<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0041</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0030/2025 - Rapporteur: Dominik Tarczyński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' April 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron (2024/2048(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron, imressqa b’ittra tas-27 ta’ Awwissu 2024 mill-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Ġustizzja, li għaddiet talba mill-Kap Prosekutur Pubbliku ta’ Munich I b’rabta mal-proċedimenti kriminali pendenti quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Munich, u mħabbra fis-seduta plenarja fis-16 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Petr Bystron fid-29 ta’ Jannar 2025, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u wara li kkunsidra d-dokumenti mressqa minnu waqt is-seduta ta’ smigħ,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06 ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Bażika tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0030/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Kap Prosekutur Pubbliku ta’ Munich I talab it-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron, Membru tal-Parlament Ewropew, fil-kuntest ta’ akkużi mressqa kontrih skont it-Taqsima 86a tal-Kodiċi Kriminali Ġermaniż u b’rabta mat-Taqsima 86 ta’ dak il-Kodiċi, fir-rigward tal-użu allegat ta’ simboli ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi u li jmorru kontra l-kostituzzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-talba tindika li, wara t-tkeċċija mill-kariga tal-Ambaxxatur Ukren għall-Ġermanja fit-12 ta’ Lulju 2022, Petr Bystron allegatament ippubblika fotomuntaġġ fuq il-kont ta’ Twitter tiegħu, liema fotomuntaġġ juri biċċiet minn ritratti ta’ persuni li qabel kienu jokkupaw karigi pubbliċi għoljin u kull persuna qed iżżomm driegħa l-lemini jew ix-xellugi ‘l fuq b’idha maħruġa ‘l barra u bis-swaba jippuntaw ‘il fuq; billi l-muntaġġ ippubblikat huwa akkumpanjat mis-sottotitolu “Bye, bye […]! politiċi Ġermaniżi jxejru b’tislima!”<FOOTNOTE><FIELD> traduzzjoni bil-Malti tal-oriġinal.</FIELD></FOOTNOTE>; billi Petr Bystron ġie akkużat li mill-inqas taċitament aċċetta li dan il-fotomuntaġġ iħalli utent ta’ Twitter oġġettiv bl-impressjoni li l-pożizzjoni tad-driegħ murija kienet is-“salut ta’ Hitler” peress li din kienet il-forma ta’ tislima użata mir-reġim Nazista; billi Petr Bystron ġie akkużat li xerred jew uża pubblikament fil-Ġermanja simboli ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi u li jmorru kontra l-kostituzzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi wara li wettqu l-investigazzjonijiet tagħhom l-awtoritajiet kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron, indirizzata lill-Bundestag Ġermaniż, li tiegħu kien membru dak iż-żmien; billi l-Bundestag Ġermaniż neħħielu l-immunità fis-7 ta’ Settembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Petr Bystron ġie elett għall-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej fl-2024; billi wara t-tħabbir tar-riżultat finali tal-elezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, b’deċiżjoni tad-9 ta’ Lulju 2024, b’mod proviżorju ssospendew il-proċedimenti kriminali kontrih sabiex jipproċedu bit-talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Petr Bystron ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew fi żmien l-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-allegat reat u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhumiex relatati ma’ opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Petr Bystron fil-qadi ta’ dmirijietu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="ARAB"><INT.LI LEVEL="0">billi l-Artikolu 46(2), (3) u (4) tal-Liġi Bażika tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jipprevedi dan li ġej:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(2)</SYMBOL>“Membru ma jistax jinżamm responsabbli jew jiġi arrestat għal reat kastigabbli mingħajr il-permess tal-Bundestag, sakemm ma jinqabadx fil-fatt iwettaq ir-reat jew matul il-ġurnata ta’ wara.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(3)</SYMBOL>Il-permess tal-Bundestag għandu jkun meħtieġ ukoll għal kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna tal-Membru jew biex jinbdew proċedimenti kontra Membru skont l-Artikolu 18.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(4)</SYMBOL>Kwalunkwe proċediment kriminali jew proċediment skont l-Artikolu 18 kontra Membru u kwalunkwe detenzjoni jew restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna tiegħu għandhom jiġu sospiżi fuq talba tal-Bundestag.”;</ITEM></LIST>
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta’ Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti ġudizzjarji inkwistjoni kellhom l-intenzjoni li jimminaw l-attività politika tal-Membru bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Petr Bystron;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Petr Bystron.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>