<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0036</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fit-Tajlandja, b’mod partikolari d-delitt ta’ offiża kontra l-Kuruna u d-deportazzjoni tar-rifuġjati Ujguri</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0174, 0191, 0192, 0193 u 0194/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2025 dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fit-Tajlandja, b’mod partikolari l-każijiet tal-liġi dwar id-delitt ta’ offiża kontra l-Kuruna u d-deportazzjoni tar-rifuġjati Ujguri (2025/2594(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fis-27 ta’ Frar 2025, l-awtoritajiet Tajlandiżi kisru d-dritt internazzjonali billi ddeportaw mill-anqas 40 rifuġjat Ujgur lejn iċ-Ċina, fejn qed jirriskjaw detenzjoni arbitrarja, tortura u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; billi pajjiżi sikuri oħra kienu offrew risistemazzjoni tar-rifuġjati Ujguri;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi qabel id-deportazzjoni tagħhom, dawn l-individwi kienu detenuti f’ċentri tal-immigrazzjoni Tajlandiżi għal aktar minn għaxar snin, fejn mill-anqas ħames Ujguri, inklużi minorenni, allegatament mietu minħabba kundizzjonijiet inumani;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi d-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar id-delitt ta’ offiża kontra l-Kuruna tat-Tajlandja, skont l-Artikolu 112 tal-Kodiċi Kriminali tagħha, huma fost l-aktar stretti fid-dinja u mhumiex konformi mal-obbligi tat-Tajlandja skont l-ICCPR;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, mill-2020 ’l hawn, aktar minn 1 960 attivist favur id-demokrazija, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti, inklużi aktar minn 280 minorenni, ġew akkużati jew ikkundannati minħabba l-opinjonijiet tagħhom skont liġijiet repressivi li jrażżnu l-libertà tal-espressjoni, inklużi l-liġi dwar id-delitt ta’ offiża kontra l-Kuruna, l-Att dwar is-Sedizzjoni, l-Att dwar l-Assemblea Pubblika u l-Att dwar ir-Reati tal-Informatika; billi attivisti prominenti, inklużi Arnon Nampa, Mongkhon Thirakhot u Anchan Preelert, ġew ikkundannati għal sentenzi ta’ ħabs twal b’mod sproporzjonat minħabba kritika paċifika tal-monarkija, b’xi wħud minnhom li qed jiffaċċjaw sa 50 sena ħabs;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Qorti Kostituzzjonali xoljiet l-akbar partit u 44 mill-Membri Parlamentari tagħha ġew akkużati li pproponew emendi għal-liġi dwar id-delitt ta’ offiża kontra l-Kuruna, u qed jiffaċċjaw projbizzjonijiet li jieħdu sehem fil-politika possibbilment għal ħajjithom kollha; billi diversi Membri Parlamentari, inklużi Piyarat Chongthep, Rakchanok Srinok u Chonthicha Jangrew, qed jiġu mħarrka għall-attivitajiet u għad-dikjarazzjonijiet politiċi tagħhom;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna d-deportazzjoni tar-rifuġjati Ujguri lejn iċ-Ċina; jistieden lill-awtoritajiet Tajlandiżi jwaqqfu minnufih kwalunkwe ritorn furzat ieħor ta’ rifuġjati, ta’ persuni li jfittxu l-ażil u ta’ dissidenti politiċi lejn pajjiżi fejn ħajjithom tinsab fil-periklu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern Tajlandiż jagħti lill-UNHCR aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-persuni Ujguri detenuti kollha li qed ifittxu l-ażil u jipprovdi informazzjoni trasparenti dwar l-istatus tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden liċ-Ċina tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-Ujguri deportati, tiżgura t-trasparenza dwar fejn jinsabu, tagħti aċċess għalihom lill-UNHCR u teħles lil dawk detenuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lit-Tajlandja tirratifika l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967 u timplimenta sistema ta’ ażil trasparenti, ġusta u umana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq li t-Tajlandja hija sieħeb importanti tal-UE; iħeġġeġ lit-Tajlandja ssaħħaħ l-istituzzjonijiet tagħha f’konformità mal-prinċipji demokratiċi u mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-gvern jemenda jew iħassar l-Artikolu 112 u liġijiet repressivi oħra biex jiggarantixxi d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, għal-libertà ta’ għaqda paċifika u għal-libertà ta’ parteċipazzjoni politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesiġi li tingħata amnestija lill-Membri Parlamentari u lill-attivisti kollha mħarrka jew miżmuma l-ħabs skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar id-delitt ta’ offiża kontra l-Kuruna u liġijiet repressivi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tuża’ n-negozjati tal-FTA biex tagħmel pressjoni fuq it-Tajlandja bil-għan li tirriforma l-liġijiet repressivi, b’mod partikolari dawk tal-liġi dwar id-delitt ta’ offiża kontra l-Kuruna, teħles lill-priġunieri politiċi, twaqqaf id-deportazzjoni tar-rifuġjati Ujguri u tirratifika l-konvenzjonijiet ewlenin kollha tal-ILO; jistieden lill-Istati Membri jissospendu t-trattati ta’ estradizzjoni mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Tajlandiżi u Ċiniżi.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>