-żgħażagħ, il-ħaddiema anzjani u l-persuni b’mard kroniku; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-Istrateġija tal-UE dwar id-Diżabbiltà b’azzjonijiet u inizjattivi ewlenin ġodda mill-2025 ’il quddiem, bħal Garanzija Ewropea għall-Impjieg u l-Ħiliet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bħall-kard tad-diżabbiltà, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-inklużjoni soċjali u l-għajxien indipendenti għall-persuni b’diżabbiltà, filwaqt li jiġi żgurat ukoll l-aċċess tagħhom għal edukazzjoni, taħriġ u impjiegi ta’ kwalità permezz ta’ gwida dwar iż-żamma tal-allowances għad-diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jesprimi tħassib li r-Rom għadhom jiffaċċjaw ostakli sinifikanti għall-impjieg, bi preġudizzji persistenti li jillimitaw il-prospetti tagħhom; jinnota li l-qafas strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni jenfasizza nuqqas ta’ progress fl-aċċess għall-impjiegi u sehem jikber ta’ żgħażagħ Rom barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ; jenfasizza l-għan tal-qafas li jnaqqas bin-nofs id-differenza fl-impjiegi bejn ir-Rom u l-popolazzjoni ġenerali u li jiżgura li mill-inqas 60 % tar-Rom ikunu f’xogħol imħallas sal-2030; iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw approċċ integrat u ffukat fuq l-ugwaljanza, u jiżguraw li l-politiki u s-servizzi pubbliċi jilħqu b’mod effettiv lir-Rom kollha, inklużi dawk f’żoni rurali remoti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tingħata attenzjoni lill-aspetti soċjali u ambjentali tal-kompetittività, filwaqt li tiġi enfasizzata l-ħtieġa tal-investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal kulħadd biex jiġi żgurat aċċess universali għal programmi ta’ taħriġ professjonali u edukazzjoni pubblika ta’ kwalità għolja, kif ukoll prattiki sostenibbli biex jitrawwem it-tkabbir inklużiv; jissottolinja li s-sħab soċjali għandu jkollhom rwol ewlieni fl-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-ħiliet madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni fis-Semestru Ewropew u jippromwovu l-investimenti fl-akkomodazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-investimenti fl-akkomodazzjoni jappoġġjaw soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni ta’ kwalità fit-tul li fil-fatt ikunu affordabbli għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju, filwaqt li jenfasizzaw li l-investimenti fl-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli huma kruċjali sabiex tiġi żgurata u tittejjeb il-kwalità tal-ħajja għal kulħadd; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ użu aħjar tal-fondi tal-UE, bħal permezz tal-istrumenti finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment, b’mod partikolari biex jiġu appoġġjati investimenti biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-bini; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni deċiżiva biex jipprovdu valutazzjoni tal-politiki, il-fondi u l-konġestjonijiet tal-UE li għandha tiffaċilita l-kostruzzjoni, il-konverżjoni u r-rinnovazzjoni ta’ akkomodazzjoni aċċessibbli, affordabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inkluża l-akkomodazzjoni soċjali, li tissodisfa l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, tal-gruppi b’introjtu baxx u medju, tal-familji f’riskju u tal-persuni f’sitwazzjonijiet aktar vulnerabbli, filwaqt li s-sidien tal-proprjetà u dawk li jfittxu aċċess għas-sjieda tal-proprjetà jiġu protetti minn tnaqqis ulterjuri fil-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli mħabbar biex jappoġġja lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-kriżi tal-akkomodazzjoni u ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-kirjiet; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tippubblika liema ostakli potenzjali għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jaffettwaw l-aċċessibbiltà għall-akkomodazzjoni; ifakkar li l-Fond Soċjali għall-Klima għandu l-għan li jipprovdi għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri mill-2026 biex jappoġġjaw lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, b’mod partikolari b’miżuri u investimenti maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini u l-integrazzjoni fil-bini tal-ġenerazzjoni u l-ħżin tal-enerġija rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iqis li l-problema ta’ persuni mingħajr dar hija problema soċjali drammatika fl-UE; jappella għal definizzjoni waħda tal-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fl-UE, li tippermetti l-paragun u l-valutazzjoni sistematiċi tal-firxa tal-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fl-Istati Membri differenti tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tfassal strateġija u taħdem biex, sal-2030, tintemm il-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fl-UE billi jiġi promoss aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u deċenti kif ukoll aċċess għal servizzi soċjali ta’ kwalità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw aħjar l-istrumenti disponibbli tal-UE, inkluż l-FSE+, f’tali ambitu<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar “Lejn qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-persuni mingħajr dar ibbażati fuq il-prinċipju ta’ ‘L-Akkomodazzjoni l-Ewwel’” (ĠU C, C/2024/1567, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1567/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jfasslu strateġiji nazzjonali għall-problema ta’ persuni mingħajr dar; jilqa’ l-intenzjoni li titressaq rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar “Lejn qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-persuni mingħajr dar ibbażati fuq il-prinċipju ta’ ‘L-Akkomodazzjoni l-Ewwel’”.</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli żżid l-ambizzjoni tal-Pjattaforma Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Kundizzjoni ta’ Persuni Mingħajr Dar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iqis li azzjoni tal-UE hija meħtieġa b’mod urġenti biex jiġu indirizzati l-livelli persistentement għoljin ta’ faqar u esklużjoni soċjali fl-UE, b’mod partikolari fost it-tfal, iż-żgħażagħ u l-persuni akbar fl-età, il-persuni b’diżabbiltà, l-individwi li ma twildux fl-UE, il-persuni LGBTI u l-komunitajiet Rom; jenfasizza li l-aċċess għal servizzi soċjali ta’ kwalità għandu jingħata prijorità u jenħtieġ li jiżgura s-sigurtà tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli; jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-ewwel Strateġija tal-UE Kontra l-Faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar fl-objettiv tal-Unjoni li ssir tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għall-kura komunitarja jew f’familja; jistieden lill-Kummissjoni tressaq pjan ta’ azzjoni dwar id-deistituzzjonalizzazzjoni; jisħaq li dan il-pjan ta’ azzjoni għandu jkopri l-gruppi kollha li għadhom jgħixu fl-istituzzjonijiet, inklużi t-tfal, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, il-persuni mingħajr dar u l-anzjani; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-fondi tal-FSE+ kif ukoll minn fondi Ewropej u nazzjonali rilevanti oħra sabiex jiffinalizzaw il-proċess ta’ deistituzzjonalizzazzjoni ħalli jiġi żgurat li kull ċittadin tal-UE jista’ jgħix f’ambjent familjari jew komunitarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta’ azzjoni Ewropew għas-saħħa mentali, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet reċenti tagħha<FOOTNOTE><FIELD> Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2023 dwar approċċ komprensiv lejn is-saħħa mentali (COM(2023)0298).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa mentali u l-programmi ta’ appoġġ emozzjonali għal kulħadd, b’mod partikolari t-tfal, iż-żgħażagħ u l-anzjani; jitlob li l-indikaturi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali jintużaw aħjar biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u tal-inċertezza rigward is-saħħa mentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza s-solitudni billi tippromwovi strateġija olistika tal-UE dwar is-solitudni u l-aċċess għall-kura professjonali; jitlob ukoll li din l-istrateġija tal-UE tindirizza l-impatt soċjoekonomiku tas-solitudni fuq il-produttività u l-benesseri billi jiġu ttrattati kwistjonijiet bħall-iżolament rurali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għal kura fit-tul, affordabbli u ta’ kwalità bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess għal kura ta’ kwalità filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-ħaddiema fis-settur tal-kura, kif ukoll għall-carers informali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi li 44 miljun Ewropew spiss jaġixxu bħala fornituri informali tal-kura fit-tul, u li l-maġġoranza tagħhom huma nisa<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea: Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, <STRING ITALIC="on">Long-term care report – Trends, challenges and opportunities in an ageing society. Volume I</STRING>, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021, https://data.europa.eu/doi/10.2767/677726.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol uniku tal-carers fis-soċjetà, u filwaqt li d-definizzjoni ta’ care workers mhijiex armonizzata madwar l-UE, is-settur tal-kura fit-tul jimpjega 6,4 miljun ruħ madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinsab imħasseb li, fl-2023, 94,6 miljun ruħ fl-UE kienu għadhom f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali; jisħaq li, mingħajr bidla fundamentali fl-approċċ għall-ġlieda kontra l-faqar, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha mhux se jilħqu l-objettivi tagħhom għat-tnaqqis tal-faqar; jemmen li t-tħabbira tal-ewwel Strateġija tal-UE Kontra l-Faqar hija pass fid-direzzjoni t-tajba lejn it-treġġigħ lura tat-tendenza, iżda trid tipprovdi approċċ komprensiv biex jiġu indirizzati l-aspetti multidimensjonali tal-faqar u l-esklużjoni soċjali b’azzjonijiet konkreti u implimentazzjoni u monitoraġġ rigorużi; jitlob li din l-istrateġija tinkludi lil dawk kollha li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, l-ewwel u qabel kollox dawk l-aktar żvantaġġjati, iżda anki miżuri speċifiċi għal gruppi differenti bħall-persuni li jesperjenzaw faqar fost dawk li jaħdmu, il-persuni mingħajr dar, il-persuni b’diżabbiltà, il-familji b’ġenitur wieħed u fuq kollox it-tfal, sabiex iċ-ċiklu tal-faqar jinkiser b’mod sostenibbli; jisħaq li t-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar Pagi Minimi se tkun kruċjali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-riskji tal-faqar fost il-ħaddiema, filwaqt li ssaħħaħ l-inċentivi għax-xogħol u jilqa’ l-fatt li diversi Stati Membri emendaw jew qed jippjanaw li jemendaw l-oqfsa tal-paga minima tagħhom; jinsab imħasseb dwar iż-żieda ta’ forom mhux standard ta’ impjieg fejn huwa aktar probabbli li l-ħaddiema jiffaċċjaw il-faqar fost dawk li jaħdmu u jsibu ruħhom mingħajr protezzjonijiet legali adegwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex timmonitorja bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal fl-Istati Membri kollha bħala parti mis-Semestru Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; itenni t-talba tiegħu għal żieda fil-finanzjament tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal b’baġit iddedikat ta’ mill-inqas EUR 20 biljun u biex l-Istati Membri kollha jallokaw mill-inqas 5 % tal-fondi tal-FSE+ tagħhom għall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u għall-promozzjoni tal-benesseri tat-tfal; iqis li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom jirriflettu l-konformità baġitarja tal-Istati Membri mal-allokazzjoni minima meħtieġa għall-indirizzar tal-faqar fost it-tfal stabbilit fir-Regolament FSE+<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi baġit ambizzjuż għall-Garanzija għat-Tfal fil-QFP li jmiss sabiex twieġeb għall-isfida li qed tikber tal-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali tat-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar politiki nazzjonali li joħolqu lakuni fil-kopertura tas-saħħa, li jżidu l-inugwaljanzi kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom; iwissi li dan jimmina wkoll l-implimentazzjoni tal-prinċipju 16 tal-EPSR u tal-SDG 3.8 dwar il-kopertura tas-saħħa universali, kif ukoll l-objettiv ġenerali tal-EPSR li jippromwovi l-konverġenza soċjali ’l fuq fl-UE, filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; jemmen li l-indikaturi użati fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali ma jipprovdux fehim komprensiv tal-affordabbiltà tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jissottolinja li l-impjegaturi jeħtieġ li jrawmu rabtiet interġenerazzjonali mal-kumpaniji u tagħlim interġenerazzjonali bejn il-ħaddiema żgħażagħ u anzjani, u viċi versa; jissottolinja li forza tax-xogħol li qed tixjieħ tista’ tgħin lil negozju jiżviluppa prodotti u servizzi ġodda biex jadatta għall-ħtiġijiet ta’ soċjetà li qed tixjieħ b’mod aktar kreattiv u produttiv; jappella, ukoll, għall-ħolqien ta’ inċentivi li jħeġġu l-volontarjat u l-mentoraġġ biex jixprunaw it-trasferiment tal-għarfien bejn il-ġenerazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iwissi li, skont rapporti tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-pagi reali għadhom taħt il-livell tagħhom ta’ qabel il-pandemija, filwaqt li l-produttività għadha bejn wieħed u ieħor l-istess; jaqbel li dan joħloq lok għal irkupru mhux inflazzjonarju fil-pagi reali u jwissi li jekk il-pagi reali ma jirkuprawx, dan iżid ir-riskju ta’ dgħufija ekonomika fit-tul, u sussegwentement jista’ jikkawża effetti ċikatriċi u jkompli jdgħajjef il-produttività fiż-żona tal-euro meta mqabbla ma’ partijiet oħra tad-dinja; jemmen li l-infurzar aħjar tal-pagi minimi u t-tisħiħ tal-kopertura tan-negozjar kollettiv jista’ jkollhom effett ta’ benefiċċju fuq il-livelli ta’ inugwaljanza fil-pagi, b’mod partikolari billi tingħata għajnuna lill-ħaddiema l-aktar vulnerabbli fil-qiegħ tad-distribuzzjoni tal-pagi, li qed jiġu esklużi dejjem aktar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, li jinkludu fost l-oħrajn pagi deċenti, aċċess għall-protezzjoni soċjali, opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, saħħa u sikurezza okkupazzjonali, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u d-dritt għall-iskonnessjoni, ħin tax-xogħol raġonevoli, rappreżentanza tal-ħaddiema, demokrazija fuq il-post tax-xogħol u ftehimiet kollettivi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jrawmu d-demokrazija fuq il-post tax-xogħol, id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema, b’mod partikolari fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u jiżguraw paga ugwali għal xogħol ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, itejbu t-trasparenza fil-pagi u jindirizzaw l-inugwaljanza abbażi tal-ġeneru biex inaqqsu d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jittejjeb l-aċċess tal-persuni li jaħdmu għal rashom għall-protezzjoni soċjali u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 387, 15.11.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> bħala parti mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; ifakkar, f’dan ir-rigward, peress li r-rata ta’ professjonisti li jaħdmu għal rashom fis-setturi kulturali u kreattivi hija aktar mid-doppju milli fil-popolazzjoni ġenerali, fit-13-il inizjattiva stabbiliti fir-rispons tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2024 għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Novembru 2023 dwar qafas tal-UE għas-sitwazzjoni soċjali u professjonali tal-artisti u tal-ħaddiema fis-setturi kulturali u kreattivi<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Novembru 2023 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar qafas tal-UE għas-sitwazzjoni soċjali u professjonali tal-artisti u tal-ħaddiema fis-setturi kulturali u kreattivi (ĠU C, C/2024/4208, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4208/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u jistieden lill-Kummissjoni tibda timplimentahom f’kooperazzjoni mal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni ta’ politiki li jippromwovu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u d-dritt għall-iskonnessjoni, bl-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja għall-familji u l-ħaddiema kollha, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1158/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u tal-Istrateġija Ewropea għall-Kura; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta biex tindirizza t-telexogħol u d-dritt għall-iskonnessjoni, kif ukoll proposta għall-ħolqien ta’ kard Ewropea għat-tipi kollha ta’ familji kbar u pjan ta’ azzjoni Ewropew għall-ġenituri waħedhom, li toffri vantaġġi edukattivi u soċjali; jappella, finalment, għal inizjattivi biex tiġi miġġielda l-esklużjoni mill-forza tax-xogħol bħala konsegwenza ta’ perjodi itwal ta’ liv minħabba mard, biex il-post tax-xogħol jiġi adattat u biex jiġu promossi kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli u jitfasslu strateġiji li jappoġġjaw ir-ritorn tal-ħaddiema wara assenzi aktar fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jitlob li l-isfidi demografiċi jingħataw prijorità fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE u li tittieħed azzjoni konkreta fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiddikjara “Sena Ewropea tad-Demografija” u tagħti prijorità lit-tfassil tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-isfruttar tat-talenti fir-reġjuni tal-Ewropa u l-“Mekkaniżmu ta’ Spinta tat-Talent” sabiex tippromwovi l-koeżjoni soċjali u żżid il-finanzjament għaż-żoni rurali u ultraperiferiċi u għar-reġjuni b’rata għolja ta’ depopolazzjoni, filwaqt li tappoġġja l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, is-servizzi pubbliċi, il-proġetti ta’ żvilupp lokali u l-infrastruttura bażika li jiffavorixxu d-“dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju”, speċjalment fil-każ taż-żgħażagħ; jenfasizza l-importanza li jiġu introdotti miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi reġjonali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, filwaqt li jiġi żgurat aċċess ugwali għal edukazzjoni ta’ kwalità għolja u affordabbli għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinsab imħasseb li, minkejja t-titjib li sar, diversi gruppi tal-popolazzjoni għadhom sottorappreżentati b’mod sinifikanti fis-suq tax-xogħol tal-UE, inklużi n-nisa, l-anzjani, il-persuni bi kwalifiki baxxi u medji, il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni jew minoranza; iwissi li l-inugwaljanzi fl-edukazzjoni żdiedu ħafna, u dan ikompli jaggrava l-vulnerabbiltajiet tal-istudenti li ġejjin minn kuntesti żvantaġġjati jew ta’ migrazzjoni; jirrimarka li, skont il-JER, il-persuni li ġejjin minn kuntesti ta’ migrazzjoni jew ta’ minoranza jistgħu jibbenefikaw b’mod sinifikanti minn miżuri mmirati sabiex jiġu indirizzati l-ispariġġi fil-ħiliet, tittejjeb il-profiċjenza lingwistika u tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-isforzi fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni 2021-27 dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni, li jipprovdi qafas ta’ politika komuni biex jappoġġja lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ politiki nazzjonali dwar l-integrazzjoni tal-migranti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħtu prijorità lit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi bl-għan tas-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispettaw l-istandards soċjali u tax-xogħol; jemmen li appoġġ aħjar għall-SMEs u għall-imprendituri eżistenti u potenzjali jtejjeb il-kompetittività u s-sostenibbiltà fit-tul tal-UE, jagħti spinta lill-innovazzjoni u joħloq impjiegi ta’ kwalità; jinnota li l-SMEs u l-professjonisti li jaħdmu għal rashom fis-setturi kollha huma essenzjali għat-tkabbir ekonomiku tal-UE u, għaldaqstant, għall-finanzjament tal-politiki soċjali; iħeġġeġ l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi biex jittejjeb is-suq uniku; jieħu nota tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-“Boxxla għall-Kompetittività” fid-29 ta’ Jannar 2025<FOOTNOTE><FIELD> Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq kontrolli tal-kompetittività fuq kull proposta leġiżlattiva ġdida, filwaqt li tqis l-impatt ġenerali tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-kumpaniji, kif ukoll fuq politiki u programmi oħra tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iqis li l-ekonomija soċjali hija komponent essenzjali tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-UE u xprun għall-implimentazzjoni tal-EPSR u l-miri tiegħu, li spiss tipprovdi impjieg lil gruppi vulnerabbli u esklużi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ tagħhom għall intrapriżi kollha tal-ekonomija soċjali iżda speċjalment għal dawk mingħajr skop ta’ qligħ, kif enfasizzat fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Soċjali 2021 u fil-Pjan direzzjonali ta’ Liège għall-Ekonomija Soċjali, sabiex jippromwovu xogħol ta’ kwalità, deċenti u inklużiv u l-ekonomija ċirkolari, ħalli l-Istati Membri jiġu mħeġġa jiffaċilitaw l-aċċess għall-fondi u jtejbu l-viżibbiltà tal-atturi tal-ekonomija soċjali; jitlob lill-Kummissjoni tesplora mekkaniżmi innovattivi ta’ finanzjament biex tappoġġja l-iżvilupp tal-ekonomija soċjali fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tas-6 ta’ Lulju 2022 dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ekonomija soċjali (ĠU C 47, 7.2.2023, p. 171).</FIELD></FOOTNOTE> u biex trawwem ambjent tan-negozju dinamiku u inklużiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jemmen li, f’din is-sena ta’ tranżizzjoni, bl-implimentazzjoni tar-regoli riveduti dwar il-governanza ekonomika, l-Istati Membri għandhom jallinjaw ir-responsabbiltà fiskali mat-tkabbir u l-impjieg sostenibbli u inklużivi; jinnota li l-involviment tas-sħab soċjali, inkluż fl-iżvilupp tal-pjanijiet strutturali fiskali fuq terminu medju, għandu jissaħħaħ biex jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-qafas il-ġdid tal-governanza ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-pjanijiet strutturali fiskali nazzjonali fuq terminu medju, skont il-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika, għandhom jinkludu r-riformi u l-investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għandhom ukoll jiżguraw is-sostenibbiltà tad-dejn filwaqt li jinvestu strateġikament fil-prinċipji tal-EPSR bl-għan li titrawwem konverġenza soċjali ’l fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinsab imħasseb li l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) għadha baxxa; itenni l-appell tiegħu, għalhekk, għal implimentazzjoni effettiva tas-CSRs mill-Istati Membri sabiex jippromwovu l-kura tas-saħħa u sistemi tal-pensjoni sostenibbli, bi qbil mal-prinċipji 15 u 16 tal-EPSR, u l-prosperità fit-tul għaċ-ċittadini kollha, filwaqt li titqies il-vulnerabbiltà ta’ dawk il-ħaddiema li l-karrieri tagħhom huma interrotti, intermittenti u soġġetti għal tranżizzjonijiet professjonali; jinsisti li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ id-djalogi tagħha mal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet eżistenti u tal-Linji gwida dwar l-Impjiegi kif ukoll dwar l-azzjoni politika attwali jew futura biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġu identifikati r-riskji għall-konverġenza soċjali fis-Semestru Ewropew, li l-Parlament kien talab bil-qawwa; ifakkar li, skont dan il-qafas, il-Kummissjoni tivvaluta r-riskji għall-konverġenza soċjali ’l fuq fl-Istati Membri u timmonitorja l-progress fl-implimentazzjoni tal-EPSR abbażi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u tal-prinċipji tal-Qafas ta’ Konverġenza Soċjali; jilqa’ l-fatt li l-JER 2025 jipprovdi analiżi speċifika għall-pajjiż ibbażata fuq il-prinċipji tal-Qafas ta’ Konverġenza Soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa għodod innovattivi ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva skont dan il-qafas il-ġdid sabiex isir l-aħjar użu minnu fiċ-ċikli futuri tas-Semestru Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-ewwel analiżi bbażata fuq il-prinċipji tal-Qafas ta’ Konverġenza Soċjali tindika konverġenza ’l fuq fis-suq tax-xogħol fl-2023<FOOTNOTE><FIELD> Proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u mill-Kunsill (COM(2024)0701).</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota bi tħassib li l-eżiti tal-impjiegi ta’ gruppi sottorappreżentati għad iridu jitjiebu u li r-riskji għall-konverġenza ’l fuq jippersistu fil-livell Ewropew fir-rigward tal-iżvilupp tal-ħiliet, mill-edukazzjoni bikrija sat-tagħlim tul il-ħajja, u l-eżiti soċjali tar-rati ta’ riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza aktar dawn ir-riskji għall-konverġenza soċjali ’l fuq fit-tieni stadju tal-analiżi u tiddiskuti mal-Istati Membri kkonċernati l-miżuri meħuda jew previsti biex jiġu indirizzati dawn ir-riskji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jirrikonoxxi l-kriżi tal-għoli tal-ħajja, li żiedet il-piż fuq l-unitajiet domestiċi, u ż-żieda fil-kost tal-akkomodazzjoni li, flimkien mal-kostijiet għoljin tal-enerġija, tikkontribwixxi għal livelli għoljin ta’ faqar enerġetiku madwar l-UE; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod komprensiv il-kawżi ewlenin ta’ din il-kriżi billi jipprijoritizzaw il-politiki li jippromwovu r-reżiljenza ekonomika, il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Iwissi dwar ir-riskji soċjali li jirriżultaw mill-kriżi fis-settur awtomobilistiku, li qed jiffaċċja pressjoni bla preċedent kemm minn fatturi esterni kif ukoll minn fatturi interni; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lil dan is-settur u ssaħħaħ id-djalogu soċjali u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-proċessi ta’ tranżizzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta’ rispons ikkoordinat tal-UE permezz ta’ task force ta’ emerġenza tat-trade unions u tal-impjegaturi biex twieġeb għall-kriżi attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja d-data dwar ir-ristrutturar u l-impatt tiegħu fuq l-impjiegi, pereżempju billi tuża l-Monitoraġġ Ewropew tar-Ristrutturar, tiffaċilita miżuri b’appoġġ għar-ristrutturar u t-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol, u tikkunsidra li tenfasizza miżuri nazzjonali li jappoġġjaw mod soċjalment responsabbli ta’ ristrutturar fis-Semestru Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar ir-reviżjoni mill-Kummissjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP), b’mod partikolari t-tnaqqis fl-indikaturi tal-impjiegi u dawk soċjali, li huma kruċjali biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni soċjali u tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-qgħad fost iż-żgħażagħ m’għadux jitqies bħala indikatur ewlieni, minkejja r-rilevanza tiegħu fl-identifikazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi speċifiċi tas-suq tax-xogħol u fl-adozzjoni ta’ politiki pubbliċi adegwati; jisħaq li l-indikaturi tal-istandards soċjali għandhom jingħataw kunsiderazzjoni akbar fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma kkonsultatx kif xieraq lill-Parlament u jfakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha li tikkoopera mill-qrib mal-Parlament, mal-Kunsill u mas-sħab soċjali qabel ma tfassal it-tabella ta’ valutazzjoni tal-MIP u s-sett ta’ indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji għall-Istati Membri; jisħaq li l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-EPSR trid tkun parti mit-tabella ta’ valutazzjoni tal-MIP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Iqis li l-koeżjoni territorjali u soċjali hija komponent essenzjali tal-aġenda tal-kompetittività, u leġiżlazzjoni bħall-Istrument Ewropew għal Appoġġ Temporanju biex Jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) għadha eżempju pożittiv biex tispira inizjattivi futuri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki fiskali fl-ambitu tas-Semestru Ewropew jappoġġjaw investimenti allinjati mal-EPSR, b’mod partikolari f’oqsma bħall-akkomodazzjoni deċenti u affordabbli, il-kura tas-saħħa ta’ kwalità, l-edukazzjoni, u s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, peress li dawn huma kritiċi għall-koeżjoni soċjali u s-sostenibbiltà ekonomika fit-tul u biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati permezz tal-indikaturi soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin identifikati fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali bħala “kritiċi” u “li għandhom jiġu osservati”, inklużi t-tfal f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi, il-piż eċċessiv tal-kost tal-akkomodazzjoni, il-kura tat-tfal, il-kura fit-tul, id-differenza fl-impjiegi għall-persuni b’diżabbiltà, l-impatt tat-trasferimenti soċjali fuq it-tnaqqis tal-faqar, u l-ħiliet diġitali bażiċi<FOOTNOTE><FIELD> Proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2024 għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u mill-Kunsill (COM(2024)0701).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq fuq l-impatti negattivi li l-kriżi tal-għoli tal-ħajja kellha fuq il-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu politiki robusti li jiżguraw pagi ġusti u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari għall-ħaddiema b’introjtu baxx u prekarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ data f’waqtha u armonizzata dwar il-politiki soċjali biex jittejbu t-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza u l-investimenti soċjali mmirati; jitlob li jsir titjib fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali sabiex jiġu koperti l-20 prinċipju tal-EPSR permezz tal-introduzzjoni ta’ indikaturi rilevanti li jirriflettu t-tendenzi u l-kawżi tal-inugwaljanza, bħall-impjiegi ta’ kwalità, id-distribuzzjoni tal-ġid, il-pensjonijiet adegwati, ir-rata ta’ persuni mingħajr dar, is-saħħa mentali u l-qgħad; ifakkar li l-indikatur tar-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali (AROPE) jonqos milli jiżvela l-kawżi tal-inugwaljanza kumplessa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw qafas Ewropew għall-ġbir tad-data dwar is-servizzi soċjali biex jimmonitorjaw l-investiment fis-servizzi soċjali u l-kopertura tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>