<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0034</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">White paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0146, 0147, 0148, 0149 u 0150/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2025 dwar il-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea (2025/2565(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi matul l-aħħar deċennju, bidliet ġeopolitiċi kbar, amplifikati bir-ritorn ta’ gwerra fuq skala kbira fil-viċinat tagħna, heddew is-sigurtà tal-UE, tal-Istati Membri tagħha, tal-pajjiżi kandidati u taċ-ċittadini rispettivi tagħhom; billi l-UE bħalissa qed tiġi attakkata, b’inċidenti ibridi fi ħdan il-fruntieri tagħha, gwerra fuq skala kbira fil-viċinat tagħha u allinjament mill-ġdid tas-setgħat globali, li kollha jippreżentaw riskji reali għas-sigurtà tal-UE u taċ-ċittadini tagħha u li jirrikjedu azzjoni immedjata, ambizzjuża u deċiżiva; billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kienet mument storiku fl-istorja Ewropea; billi l-gwerra ta’ aggressjoni ta’ Putin kontra l-Ukrajna hija rikonoxxuta b’mod ġenerali bħala attakk fuq l-ordni tal-paċi Ewropea stabbilita wara t-Tieni Gwerra Dinjija u fuq l-ordni globali kollu kemm hu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-ordni globali qed jifframmenta u qed issir dejjem aktar ikkaratterizzat minn instabbiltajiet kumplessi u profondi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi ma jistax ikun hemm sigurtà Ewropea mingħajr sigurtà fil-viċinat immedjat tagħha, u din tibda mill-ħila tal-Ukrajna li tirreżisti l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-dikjarazzjonijiet reċenti mill-membri tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, flimkien ma’ pressjoni qawwija magħmula fuq l-Ukrajna mit-tmexxija tal-Istati Uniti, jirriflettu bidla fil-politika barranija tal-Istati Uniti peress li l-amministrazzjoni Trump qed tipproponi n-normalizzazzjoni tar-rabtiet mar-Russja u qed isir dejjem aktar ċar li l-Ewropa jeħtiġilha ssaħħaħ is-sigurtà u d-difiża tagħha biex tkun tista’ tgħin lill-Ukrajna tiddefendi lilha nnifisha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-akbar espansjoni mgħaġġla u estensiva fil-kapaċitajiet tar-Russja qed iseħħ qrib il-fruntieri tagħha mal-Punent, filwaqt li l-UE qed tieħu ż-żmien biex issaħħaħ il-kapaċità ta’ difiża tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi ċ-Ċina, li hija xprunata mill-ambizzjoni li ssir superpotenza globali, qed tnaqqar l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli billi qed issegwi dejjem aktar politika barranija assertiva u politika ekonomika u tal-kompetizzjoni ostili u billi tesporta prodotti b’użu doppju użati mir-Russja fil-kamp tal-battalja kontra l-Ukrajna u b’hekk qed thedded l-interessi Ewropej; billi ċ-Ċina qed tinvesti b’mod qawwi wkoll fil-forzi armati tagħha, hekk kif tuża s-saħħa ekonomika tagħha biex telimina l-kritika madwar id-dinja u qed tistinka biex tasserixxi lilha nnifisha bħala l-qawwa dominanti fir-reġjun Indo-Paċifiku; billi ċ-Ċina, permezz tal-intensifikazzjoni tal-azzjonijiet ta’ konfrontazzjoni, aggressivi u intimidatorji tagħha kontra xi wħud mill-ġirien tagħha, b’mod partikolari fl-Istrett tat-Tajwan u fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina, tippreżenta riskju għas-sigurtà reġjonali u globali kif ukoll għall-interessi ekonomiċi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-impatt tal-gwerer, tat-terroriżmu, l-instabbiltà, in-nuqqas ta’ sigurtà, il-faqar u t-tibdil fil-klima fir-reġjun tas-Saħel, fil-Grigal tal-Afrika u fil-Libja, joħloq riskji serji għas-sigurtà tal-UE; billi l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-viċinat tan-Nofsinhar u fir-reġjun tas-Saħel huma interkonnessi mill-qrib mal-ġestjoni mill-UE tal-fruntieri esterni tagħha, u jibqgħu sfida kontinwa għaliha;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi s-sigurtà Ewropea hija marbuta mal-istabbiltà fil-kontinent Afrikan u l-preżenza dejjem akbar ta’ atturi mhux Ewropej hija xhieda tan-nuqqas ta’ sigurtà suffiċjenti u involviment diplomatiku fir-reġjun biex dawn l-isfidi jiġu miġġielda b’mod effettiv u jiġu protetti l-interessi strateġiċi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, fid-dawl tal-ambjent estern li sejjer għall-agħar u minkejja l-isforzi li saru f’dawn l-aħħar snin biex tissaħħaħ il-preparatezza tal-UE għall-kriżijiet permezz ta’ leġiżlazzjoni, mekkaniżmi u għodod ġodda f’diversi oqsma ta’ politika, l-UE u l-Istati Membri tagħha għadhom vulnerabbli għal diversi xenarji ta’ kriżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi hemm ħtieġa urġenti li l-politika ta’ difiża tal-UE tkompli tiġi riformata u msaħħa fid-dawl tal-esperjenza reċenti tal-gwerra tal-Ukrajna u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda tal-gwerra;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Istati Membri għandhom politiki militari u ta’ sigurtà differenti, inklużi politiki ta’ newtralità, u tali politiki għandhom jiġu rispettati;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi huwa fl-interess tal-UE li l-Ukrajna titqies bħala parti integrali minn sistema ta’ sigurtà Ewropea ġenwina;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Baħar l-Iswed inbidel minn żona sekondarja għal żona militari primarja għall-UE u n-NATO, u, flimkien mal-Baħar Baltiku, dan sar reġjun strateġiku kruċjali għas-sigurtà Ewropea fil-ġlieda kontra t-theddida Russa;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-reġjun tal-Artiku qed isir dejjem aktar importanti f’termini ta’ żvilupp ekonomiku u trasport, filwaqt li, fl-istess ħin, qed jiffaċċja sfidi marbuta mat-tibdil fil-klima u l-militarizzazzjoni, kif ukoll dawk li jirriżultaw miż-żieda fil-kompetizzjoni ġeopolitika u l-migrazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi b’riżultat tal-investiment fit-tagħmir militari u l-munizzjon, bosta rapporti, b’mod partikolari l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investimenti fid-Difiża<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investimenti fid-Difiża u l-Approċċ Futur (JOIN(2022)0024).</FIELD></FOOTNOTE> ta’ Mejju 2022, analizzaw distakk inkwetanti fil-kapaċità tad-difiża Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Boxxla Strateġika<FOOTNOTE><FIELD> Il-“Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali”, li ġiet approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022 u mill-Kunsill Ewropew fil-24 ta’ Marzu 2022,</FIELD></FOOTNOTE> ġiet abbozzata u nnegozjata prinċipalment qabel l-24 ta’ Frar 2022; billi l-Boxxla Strateġika hija strateġija estensiva ħafna li qajla tipprovdi gwida fir-rigward tal-ħtieġa urġenti li tinkiseb prontezza tad-difiża u li jiġu pprovduti kapaċitajiet ta’ deterrenza u ta’ difiża bħala tħejjija għall-aktar kontinġenzi militari urġenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi r-rapport ta’ Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea u, b’mod partikolari l-Kapitolu 4 tiegħu dwar iż-żieda fis-sigurtà u t-tnaqqis tad-dipendenzi.</FIELD></FOOTNOTE> enfasizza ħtieġa ta’ finanzjament ta’ EUR 500 biljun fid-difiża Ewropea għad-deċennju li jmiss, u jissottolinja taħlita ta’ dgħjufijiet strutturali li jaffettwaw il-kompetittività tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea tal-UE (EDTIB), u jidentifika l-frammentazzjoni, l-investiment insuffiċjenti fid-difiża pubblika u l-aċċess limitat għall-finanzjament bħala ostakli għal EDTIB effettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi r-rapport ta’ Niinistö<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Safer Together: Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien: It-Tisħiħ tal-Preparatezza u l-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa).</FIELD></FOOTNOTE> jissottolinja l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha għadhom mhumiex ippreparati bis-sħiħ għax-xenarji ta’ kriżi transsettorjali jew multidimensjonali l-aktar severi;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-bini tal-kapaċitajiet tad-difiża u l-adattament tagħhom għall-ħtiġijiet militari jirrikjedu kultura strateġika komuni u perċezzjoni u valutazzjoni tat-theddid kondiviżi, kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu kkombinati fid-duttrina u fil-kunċetti;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-kapaċità tal-UE li tieħu azzjoni deċiżiva b’reazzjoni għat-theddidiet esterni ġiet ripetutament imfixkla mir-rekwiżit tal-unanimità, u li ċerti Stati Membri u pajjiżi kandidati mblukkaw jew dewmu l-għajnuna militari kritika għall-Ukrajna u b’hekk imminaw is-sigurtà Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi fid-dawl tal-isfidi u l-analiżijiet imsemmija hawn fuq, il-President tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat lill-Kummissarju għad-Difiża u għall-Ispazju u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex jippreżentaw white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea fl-ewwel 100 jum tal-mandat tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-Parlament u l-esperti ilhom jitolbu white paper dwar id-difiża għal aktar minn għaxar snin;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Żmien storiku għad-difiża Ewropea: “li ssir fornitur ġenwin tas-sigurtà”</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-UE jeħtiġilha li taġixxi b’urġenza biex tiżgura s-sigurtà awtonoma tagħha stess, issaħħaħ is-sħubijiet tagħha ma’ sħab tal-istess fehma u tnaqqas b’mod sinifikanti d-dipendenzi tagħha fuq pajjiżi mhux tal-UE; jenfasizza, għalhekk, li l-UE issa tinsab f’punt ta’ bidla fl-istorja u fil-kostruzzjoni tagħha; jinsisti li m’għadx għandna l-għażla li “nibqgħu għaddejjin qisu xejn mhux xejn” peress li dan iwassal għat-tmiem ta’ Ewropa sikura u sigura; iqis li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jagħżlu bejn li jgħaqqdu l-forzi tagħhom u jaħdmu flimkien biex jegħlbu t-theddidiet u l-attakki kontra s-sigurtà tal-UE, u li jfendu għal rashom esposti għal avversarji aggressivi u sħab mhux prevedibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li l-UE hija proġett ta’ paċi u għandha taħdem għall-paċi u l-istabbiltà filwaqt li tikkundanna l-aggressjoni; jissottolinja li, sabiex jinkisbu l-paċi u l-istabbiltà, jeħtiġilna nappoġġjaw lill-Ukrajna u nsiru aktar reżiljenti aħna stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li l-Ewropa għandha tkompli żżomm sod fuq in-naħa tal-Ukrajna hekk kif tiġġieled b’kuraġġ għall-valuri Ewropej tagħna, u jfakkar li jinsab konvint li l-futur tal-Ewropa se jiġi deċiż fuq il-kampijiet tal-battalja tal-Ukrajna; jemmen b’saħħa li llum l-Ewropa qed tiffaċċja l-aktar theddida militari profonda għall-integrità territorjali tagħha mill-aħħar tal-Gwerra Bierda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li t-tisħiħ tas-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa jirrikjedi mhux biss żieda sempliċi fl-ambizzjoni u fl-azzjoni, iżda bidla totali fil-mod kif naġixxu u ninvestu fis-sigurtà u d-difiża tagħna, b’tali mod li minn issa ’l quddiem nippjanaw, ninnovaw, niżviluppaw, nixtru, inżommu u nużaw il-kapaċitajiet flimkien, b’mod koordinat u integrat, u li nagħmlu użu sħiħ mill-kompetenzi komplementari tal-atturi kollha fl-Ewropa, inkluża n-NATO, biex tintlaħaq difiża Ewropea komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jemmen li r-Russja, appoġġjata mill-alleati tagħha inklużi l-Belarussja, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq u l-Iran, hija l-aktar theddida diretta u indiretta sinifikanti għall-UE u s-sigurtà tagħha, kif ukoll dik tal-pajjiżi kandidati u s-sħab tal-UE; itenni l-kundanna tiegħu, bl-aktar mod qawwi possibbli, tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata, illegali u inġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna; jinnota, madankollu, il-ħtieġa li titqies bis-sħiħ l-instabbiltà fil-viċinat tan-Nofsinhar tagħna, iż-żieda fis-setgħa militari Ċiniża u l-intensifikazzjoni tal-aggressività ta’ xi wħud mis-setgħat medji, li jidhru lesti li jipperikolaw il-kooperazzjoni trans-Atlantika dwar is-sigurtà komuni u li jagħmlu ftehim mal-aggressur Russu għad-detriment tas-sigurtà tal-Ukrajna u tal-Ewropa, li huma l-istess ħaġa waħda; billi l-azzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet riċenti tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti komplew iżidu t-tħassib dwar il-pożizzjoni futura tal-Istati Uniti fir-rigward tar-Russja, in-NATO u s-sigurtà tal-Ewropa; jesprimi dispjaċir, f’dan ir-rigward, għall-voti tal-Gvern tal-Istati Uniti, allinjati mal-Gvern Russu, fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-rigward ta’ riżoluzzjonijiet dwar it-tielet anniversarju tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jikkundanna bil-qawwa t-theddid tal-Istati Uniti kontra Greenland;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinsisti li l-Ewropa jeħtiġilha tassumi responsabbiltajiet akbar fi ħdan in-NATO, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-iżgurar tas-sigurtà fil-kontinent Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jemmen li d-diplomazija għandha tibqa’ pedament tal-politika estera tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lit-Turkija, stat membru tan-NATO u pajjiż kandidat tal-UE, biex tirrispetta l-liġi internazzjonali, tirrikonoxxi r-Repubblika ta' Ċipru u twaqqaf immedjatament l-okkupazzjoni u tirtira t-truppi tagħha mill-gżira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li l-UE issa jeħtiġilha tadotta approċċ olistiku u orizzontali li jintegra dimensjoni tad-difiża u tas-sigurtà fil-biċċa l-kbira tal-politiki tal-UE, bis-saħħa ta’ strumenti kemm regolatorji kif ukoll finanzjarji u l-ħtiġijiet u l-lakuni ta’ kapaċità identifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jemmen, għalhekk, li wasal iż-żmien għal ambizzjoni politika mġedda biex taġixxi u tbiddel l-UE f’fornitur ġenwin tas-sigurtà, iżżid l-istat ta’ tħejjija tad-difiża tal-UE u tibni Unjoni Ewropea tad-Difiża vera; ifakkar li l-adozzjoni tal-Boxxla Strateġika kienet punt tat-tluq tajjeb, iżda jinnota li l-implimentazzjoni fil-ħin tagħha għadha meħtieġa; jilqa’ l-istrumenti ta’ difiża tal-UE introdotti reċentement, u jinsisti fuq il-ħtieġa urġenti li tinbidel titkabbar l-iskala tal-operazzjonijiet, peress li l-isforzi tad-difiża tal-UE ma jistgħux jibqgħu limitati fid-daqs, frammentati fl-ambitu tagħhom u jdumu biex jitwettqu; jappella għal qabża kbira u approċċ ġdid għad-difiża, inklużi deċiżjonijiet ibsin, pjan ta’ azzjoni u pjanijiet ta’ investiment fid-difiża kemm fuq terminu qasir kif ukoll twil; jissottolinja li dan jirrikjedi viżjoni, konkretezza u impenji kondiviżi, kemm fil-qasam strettament militari kif ukoll fis-setturi industrijali, teknoloġiċi u tal-intelligence;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ rieda mill-Kunsill u l-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-indirizzar tal-isfidi strutturali profondi tax-xenarju industrijali Ewropew tad-difiża u n-nuqqas ta’ ambizzjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-livell tal-UE bejn il-forzi armati tal-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jingħaqdu flimkien u jappoġġjaw qabża kbira lejn qafas ambizzjuż u komprensiv ħafna dwar id-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE tadotta qafas komprensiv koerenti u robust biex issaħħaħ is-sigurtà tagħha u dik tas-sħab tagħha, tidentifika aħjar il-punti dgħajfa potenzjali futuri u tipprevjeni li jkun hemm kriżijiet ulterjuri, u tikkoordina reazzjonijiet konġunti flimkien mal-Istati Membri tagħha simili għal dawk użati fi żminijiet ta’ gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jemmen li l-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea għandha tipproponi miżuri u għażliet konkreti lill-Kunsill Ewropew sabiex ikunu jistgħu jitwettqu sforzi verament rivoluzzjonarji u meħtieġa, filwaqt li ssir distinzjoni bejn pjanijiet u objettivi fuq terminu qasir u twil, jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ kapaċità tas-settur tad-difiża, il-kompetittività industrijali u l-ħtiġijiet ta’ investiment, u jitfassal l-approċċ ġenerali għall-integrazzjoni tad-difiża tal-UE; iħeġġeġ kemm lill-Kunsill kif ukoll lill-Kummissjoni biex jidentifikaw prijoritajiet ċari u konkreti għal terminu qasir, medju u twil, bi skeda ta’ żmien korrispondenti għall-azzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iqis li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) jeħtieġ li jiġu vvalutati mill-ġdid u rieżaminati b’din il-perspettiva; jinsisti li l-PSDK trid tissaħħaħ u ssir aktar aġli, inkluż billi ssir l-istrument ewlieni tal-UE għall-ġlieda kontra l-gwerra ibrida, sabiex tissodisfa r-rwol tagħha bħala polza tal-assigurazzjoni għas-sigurtà tal-Ewropa, kif ukoll fornitur tas-setgħa u tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistenna li l-White Paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea tidentifika t-theddidiet l-aktar urġenti, ir-riskji strutturali u l-kompetituri, u tiddefinixxi sa liema punt l-UE tista’ tiżviluppa pjanijiet ta’ kontinġenza biex tiżgura appoġġ reċiproku f’każ ta’ kriżijiet tas-sigurtà fuq skala kbira, u tgħin lill-Ewropa tantiċipa, tħejji u tiskoraġġixxi aggressuri potenzjali u tiddefendi lilha nnifisha fuq perjodu qasir u twil, sabiex issir setgħa kredibbli u pilastru Ewropew fi ħdan in-NATO; jissottolinja li l-protezzjoni tal-fruntieri tal-art, tal-ajru u dawk marittimi tal-UE tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-UE kollha, b’mod partikolari l-fruntiera tal-Lvant tal-UE, u għalhekk jisħaq li t-Tarka tal-Lvant u l-Linja tad-Difiża tal-Baltiku għandhom ikunu l-proġetti ewlenin tal-UE għat-trawwim tad-deterrenza u biex jingħeleb it-theddid potenzjali mil-Lvant;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella għal miżuri immedjati biex jissaħħu s-sigurtà u d-difiża tal-fruntiera tal-Grigal tal-UE mar-Russja u l-Belarussja billi tiġi stabbilita linja ta’ difiża komprensiva u reżiljenti fl-oqsma tal-art, tal-ajru u dak marittimu biex jiġu miġġielda t-theddidiet militari u ibridi, inklużi l-użu tal-enerġija bħala arma, is-sabotaġġ tal-infrastruttura u l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkoordinati u integrati l-isforzi nazzjonali permezz tal-istrumenti regolatorji u finanzjarji tal-UE biex titħaffef l-implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet u r-riżorsi, filwaqt li tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq tad-difiża; jaqbel bis-sħiħ mar-rapport ta’ Draghi li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jiddeċiedu b’mod urġenti dwar inċentivi għall-industrija tad-difiża tal-UE u jsibu soluzzjonijiet kreattivi għal investimenti pubbliċi u privati fuq skala kbira fis-sigurtà u d-difiża;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-terminu qasir: id-difiża tal-Ukrajna kontra theddida eżistenzjali għas-sigurtà tal-Ewropa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżommu sodi fuq in-naħa tal-Ukrajna; ifakkar fil-konvinzjoni tiegħu li huwa fil-kampijiet tal-battalja Ukreni li se jiġi deċiż il-futur tal-Ewropa u li t-trajettorja tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna se tinbidel b’mod deċiżiv; jissottolinja li bidla bħal din issa tiddependi kważi kompletament fuq l-Ewropa; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, jipprovdu aktar armi u munizzjon lill-Ukrajna qabel ma jingħalqu n-negozjati; iwissi li kieku l-UE kellha tfalli fl-appoġġ tagħha, u kieku l-Ukrajna kellha tiġi mġiegħla ċċedi, ir-Russja mbagħad iddur kontra pajjiżi oħra, inklużi possibbilment l-Istati Membri tal-UE; jistieden lill-Istati Membri tal-UE, lis-sħab internazzjonali u lill-alleati tan-NATO jneħħu r-restrizzjonijiet kollha fuq l-użu tas-sistemi tal-armi tal-Punent li jitwasslu lill-Ukrajna kontra objettivi militari fit-territorju Russu; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu b’mod attiv biex jinżamm u jinkiseb l-aktar appoġġ internazzjonali mifrux possibbli għall-Ukrajna u jidentifikaw soluzzjoni paċifika għall-gwerra, li trid tkun ibbażata fuq ir-rispett sħiħ tal-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, il-prinċipji tad-dritt internazzjonali, l-obbligu ta’ rendikont għad-delitti tal-gwerra u d-delitt ta’ aggressjoni, u li r-Russja tħallas għall-ħsara massiva kkawżata fl-Ukrajna; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipparteċipaw fl-istabbiliment ta’ garanziji ta’ sigurtà futuri robusti għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li l-UE jeħtiġilha tkompli tespandi u ttejjeb l-operazzjonijiet ta’ taħriġ imfassla apposta tagħha biex twieġeb għall-ħtiġijiet tal-Forzi Armati tal-Ukrajna u, min-naħa l-oħra, toħloq il-kundizzjonijiet għall-forzi armati Ewropej biex jieħdu tagħlimiet u jitgħallmu prattiki strateġiċi minnhom; jistieden lill-Istati Membri jespandu aktar l-operazzjonijiet ta’ taħriġ għall-Forzi Armati tal-Ukrajna, inkluż fit-territorju tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata distribuzzjoni bbilanċjata mil-lat ġeografiku tal-finanzjament tad-difiża fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa “strateġija dwar l-Ukrajna”, li tiddeskrivi objettivi ċari għall-appoġġ tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Ukrajna u l-integrazzjoni tad-DTIB tal-Ukrajna fl-EDTIB, u ssib ir-riżorsi meħtieġa biex timplimenta tali strateġija, filwaqt li tappoġġja l-attivitajiet tal-industrija Ewropea tad-difiża fl-Ukrajna; jipproponi l-allokazzjoni ta’ baġit speċifiku ta’ diversi biljuni ta’ euro lill-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna tal-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) li jkun riżervat preċiżament għal dan l-iskop; jissottolinja li tali strateġija dwar l-Ukrajna trid tkun parti integrali minn strateġija ta’ “difiża Ewropea”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jappella għal appoġġ finanzjarju urġenti sabiex tiġi żgurata l-provvista f’waqtha ta’ prodotti tad-difiża permezz ta’ akkwist konġunt, koordinazzjoni industrijali, kumulazzjoni ta’ riżerva, aċċess għall-finanzjament għall-manifatturi u l-espansjoni u l-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifaħħar il-“Mudell Daniż” għall-appoġġ lill-Ukrajna, li jikkonsisti fl-akkwist ta’ kapaċitajiet ta’ difiża prodotti direttament fl-Ukrajna; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw bis-sħiħ dan il-mudell u jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tiegħu, peress li hemm nuqqas ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità industrijali tad-difiża tal-Ukrajna, stmat għal madwar 50 %, u jġib bosta vantaġġi għaż-żewġ naħat, bħal tagħmir orħos, loġistika aktar mgħaġġla u aktar sikura, u aktar faċilità ta’ taħriġ u manutenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella għal żieda sinifikanti fil-finanzjament tal-appoġġ militari lill-Ukrajna; jappella, f’dan ir-rigward, għall-adozzjoni rapida tal-pakkett ta’ għajnuna militari li jmiss, li għandu jkun l-akbar wieħed sal-lum il-ġurnata u jirrifletti l-livell ta’ ambizzjoni li jitlob dan l-istadju; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jimpenjaw mill-inqas 0,25 % tal-PDG tagħhom għal għajnuna militari għall-Ukrajna; jikkundanna l-veto impost minn Stat Membru wieħed fuq il-funzjonament tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jistieden lill-Istati Membri tal-UE, flimkien mas-sħab tagħhom tal-G7, biex minnufih jaħtfu l-assi ffriżati Russi kollha biex iservu bħala bażi għal għotja u self sostanzjali lill-Ukrajna, bħala mod legalment sod u finanzjarjament sinifikanti biex jinżamm u jiżdied l-appoġġ tagħha għall-ħtiġijiet militari tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri jirrieżaminaw u jsaħħu l-infurzar tas-sanzjonijiet eżistenti, u jadottaw u jimplimentaw b’mod strett miżuri restrittivi kontra l-entitajiet u l-istati kollha mhux tal-UE li jaġevolaw iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, u li jipprovdu lill-kumpless militari Russu teknoloġiji u tagħmir militari u ta’ użu doppju; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lill-flotta mistura Russa u r-riskji għas-sigurtà u għall-ambjent li din toħloq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinsisti fuq l-importanza kbira tal-kooperazzjoni mal-industrija tad-difiża tal-Ukrajna u l-integrazzjoni tagħha fl-EDTIB, li toffri vantaġġi ċari għaż-żewġ naħat u jappella għal integrazzjoni aktar mgħaġġla; jenfasizza l-urġenza li jiġi ffinanzjat kif xieraq l-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna tal-EDIP, li bħalissa mhuwiex ibbaġitjat; jipproponi wkoll il-forniment ta’ assigurazzjoni tal-gwerra għal proġetti kritiċi tal-EDTIB fl-Ukrajna; jipproponi l-inklużjoni regolari tal-uffiċjali tal-Ministeru tad-Difiża tal-Ukrajna bi status ta’ osservaturi fil-laqgħat tal-konfigurazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mit-tagħlimiet meħuda mill-kapaċitajiet moderni avvanzati tal-gwerra tal-Ukrajna, inklużi d-droni u l-gwerra elettronika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi pakkett tal-UE għad-droni, li jiffoka fuq sistemi tad-droni u kontra d-droni u kapaċitajiet awżiljarji, li jkun fih pjanijiet u fondi li jistimulaw ir-riċerka u l-iżvilupp, li għandhom jieħdu tagħlimiet mill-esperjenza tal-Ukrajna u jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-kumpaniji innovattivi ħafna tal-Ukrajna, kif ukoll programm industrijali ddedikat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-akkwist konġunt ta’ sistemi tad-droni u kontra d-droni, u regolament dwar l-użu ta’ droni f’kuntesti ċivili u militari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“Lesti għall-aktar kontinġenzi militari estremi” – approċċ ġdid fit-tul</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Preparatezza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq li t-tħejjija għal attakki ibridi u f’żoni griżi trid issir parti mill-kultura strateġika tal-UE, b’eżerċizzji permanenti, valutazzjonijiet konġunti tat-theddid u reazzjonijiet ippjanati minn qabel u kkoordinati fost l-Istati Membri, b’mod partikolari f’reġjuni bi fruntiera ma’ setgħat ostili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-UE tiżviluppa valutazzjoni tar-riskju komprensiva tal-UE biex tgħin fl-identifikazzjoni tat-theddidiet u l-perikli transsettorjali ewlenin, kif ukoll ir-riskji konkreti li qed tiffaċċja l-UE kollha kemm hi, filwaqt li tibni fuq il-proċeduri attwali ta’ valutazzjoni tar-riskju speċifiċi għas-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinsisti fuq l-importanza li l-“Istrateġija għal Unjoni ta’ Preparatezza” futura tintuża biex l-UE titqiegħed fit-triq it-tajba lejn preparatezza komprensiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Huwa favur li l-prinċipju ta’ “Preparatezza mit-tfassil” jiġi inkorporat b’mod orizzontali u b’mod konsistenti fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE; jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat “kontroll tas-sigurtà u l-preparatezza” obbligatorju għal valutazzjonijiet tal-impatt futuri u t-testijiet tal-istress għall-leġiżlazzjoni eżistenti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqsu l-ostakli fil-leġiżlazzjoni attwali nazzjonali u tal-UE li jimminaw l-effiċjenza tad-difiża u s-sigurtà Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirrakkomanda, b’mod partikolari, ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ Niinistö li għandhom l-għan li jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini biex ir-reżiljenza tas-soċjetà tiffunzjona, imnebbħa mill-kunċett Finlandiż ta’ difiża totali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw il-fattibbiltà ta’ att ta’ preparatezza tal-UE, li jistabbilixxi standards konġunti u linji gwida fit-tul, biex jallinjaw l-isforzi tal-UE u dawk nazzjonali meta jkun possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jistabbilixxu u jwettqu regolarment eżerċizzju komprensiv tal-preparatezza tal-UE biex jittestjaw orizzontalment kemm it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ livell għoli kif ukoll il-koordinazzjoni operattiva, sabiex jinbnew rabtiet b’saħħithom bejn l-atturi u fost is-setturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiffaċilitaw l-użu tal-istrumenti tal-PSDK b’komplementarjetà mal-għodod tas-sigurtà nazzjonali fil-viċinanza immedjata tat-territorju u l-ilmijiet territorjali tal-UE, u jsaħħu l-kooperazzjoni ċivili-militari u fir-rigward tal-prodotti b’użu doppju fil-livell tal-UE, abbażi ta’ approċċ tal-amministrazzjoni sħiħa; itenni t-talba tiegħu għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika taħt l-ilma permezz tal-istabbiliment ta’ strateġiji ta’ rispons rapidu speċifiċi għall-UE għall-protezzjoni tal-infrastruttura taħt l-ilma, li joperaw f’allinjament man-NATO; jinkoraġġixxi l-investiment f’sistemi avvanzati ta’ detezzjoni u sorveljanza għall-monitoraġġ tal-infrastruttura taħt l-ilma;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Prontezza: il-Boxxla Strateġika u l-Istrateġija Ewropea għall-Industrija tad-Difiża bħala l-għodod it-tajba</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-UE tadatta b’mod urġenti l-għodod tagħha għar-realtajiet ġodda billi tfassal kapaċità amministrattiva biex tmexxi l-proċeduri b’pass ħafna aktar mgħaġġel meta tkun qed tħabbat wiċċha ma’ gwerer jew kriżijiet oħra fuq skala kbira, u tadotta l-għodod xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Iqis li l-analiżi regolari tat-theddid, bħal dik li twettqet għall-ewwel darba fil-Boxxla Strateġika, bħala neċessità assoluta; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Boxxla Strateġika tal-UE tiġi aġġornata u li l-miżuri fi ħdanha jiġu adattati b’konsegwenza sabiex jirriflettu d-daqs tat-theddidiet tal-kuntest tagħna, u li jitwettqu valutazzjonijiet tat-theddid aktar frekwenti, peress li dawn huma prekundizzjoni għall-ippjanar realistiku u b’suċċess tal-kapaċitajiet u tal-operazzjonijiet tagħna; iqis li l-Boxxla Strateġika, il-PSDK, il-white paper u l-Istrateġija Industrijali tad-Difiża Ewropea (EDIS) għandhom jiffurmaw il-bażi għal viżjoni komprensiva tad-difiża Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinsisti li l-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu trid tikseb kapaċità operazzjonali sħiħa fl-2025 u għandha tiġi aġġornata biex tkun tista’ tiffaċċja l-aktar kontinġenzi militari estremi; itenni s-sejħa tiegħu biex tissaħħaħ l-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) tal-UE, billi tiġi stabbilita bħala l-istruttura ppreferuta ta’ kmand u kontroll għall-operazzjonijiet militari tal-UE u tingħata bini u persunal adegwati, u sistemi effettivi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha tal-PSDK, inklużi dawk tal-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lit-Turkija, membru tan-NATO, biex tirtira t-truppi tagħha minn Ċipru, Stat Membru tal-UE, u taħdem b’mod kostruttiv biex tinstab soluzzjoni vijabbli u paċifika bbażata fuq ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li, fil-kuntest ġeopolitiku attwali, l-operazzjonalizzazzjoni tal-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) dwar l-assistenza reċiproka hija tal-ogħla importanza, u tiżgura s-solidarjetà fost l-Istati Membri, speċjalment dawk li l-pożizzjoni ġeografika tagħhom tħallihom direttament esposti għal theddidiet u sfidi imminenti, irrispettivament minn jekk humiex membri tan-NATO jew le;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Itenni l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, peress li n-NATO tibqa’, għal dawk l-istati li huma membri tagħha, pilastru importanti tad-difiża kollettiva tagħhom; jisħaq li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO għandha tkompli, b’mod partikolari, f’oqsma bħall-iskambju ta’ informazzjoni, l-ippjanar, il-mobbiltà militari u l-iskambju tal-aħjar prattika, u biex issaħħaħ id-deterrenza, id-difiża kollettiva u l-interoperabbiltà; jappella madankollu għall-iżvilupp ta’ pilastru Ewropew tan-NATO li jkollu l-kapaċità sħiħa li jaġixxi b’mod awtonomu kull meta jkun meħtieġ; itenni t-talba tiegħu biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni – permezz ta’ azzjoni u mhux biss bil-kliem – dwar il-mobbiltà militari, l-iskambju ta’ informazzjoni, il-koordinazzjoni tal-ippjanar, il-kooperazzjoni mtejba dwar l-operazzjonijiet militari rispettivi tagħhom u rispons imsaħħaħ għall-gwerra ibrida li għandha l-għan li tiddestabbilizza l-kontinent kollu tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jipparteċipaw b’mod attiv f’mekkaniżmu ta’ ordni prijoritarju għall-produzzjoni fis-settur tad-difiża biex jgħinu jipprijoritizzaw l-ordnijiet, il-kuntratti u r-reklutaġġ ta’ impjegati f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; jissottolinja li l-Istati Membri għandhom imorru lil hinn mill-applikazzjonijiet attwali tad-difiża tagħhom biex jinkludi infrastruttura essenzjali oħra għall-bini tar-reżiljenza bħall-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-punt tat-tluq irid ikun valutazzjoni realistika tal-lakuni u n-nuqqasijiet kritiċi fil-kapaċità tad-difiża sabiex tiżdied il-produzzjoni tal-industrija tad-difiża; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza tal-output bejn il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP) tal-UE u r-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD) u l-miri tal-kapaċità tan-NATO sabiex jiġu identifikati u indirizzati l-lakuni u n-nuqqasijiet kritiċi fil-kapaċità tad-difiża fl-UE u biex l-isforzi jiġu ffukati fuq il-faċilitaturi strateġiċi Ewropej biex jipprovdu valur miżjud ġenwin tal-UE sabiex jiġu indirizzati l-aktar kontinġenzi militari estremi; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali 04/2025 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-mobbiltà militari u tagħti importanza akbar lill-valutazzjoni militari matul il-proċess tal-għażla għall-proġetti b’użu doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex, fir-rigward tal-forzi armati, jimxu mill-approċċ “abbażi tal-fluss” li pprevala matul żminijiet ta’ paċi għal approċċ “abbażi tal-istokk”, b’ħażniet ta’ tagħmir tad-difiża lesti għal żieda sostnuta fid-domanda; jinnota, f’dan ir-rigward, il-vantaġġi li joffru mekkaniżmi bħal ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem, l-istabbiliment ta’ faċilitajiet “dejjem lesti” u l-ħolqien ta’ puls ta’ prontezza fil-qasam tad-difiża; jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-iskambji u jibnu l-fiduċja bejniethom rigward ippjanar trasparenti u fit-tul, miżuri aktar proattivi mmirati lejn l-iżgurar tal-materja prima, u politiki biex jingħalqu l-lakuni fil-proċessi ta’ produzzjoni u fis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-UE tadotta approċċ globali u koerenti għall-għajnuna esterna fid-dimensjonijiet kollha tagħha, b’allinjament ħafna aktar mill-qrib bejn il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) u l-objettivi u l-istrumenti tal-PSDK; iqis li l-ambjenti strateġiċi li fihom huma preżenti ħafna missjonijiet tal-PSDK tal-UE qed jiddeterjoraw radikalment, li jixhed il-ħtieġa li l-white paper tiżgura flessibbiltà f’approċċ ta’ 360 grad għal sigurtà Ewropea li tistinka favur il-bini ta’ kapaċità ta’ deterrenza kredibbli u kapaċi għall-Istati Membri, u tiżgura li l-persunal ċivili u militari tal-Istati Membri jkun jista’ jservi ta’ deterrent u jirreaġixxi malajr f’ambjent ta’ theddidiet li dejjem qed jiżdiedu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Iqis li l-PSDK trid tipparteċipa b’determinazzjoni fil-ġlieda kontra l-gwerra ibrida kontra l-pajjiżi sħab, b’mod partikolari l-pajjiżi kandidati; jinsab imħasseb ħafna dwar iż-żieda qawwija fl-attakki ibridi inklużi s-sabotaġġ, l-attakki ċibernetiċi, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza fl-elezzjonijiet, bil-għan li jiddgħajfu l-pajjiżi tal-UE u l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni magħha; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jikkunsidraw deterrenza u kontromiżuri xierqa, inkluż l-użu tal-Artikolu 42(7) tat-TUE; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jiġbru flimkien ir-riżorsi u l-għarfien espert fil-qasam taċ-ċibersigurtà; jippromwovi b’saħħa l-iżvilupp ta’ approċċ Ewropew unifikat għall-forzi ċibernetiċi; jinsisti wkoll fuq il-ħolqien rapidu ta’ kapaċitajiet ċibernetiċi Ewropej konġunti; ifakkar fit-theddidiet dejjem akbar tal-gwerra ċibernetika u jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tistabbilixxi ċentru ta’ koordinazzjoni tal-UE għaċ-ċiberdifiża biex timmonitorja, tidentifika u twieġeb għat-theddidiet ċibernetiċi f’ħin reali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa li tittejjeb il-kapaċità tal-PSDK li tidentifika, tipprevjeni u tiġġieled il-manipulazzjoni tal-informazzjoni mmirata biex tfixkel l-azzjoni esterna tal-UE; itenni t-talbiet tiegħu biex tiġi stabbilita strateġija ta’ komunikazzjoni strateġika orizzontali effettiva adattata għall-kanali ta’ komunikazzjoni kollha tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jappella għall-ħolqien ta’ “flotta tal-ajru tal-UE ta’ rispons għall-kriżijiet” taħt il-kappa tal-PSDK, li tinkludi ajruplani tat-trasport militari miżmuma fil-livell tal-UE u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri biex jintużaw f’interventi fl-UE, it-trasport ta’ tagħmir jew ta’ truppi (mobbiltà militari), jew f’każ ta’ evakwazzjonijiet ta’ emerġenza – kif intwera bin-nuqqas ta’ kapaċità matul l-irtirar mill-Afganistan – kif ukoll għal missjonijiet ta’ sigurtà ċivili, abbażi ta’ mudell simili għall-Kmand Ewropew tat-Trasport bl-Ajru;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-koerenza u s-sovranità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Koerenza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistenna li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jwettaq rieżamijiet komprensivi u mingħajr kompromessi tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK filwaqt li jqis, b’mod partikolari, il-fattibbiltà tal-mandati rispettivi tagħhom fir-rigward tar-riżorsi allokati, il-metodu ta’ reklutaġġ tal-persunal għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet, speċjalment fir-rigward tar-rabta bejn il-ħiliet meħtieġa u l-profili differenti, kif ukoll ir-razzjonalizzazzjoni tar-riżorsi u l-ġestjoni tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet, it-trasparenza tas-sejħiet għall-offerti, l-attivitajiet u r-riżultati miksuba, it-tagħlimiet meħuda mill-aħjar prattika u d-diffikultajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom; jitlob lill-Kunsill, abbażi ta’ dawn ir-rieżamijiet, jieħu deċiżjonijiet li jkollhom l-għan li jadattaw jew jabbandunaw il-missjonijiet ineffettivi u li jsaħħu l-aktar missjonijiet utli; jemmen li l-governanza tal-evalwazzjoni u l-kontroll tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK iridu jittejbu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jemmen li l-UE għandha tiżviluppa mas-sħab stretti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kooperazzjoni ekonomika fi żmien il-gwerra biex tiżgura appoġġ reċiproku fil-każ ta’ kriżijiet tas-sigurtà fuq skala kbira li jinvolvuhom direttament, u għandha tapprofondixxi d-djalogi ekonomiċi ta’ żmien il-gwerra mas-sħab Ewropej u globali biex tipprovdi twissija bikrija ta’ theddidiet gravi, ibridi u ċibernetiċi, u trawwem l-ippjanar ta’ appoġġ reċiproku, il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika u s-sikurezza marittima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jitlob lill-UE tkompli taċċellera l-implimentazzjoni tal-mobbiltà militari; jemmen li l-UE jeħtiġilha timxi minn “mobbiltà” għal “loġistika militari”; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ investiment sinifikanti fl-infrastruttura tal-mobbiltà militari biex jissaħħu l-kapaċitajiet tat-trasport bl-ajru tal-merkanzija, il-kampijiet, l-infrastruttura tal-fjuwil permezz ta’ mħażen, portijiet, pjattaformi tat-trasport bl-ajru, bil-baħar u bil-ferrovija, linji ferrovjarji, passaġġi fuq l-ilma, toroq, pontijiet u ċentri loġistiċi; jisħaq li dan irid isir f’kooperazzjoni man-NATO billi jiġi abbozzat pjan strateġiku għall-iżvilupp tal-mobbiltà; jappella għall-implimentazzjoni rapida tal-arranġament tekniku ffirmat taħt il-patroċinju tal-Permess għall-Moviment Transfruntier tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-armonizzazzjoni tal-formalitajiet doganali u t-tħejjija ta’ tneħħija ċentralizzata u ġustifikata tal-istandards tat-traffiku fit-toroq u bil-ferrovija f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jemmen li, sabiex tinħoloq ekosistema favorevoli għall-industrija tad-difiża Ewropea, l-UE jeħtiġilha tiddeċiedi dwar viżjoni magħquda u ċara fit-tul għall-industrija tad-difiża Ewropea sabiex tagħti viżibbiltà lill-industrija u tiżgura li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq li l-EDIP irid jiffaċilita b’mod attiv il-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u ta’ parteċipanti ġodda fis-suq permezz ta’ aċċess simplifikat għall-finanzjament; jenfasizza li l-EDIP għandu jitfassal bħala pass ’il quddiem lejn sovranità Ewropea akbar fil-produzzjoni tad-difiża; jissuġġerixxi li proġetti ta’ suċċess ta’ Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u tal-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) jiġu prijoritizzati skont il-lakuni magħrufa fil-kapaċità u li jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal proġetti li wrew li jrendu r-riżultati; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jipprovdu rapport ta’ implimentazzjoni dwar il-proġetti PESCO lill-Parlament tal-anqas darbtejn fis-sena; jappella għal żvilupp aktar bilanċjat mil-lat ġeografiku, li jiżgura li kapaċitajiet kritiċi, bħall-produzzjoni tal-munizzjon, is-sistemi ta’ difiża tal-ajru u t-teknoloġiji tad-droni, ikunu żviluppati wkoll fi stati fuq il-front, li għandhom fehim dirett tal-ħtiġijiet operattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinsab ferm konvint li l-istrumenti fil-livell tal-UE għandhom jagħtu prijorità u jżidu b’mod massiv l-appoġġ għall-SMEs u għall-kumpaniji start-up fis-settur tal-użu doppju u tad-difiża; jisħaq dwar il-ħtieġa li l-SMEs u l-kumpaniji start-up jiġu appoġġjati biex jintroduċu prototipi ttestjati b’suċċess fis-suq, inkluża l-espansjoni tal-produzzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk attwali fil-finanzjament fir-rigward ta’ dawn il-passi importanti li jsaħħu l-EDTIB, inkluż f’kooperazzjoni mill-qrib mal-bażi industrijali teknoloġika u ta’ difiża tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE żżid il-koerenza bejn l-istrumenti eżistenti u futuri tal-UE, b’mod partikolari bejn il-PESCO, dwar il-konsolidazzjoni tad-domanda, u l-EDF, dwar il-pjanijiet direzzjonali programmatiċi; bejn l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA), dwar l-akkwist konġunt, u l-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP), dwar iż-żieda industrijali; bejn l-EDIP, dwar l-identifikazzjoni tad-dipendenzi, u l-EDF, dwar ir-riżoluzzjoni tad-dipendenzi identifikati; jew fl-EDIP innifsu, dwar il-koerenza fi ħdan l-istrument tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet relatati mal-konsolidazzjoni tad-domanda u l-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jappella għal żieda sinifikanti fl-akkwist komuni mill-Istati Membri tat-tagħmir u l-kapaċitajiet Ewropej tad-difiża meħtieġa; jistieden lill-Istati Membri jaggregaw id-domanda billi jakkwistaw tagħmir tad-difiża b’mod konġunt, bil-possibbiltà li jagħtu lill-Kummissjoni mandat għal akkwist f’isimhom, billi idealment jiżguraw orizzont ta’ ppjanar fit-tul għall-EDTIB, u b’hekk itejbu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-EDTIB u l-interoperabbiltà tal-forzi armati Ewropej, u jagħmlu użu effiċjenti mill-flus tal-kontribwenti permezz ta’ ekonomiji ta’ skala;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-proposta għal Proġetti Ewropej ta’ Interess Komuni għad-Difiża dwar l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet komuni li jmorru lil hinn mill-mezzi finanzjarji ta’ Stat Membru wieħed; jemmen li dawn il-proġetti għandhom jintużaw biex jappoġġjaw il-kapaċitajiet industrijali u teknoloġiċi li jirfdu l-prijoritajiet ewlenin komuni ta’ diversi Stati Membri u f’oqsma bħall-protezzjoni tal-fruntieri esterni u d-difiża, b’mod partikolari fuq l-art, kif ukoll dawk tal-faċilitaturi strateġiċi, b’mod partikolari fl-ispazju u d-difiża tal-ajru Ewropea, sabiex jaġixxu fuq l-ispettru kollu tat-theddidiet, fuq il-mobbiltà militari, b’mod partikolari t-trasport bl-ajru strateġiku u tattiku, l-attakki fil-profond, it-teknoloġiji tad-droni u kontra d-droni, il-missili u l-munizzjon, u l-intelliġenza artifiċjali, sabiex jiżviluppaw infrastrutturi sovrani u faċilitaturi kritiċi; jenfasizza li, minħabba l-għadd kbir ta’ prijoritajiet u l-ħtieġa li jiġu mobilizzati riżorsi ġodda, il-pragmatiżmu jeħtieġ li jipprevali; iqis, f’dak ir-rigward, li l-UE għandha tiffoka, meta jkun possibbli, fuq teknoloġiji Ewropej ippruvati u disponibbli malajr, li jnaqqsu gradwalment id-dipendenzi tagħna u jtejbu s-sigurtà tagħna; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-valur pan-Ewropej fil-kooperazzjoni tad-difiża tal-UE billi jiġu inkorporati kumpaniji madwar l-Unjoni u li tingħata spinta lill-kompetittività fis-settur b’diversi mezzi, bħall-fużjonijiet u l-impriżi ta’ eċċellenza; iqis, barra minn hekk, li minflok ma jiffukaw fuq redditu ġust, il-politiki ta’ difiża tagħna għandhom jinkoraġġixxu t-tkabbir taċ-ċentri ta’ eċċellenza tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jappella għall-iżvilupp ulterjuri tal-politika industrijali tad-difiża tal-UE biex l-istrumenti speċifiċi għad-difiża eżistenti jittejbu u jiġu żviluppati oħrajn fejn meħtieġ, u biex jiġi ottimizzat l-użu ta’ strumenti mhux speċifiċi għad-difiża għall-finijiet tal-EDTIB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza fil-politiki pubbliċi tal-UE, li ma jridux jiġġeneraw obbligi li jkunu kontradittorji għall-objettivi ġenerali tad-difiża, speċjalment waqt kriżi tas-sigurtà, fejn il-kunċett ta’ “eċċezzjoni strateġika” għandu jiġi introdott; jappella għall-ħolqien ta’ ambjent tad-difiża ġenwin favur id-difiża li tista’ tappoġġja l-isforzi ta’ tisħiħ industrijali billi jittieħed vantaġġ aħjar mill-istrumenti multisettorjali tal-Kummissjoni, billi jiġu skrinjati, rieżaminati u, fejn meħtieġ, jiġu riveduti dawk eżistenti, biex jiġi żgurat li ma jimminawx l-objettivi tal-politika tad-difiża tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ reġim tas-sigurtà tal-provvista, inklużi ħażniet strateġiċi konġunti ta’ materja prima u ta’ partijiet kritiċi, biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-materja prima u tal-komponenti meħtieġa għall-produzzjoni ta’ prodotti tad-difiża, u biex iċ-ċikli tal-produzzjoni jkunu jistgħu jirrankaw aktar malajr u jitqassru; jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jingħataw il-kompitu b’mod konġunt li jimmappjaw u jimmonitorjaw l-EDTIB, bil-għan li jipproteġu l-punti b’saħħithom tagħha, inaqqsu l-vulnerabbiltajiet tagħha, jevitaw il-kriżijiet u jipprovduha b’politika industrijali effettiva u effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jipproponi li l-entitajiet/attivitajiet rilevanti relatati mad-difiża jingħataw aċċess għal InvestEU u għal fondi oħra tal-UE, billi jittieħed vantaġġ mis-settur tad-difiża tal-UE biex joħloq l-impjiegi; jinsisti li l-entitajiet/attivitajiet relatati mad-difiża jingħataw prijorità kif xieraq, bl-appoġġ tal-Att dwar iċ-Ċipep<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (l-Att dwar iċ-Ċipep) (ĠU L 229, 18.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1781/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u l-Att dwar il-Materja Prima Kritika<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jemmen li l-isforzi ta’ simplifikazzjoni mħabbra mill-Kummissjoni jridu jinkludu bis-sħiħ is-settur tad-difiża; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta l-potenzjal sħiħ ta’ użu doppju tat-teknoloġiji tal-ispazju, filwaqt li tqis l-ispazju kemm bħala dominju operatorju ġdid kif ukoll bħala faċilitatur kritiku tal-operazzjonijiet f’diversi oqsma; jissottolinja li l-UE bħalissa għandha distakk sostanzjali fil-kapaċitajiet spazjali meta mqabbla mal-kompetituri ewlenin tagħha u jisħaq li, sabiex jiġi indirizzat dan id-distakk fit-teknoloġiji tal-ispazju, il-proġetti ewlenin diġà eżistenti (jiġifieri Copernicus u Galileo) għandhom jissaħħu għall-applikazzjonijiet tad-difiża; jissuġġerixxi, barra minn hekk, li l-UE għandha ssegwi b’mod urġenti l-iżvilupp tal-kostellazzjoni tagħha IRIS<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING>, flimkien mal-iżvilupp ta’ proġetti komuni ulterjuri tal-UE, pereżempju, għas-sensibilizzazzjoni dwar id-dominju spazjali u applikazzjonijiet spazjali ta’ twissija bikrija kontra l-missili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ġeografika billi jittieħed kont tar-rieda tal-UE u tar-Renju Unit, l-ewwel u qabel kollox, biex jibnu garanziji ta’ sigurtà għall-Ukrajna u biex isiru sħab tas-sigurtà aktar mill-qrib, u biex jiffirmaw dikjarazzjoni konġunta b’impenji konkreti u djalogu strutturat biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-firxa sħiħa ta’ sfidi barranin u ta’ sigurtà li qed jiffaċċja l-kontinent, li l-kundizzjonijiet baġitarji u regolatorji tagħhom għad iridu jiġu nnegozjati, u filwaqt li titqies l-importanza tal-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE; jissottolinja, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-intelligence, il-mobbiltà militari, l-inizjattivi ta’ sigurtà u difiża, l-immaniġġar tal-kriżijiet, id-difiża ċibernetika, it-theddidiet ibridi, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin u l-indirizzar konġunt tat-theddidiet kondiviżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jappella għal aktar koerenza fl-appoġġ tal-kumpaniji billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn u titnaqqas il-burokrazija, u jiġi żgurat aċċess ħafna aktar faċli għall-kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja fis-settur tad-difiża; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi rieżaminat, simplifikat u armonizzat il-qafas attwali għal-liċenzji tal-esportazzjoni u l-liċenzji ta’ trasferiment intra-UE, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni trasversali tat-tagħmir, bħala waħda mill-prijoritajiet biex titrawwem kooperazzjoni aħjar fis-suq u fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iħeġġeġ it-twaqqif ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni Ewropea komuni għas-sistemi tal-armi u mossa lil hinn mis-sistema attwali ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali sabiex titħaffef l-introduzzjoni ta’ sistemi tal-armi fil-forzi armati tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jitlob koerenza akbar fil-governanza, peress li l-PSDK trid issir l-istrument ewlieni ta’ Ewropa b’saħħitha; iqis li dan jirrikjedi rabta reali fil-governanza bejn l-Istati Membri, il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) u l-Kummissarji; iħeġġeġ lill-Istati Membri jegħlbu l-kumplessità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-governanza tad-difiża Ewropea; jappella għall-ħolqien ta’ kunsill tal-ministri tad-difiża u l-bidla minn unanimità għal votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet fil-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Ministri u aġenziji tal-UE bħall-EDA, bl-esklużjoni tal-operazzjonijiet militari b’mandat eżekuttiv; jappella, sa dak iż-żmien, għall-użu tal-Artikolu 44 tat-TUE u l-ħolqien ta’ task force orizzontali dwar id-difiża fil-Kummissjoni; jappella għal aktar responsabbiltà demokratika permezz ta’ kontroll imsaħħaħ mill-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jipproponi t-tisħiħ tar-rwol ta’ sorveljanza u skrutinju tal-Parlament, f’konformità mal-espansjoni tar-rwol tal-UE fid-difiża; jappella biex jinħatar rappreżentant tal-Parlament għall-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża l-ġdid propost fl-EDIP, billi bħalissa ma hemm previst l-ebda rappreżentant;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Sovranità</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jenfasizza li l-ħolqien ta’ suq uniku Ewropew tad-difiża huwa prijorità peress li l-frammentazzjoni u n-nuqqas ta’ kompetittività tal-industrija Ewropea s’issa xekklu l-kapaċità tal-UE li tassumi aktar responsabbiltà bħala fornitur tas-sigurtà; ifakkar li l-kunċett ta’ “suq tad-difiża” jimplika rikonoxximent sħiħ tal-ispeċifiċità tiegħu u applikazzjoni xierqa u koerenti tal-politiki pubbliċi tal-UE; ifakkar li l-preferenza Ewropea għandha tkun l-għan li jinkiseb dan is-“suq” uniku billi t-territorjalità tintrabat strettament mal-valur miżjud iġġenerat f’dan it-territorju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Iqis li l-preferenza Ewropea trid tkun il-prinċipju gwida u l-ambizzjoni fit-tul tal-politiki kollha tal-UE relatati mas-suq Ewropew tad-difiża, sabiex tiġi żviluppata u protetta l-eċċellenza teknoloġika Ewropea; jisħaq, madankollu, li tali preferenza ma tridx tiġi segwita għad-detriment tal-istat ta’ tħejjija tad-difiża tal-Unjoni, minħabba l-firxa tal-ktajjen tal-provvista u tal-valur internazzjonali fis-settur tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jirrifjuta xenarju li fih il-fondi tal-UE jikkontribwixxu biex jippreservaw jew japprofondixxu d-dipendenzi fuq atturi mhux Ewropej, kemm għall-produzzjoni tal-kapaċitajiet kif ukoll għall-użu tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jibqgħux jinvokaw l-Artikolu 346 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala mezz biex jevitaw l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Akkwist<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/81/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (2009/81/KE), li jimmina s-suq komuni għad-difiża; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/43/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva dwar l-akkwist tad-difiża kif ukoll id-direttiva dwar it-trasferiment interkomunitarju (2009/43/KE) bil-għan li jissaħħaħ is-suq komuni għad-difiża u tiġi introdotta flessibbiltà fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi bħal dik li qed niffaċċjaw bħalissa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tfassal suċċessur b’riżorsi aħjar, aktar strateġiku u aktar effiċjenti għall-Fond Ewropew għad-Difiża li jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni komuni fid-difiża tul il-katina tal-provvista kollha u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi teknoloġiċi, bħat-theddidiet persistenti avvanzati, l-intelliġenza artifiċjali u t-tagħlim awtomatiku, il-computing kwantistiku, l-internet tal-oġġetti militari, is-sigurtà, l-attakki fuq il-katina tal-provvista, l-isfruttament jum żero u s-sigurtà tal-cloud; jitlob l-istabbiliment ta’ aġenzija tal-UE, imnebbħa mid-Defense Advanced Research Projects Agency tal-Istati Uniti, bħala parti mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, li għandha tkun responsabbli biss għall-appoġġ tar-riċerka f’teknoloġiji emerġenti u fixkiela, mgħammra b’ammont adegwat ta’ kapital ta’ riskju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">	Finanzjament u investimenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jinsab imħasseb li, mingħajr żieda sostanzjali fl-investiment fid-difiża, l-objettivi tas-sigurtà u d-difiża tal-UE mhux se jintlaħqu, kemm f’termini ta’ appoġġ militari għall-Ukrajna kif ukoll fit-titjib tas-sigurtà komuni tagħna; jenfasizza l-fatt li l-kost tan-nuqqas ta’ preparatezza għall-aktar kontinġenzi militari estremi jkun ħafna ogħla mill-kost tal-preparatezza deċiżiva tal-UE; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu u jaqblu dwar modi u mezzi konkreti biex tinkiseb żieda sostanzjali fuq perjodu ta’ żmien qasir sa twil fl-investiment pubbliku u privat fid-difiża u fis-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Iqis li, fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss tal-UE, il-linji ta’ nfiq għad-difiża se jkollhom jirriflettu l-prijorità l-ġdida “lesti għall-aktar kontinġenzi militari estremi”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jinsisti li l-ħtiġijiet urġenti ma jistgħux jistennew il-QFP li jmiss; jinsisti li jridu jiġu esplorati soluzzjonijiet innovattivi biex jinstab finanzjament addizzjonali mingħajr dewmien, bħall-investiment fis-settur tad-difiża, li jsir aktar faċli u aktar rapidu li l-fondi jiġu adattati mill-ġdid minn proġett għal ieħor, u li tiġi esplorata l-possibbiltà li jiġu aġġustati l-kriterji ta’ finanzjament tal-UE biex tingħata prominenza ġdida lill-kriterji tas-sigurtà fl-allokazzjoni tal-infiq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jilqa’ l-pjan “ReArm Europe” b’ħames punti propost mill-President tal-Kummissjoni fl-4 ta’ Marzu 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jappoġġja bil-qawwa l-idea li l-Istati Membri jeħtiġilhom iżidu l-finanzjament għad-difiża u s-sigurtà tagħhom għal livelli ġodda; jinnota li xi Stati Membri diġà żiedu l-infiq tagħhom għad-difiża għal 5 % tal-PDG;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jilqa’ l-proposti li saru fir-rapport ta’ Niinistö reċenti fir-rigward tal-finanzjament tad-difiża Ewropea; jappoġġja l-istabbiliment ta’ faċilità għad-difiża tal-Ewropa u faċilità għas-sigurtà tal-Ewropa; bl-istess mod jilqa’ u jappoġġja l-proposta li jiġi stabbilit programm ta’ garanzija tal-investiment ibbażat fuq il-mudell ta’ InvestEU b’arkitettura miftuħa biex jiġi skattat l-investiment tas-settur privat u biex jinħareġ “standard Ewropew għall-bonds ta’ preparatezza”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jiġu emendati biex jippermettu finanzjament ġdid għad-difiża; jappella biex dawn l-investimenti jindirizzaw ukoll il-vulnerabbiltajiet kemm fil-kapaċitajiet militari kif ukoll fin-nisġa soċjali, li jippermettielna niġġieldu t-theddidiet kollha għall-valuri, għall-mudell soċjali, għas-sigurtà u għad-difiża tagħna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw l-istabbiliment ta’ bank ta’ difiża, sigurtà u reżiljenza biex iservi bħala istituzzjoni multilaterali ta’ self imfassla biex tipprovdi self b’imgħax baxx u fit-tul li jista’ jappoġġja prijoritajiet ewlenin tas-sigurtà nazzjonali bħar-riarmament, il-modernizzazzjoni tad-difiża, l-isforzi ta’ bini mill-ġdid fl-Ukrajna u x-xiri mill-ġdid ta’ infrastruttura kritika li bħalissa hija proprjetà ta’ pajjiżi ostili mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jitlob li tiġi esplorata sistema ta’ bonds Ewropej tad-difiża għall-finanzjament ta’ investimenti militari fuq skala kbira bil-quddiem; jitlob, bl-istess mod, li jiġi esplorat l-użu ta’ “coronabonds” mhux użati għall-istrumenti tad-difiża, biex jiġi kkomplementat il-pjan tal-Kummissjoni “ReArm Europe”, peress li l-UE issa qed tesperjenza ħtieġa urġenti li tagħti spinta lis-sigurtà u lid-difiża biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha, tirrestawra d-deterrenza u tappoġġja lill-alleati tagħha, l-ewwel u qabel kollox lill-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Itenni, f’konformità mal-pjan “ReArm Europe” tal-Kummissjoni, it-talba tiegħu lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u lil istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra u lil banek privati fl-Ewropa biex jinvestu b’mod aktar attiv fl-industrija tad-difiża Ewropea; jitlob, b’mod partikolari, reviżjoni urġenti tal-politika ta’ self tal-BEI u flessibbiltà immedjata biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet attwali fuq il-finanzjament tad-difiża, u li tiġi investigata l-possibbiltà li jinħareġ dejn allokat għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ sigurtà u difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jistieden lill-President tal-Kunsill Ewropew António Costa jlaqqa’ minnufih lill-Kunsill Ewropew, abbażi tal-konklużjonijiet tal-white paper, sabiex il-mexxejja tal-UE jkunu jistgħu jaqblu dwar deċiżjonijiet immedjati u estensivi għall-implimentazzjoni tal-Unjoni Ewropea tad-Difiża kif stabbilit fl-Artikolu 42(2) tat-TUE u jelaboraw fuq il-miżuri identifikati fil-white paper;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jilqa’ l-eżiti tal-Kunsill Ewropew speċjali tas-6 ta’ Marzu 2025 u jitlob lill-Istati Membri jaġixxu b’mod deċiżiv matul il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta’ Marzu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu s-sħubijiet tagħna ma’ pajjiżi tal-istess fehma, b’mod partikolari dawk fl-Ewropa, bħar-Renju Unit u n-Norveġja; jappella għal patt ta’ sigurtà wiesa’ bejn l-UE u r-Renju Unit, li jkopri wkoll suġġetti ewlenin bħall-enerġija, il-migrazzjoni u l-minerali kritiċi; jindika l-valur miżjud tat-trawwim tar-relazzjonijiet tagħna mas-sħab globali bħall-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Awstralja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-qasam tal-industriji tad-difiża; jenfasizza li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għandhom għarfien espert sinifikanti fl-industriji tad-difiża u li l-UE għandha tikkunsidra li takkwista tagħmir militari mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jenfasizza li dan l-approċċ jgħin biex il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent isiru alleati aktar b’saħħithom tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jemmen li jrid isir kull sforz biex tinżamm u, jekk possibbli, titrawwem il-kooperazzjoni trans-Atlantika f’kull qasam tas-setturi militari u tad-difiża, filwaqt li jfakkar fil-ħtieġa li titrawwem id-difiża Ewropea u li tiġi żviluppata sovranità akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jinnota li dan ta’ hawn fuq huwa mingħajr preġudizzju għall-karattru speċifiku tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ ċerti Stati Membri;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika Soċjali, lill-President tal-Kummissjoni u lill-Kummissarji kompetenti, lill-aġenziji tal-UE involuti fis-sigurtà u d-difiża u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>