<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0040</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Jana Nagyová</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0029/2025 - Rapporteur: Krzysztof Śmiszek)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' April 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Jana Nagyová (2024/2035(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Jana Nagyová, tal-1 ta’ Lulju 2024 u mressqa mill-Qorti Superjuri ta’ Praga b’rabta mal-proċedimenti kriminali pendenti quddiem dik il-qorti, fi stadju ta’ appell, bir-referenza “3 sa 34/2024”, u mħabbra fis-seduta plenarja fid-19 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Jana Nagyová fid-29 ta’ Jannar 2025, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06 ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 27 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċeka u t-Taqsima 10(1) tal-Att Nru 141/1961 tal-Kollezzjoni dwar il-Proċedura Kriminali (Il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tar-Repubblika Ċeka),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0029/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fl-1 ta’ Lulju 2024, il-Qorti Superjuri ta’ Praga ressqet talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Jana Nagyová, Membru tal-Parlament Ewropew eletta fir-Repubblika Ċeka, bil-għan li jitkomplew il-proċedimenti kriminali li jinsabu pendenti quddiemha fi stadju ta’ appell, fir-rigward tal-akkuża li wettqet ir-reat ta’ frodi fis-sussidji skont it-Taqsima 212(1) u (6), il-punt (a), u r-reat ta’ ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea skont it-Taqsima 260(1) u (5) tal-Att Nru 40/2009 tal-Kollezzjoni (il-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika Ċeka);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-proċedimenti kriminali kontra Jana Nagyová qed jitmexxew abbażi tal-att ta’ akkuża tal-Uffiċċju Muniċipali tal-Prosekutur tal-Istat fi Praga, tal-21 ta’ Marzu 2022, għal att li allegatament wettqet flimkien ma’ persuna koakkużata għar-raġuni li hija, fil-kapaċità tagħha bħala persuna b’xogħol iffukat fuq għotjiet tal-Unjoni u, fil-perjodu mis-17 ta’ Jannar 2008 sal-5 ta’ Jannar 2010, bħala viċi president tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpanija Ċeka, applikat għal għotja waqt li kienet taf li l-kumpanija ma kenitx intitolata għaliha u tat informazzjoni falza li l-kumpanija kienet impriża żgħira u impriża indipendenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkonċernawx opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi tad-dmirijiet ta’ Membru tal-Parlament Ewropew f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 27(4) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċeka jipprevedi li d-Deputati u s-Senaturi ma jistgħux jiġu sottoposti għal prosekuzzjoni kriminali ħlief meta tingħata l-approvazzjoni tal-kamra li tagħha huma jkunu membri u jekk dik il-kamra ma tagħtix l-approvazzjoni tagħha, tali prosekuzzjoni kriminali għandha tibqa’ prekluża għat-tul tal-mandat tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma setax jikkonstata l-eżistenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti ġudizzjarji inkwistjoni kellhom l-intenzjoni li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru u għalhekk lill-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Jana Nagyová;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Ċeka u lil Jana Nagyová.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>