<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0038</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-detenzjoni illegali, min-naħa tal-Ażerbajġan, tal-ostaġġi Armeni, fosthom ir-rappreżentanti politiċi ta’ livell għoli tan-Nagorno-Karabakh, u l-proċessi farsa kontrihom</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0177, 0178, 0181, 0182, 0183 u 0184/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2025 dwar id-detenzjoni illegali, min-naħa tal-Ażerbajġan, tal-ostaġġi Armeni, fosthom ir-rappreżentanti politiċi ta’ livell għoli tan-Nagorno-Karabakh, u l-proċessi farsa kontrihom (2025/2596(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Armenja u l-Ażerbajġan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi 23 ostaġġ Armen qed jiġu detenuti fl-Ażerbajġan, inklużi eks uffiċjali <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tan-Nagorno-Karabakh u priġunieri tal-gwerra maqbuda fil-gwerra tal-2020 u fit-tindif etniku li segwiha; billi dawn qed jgħaddu minn proċessi fittizji u qed jiffaċċjaw akkużi serji li jistgħu jirriżultaw f’sentenzi illegali għal għomorhom il-ħabs;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi dawn l-ostaġġi qed jiġu soġġetti għal trattament inuman u degradanti, inkluż permezz ta’ metodi psikoattivi pprojbiti; billi d-drittijiet tagħhom mhumiex rispettati, inkluż li jkollhom aċċess għal avukati u interpreti indipendenti u l-possibbiltà li jappellaw, li jirċievu żjarat tal-familja u li jingħataw sospensjonijiet għal raġunijiet ta’ saħħa; billi dan jikkostitwixxi ksur sistematiku mill-Ażerbajġan tal-obbligi internazzjonali rigward it-trattament tal-priġunieri;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna d-detenzjoni inġusta tal-ostaġġi Armeni; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddenunzja bil-qawwa l-proċessi fittizji li għaddejjin bħalissa u l-ksur sistematiku tad-drittijiet fundamentali tal-ostaġġi Armeni, u jistieden lill-Ażerbajġan jirrispetta bis-sħiħ id-dritt tagħhom għal proċess ġust u li jkollhom aċċess għat-tobba f’konformità mal-istandards internazzjonali; jistenna li titwettaq investigazzjoni indipendenti dwar it-trattament ħażin tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-ordni tal-awtoritajiet f’Baku biex jagħlqu l-uffiċċji tal-ICRC u tal-aġenziji tan-NU, fatt li jxekkel kemm l-appoġġ għall-priġunieri Armeni kif ukoll is-sorveljanza umanitarja, u jistieden lill-awtoritajiet jirrevedu l-pożizzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-ambaxxati tal-UE u tal-Istati Membri fl-Ażerbajġan josservaw il-proċessi u jżuru regolarment lill-ostaġġi Armeni kollha; jistieden lill-VP/RGħ u lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem iżuruhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob li jiġu applikati sanzjonijiet fl-ambitu tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem kontra l-mexxejja u l-uffiċjali kollha tal-Ażerbajġan li jwettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-prosekuturi u l-imħallfin Jamal Ramazanov, Anar Rzayev u Zeynal Agayev;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Qorti Kriminali Internazzjonali tinvestiga l-każijiet ta’ spostament furzat, persekuzzjoni u tindif etniku tal-popolazzjoni Armena tan-Nagorno-Karabakh; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-ordnijiet kollha maħruġa mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, inkluż l-obbligu tal-Ażerbajġan li jipproteġi lill-persuni kollha maqbuda fl-ambitu tal-gwerra tal-2020 milli jindarbu jew jisfaw vittma ta’ vjolenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni s-sejħa qawwija tiegħu biex il-memorandum ta’ qbil bejn l-UE u l-Ażerbajġan tal-2022 dwar sħubija strateġika fil-qasam tal-enerġija jiġi sospiż; jinsisti li kwalunkwe ftehim ta’ sħubija futur bejn l-UE u l-Ażerbajġan ikun bil-kundizzjoni li jinħelsu l-priġunieri politiċi kollha, li titjieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u li l-Ażerbajġan ma jdewwimx bla bżonn l-iffirmar ta’ ftehim ta’ paċi mal-Armenja, u li jirrispetta d-drittijiet tal-Armeni tan-Nagorno-Karabakh, inkluż id-dritt tagħhom tar-ritorn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri u lill-Presidenti, il-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Armenja u tal-Ażerbajġan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>